Menu principal du site

ĠABRIET
IR-ROKNA TAL-PROFESSJONISTI
Dwar il-liġi tal-UE

Dwar EUR-Lex

EUR-Lex jipprovdi aċċess miftuħ għal-liġi tal-Unjoni Ewropea u dokumenti oħra li huma kkunsidrati bħala pubbliċi. Din il-websajt hija disponibbli fit-23 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; agħżel il-lingwa li tippreferi mill-menu tal-lingwa li jinsab fuq in-naħa ta’ fuq tal-paġna ewlenija.

Il-kontenut ta’ dan is-sit imur lura għall-1951 u jikkonsisti f'madwar 2,815,000 dokument. Ta’ kuljum id-database tiġi aġġornata u kull sena jiġu miżjuda madwar 12,000 dokument.

EUR-Lex joffri:

Nixtieq naċċessa l-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huwa s-sors ewlieni tal-kontenut tal-EUR-Lex. Dan jiġi ppubblikat fil-ħinijiet bikrija tal-ġurnata wara kull jum ta’ ħidma. Jikkonsisti f'żewġ serje; L (Leġiżlazzjoni) u C (Informazzjoni u Avviżi). E u A huma l-Ġurnali Uffiċjali ppubblikati bħala annessi għas-serje C (per eż. C 307 A, C 309 E).

L-aħħar edizzjonijiet huma aċċessibbli mill-paġna ewlenija; ikklikkja fuq il-links li jinsabu fuq in-naħa tal-lemin tal-paġna. Sewwasew taħt il-menu tal-lingwa.

Jekk tikklikkja fuq il-link IL-ĠURNAL UFFIĊJALI li jinsab fuq il-menu tax-xellug, tkun tista' taċċessa l-edizzjonijiet preċedenti. Barra minn hekk tista' ssib edizzjonijiet tal-Ġurnal Uffiċjali permezz tal-brawżing jew tiftix. L-edizzjonijiet kollha mill-1998 'il quddiem huma disponibbli f'PDF. Biex taċċessa t-testi ppubblikati qabel l-1998, uża t-TIFTIX SEMPLIĊI – Tiftixa permezz tar-referenza għall-pubblikazzjoni – Ġurnal Uffiċjali.

Is-serje S hi s-suppliment ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fejn issib is-sejħiet għall-offerti. Hi aċċessibbli fuq il-websajt tat-TED (Tenders Electronic Daily).

Nixtieq infittex dokument

Fil-EUR-Lex hemm żewġ possibilitajiet ta’ tiftix; TIFTIX SEMPLIĊI u TIFTIXA AVVANZATA. Filwaqt li t-tiftixa avvanzata ttik firxa ta’ riżultati u għażla ta’ wirja aktar kompleta, it-tiftix sempliċi jkun suffiċjenti għall-bżonnijiet ta’ bosta utenti.

Għandek firxa wiesgħa ta’ għażliet għat-tiftix; tista' tagħżel tiftix skont it-termini, tiftix skont id-data, tiftix skont l-awtur, tiftix skont in-numru naturali eċċ.

Għażla oħra disponibbli hi li tibbrawżja l-kollezzjonijiet u d-direttorji tagħna; agħżel mit-trattati, l-ftehimiet internazzjonali, il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, l-atti preparatorji, il-każistika u l-mistoqsijiet parlamentari. Kull wieħed minn dawn is-setturi msemmija hawn fuq joffri għażla għall-brawżing bħal, per eżempju, id-Direttorju tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ tal-Unjoni Ewropea.

X'nagħmel bir-riżultat tat-tiftix?

Għandek aċċess dirett għad-dokumenti kollha fil-lista tiegħek tar-riżultati tat-tiftix; ikklikkja l-format li bih tixtieq tara d-dokument. Tista' wkoll tiċċekkja liema lingwi u formati huma disponibbli, turi data li taqbel ma' dak li fittixt, telenka jew tirfina ir-riżultat tat-tiftix tiegħek sabiex tikseb dokumenti relevanti (sib dawn l-għażliet fil-menu l-isfar u/jew fil-kaxxa tat-tiftix). Tista' terġa tara u/jew tgħaqqad it-tiftix li tkun għamilt f'sessjoni waħda billi tikklikkja fuq Tiftix Preċedenti.

Biex tikseb aktar tagħrif dwar dokument segwi l-link 'avviż bibljografiku' (eżempju). L-avviż huwa wirja tal-meta-data (l-awtur, dati, indiċi, l-għamla, id-dokumenti relatai, eċċ.) li jipprovdi ħarsa ġenerali ta’ kull dokument u juri l-konnessjoni bejn id-dokumenti. Biex tara d-dokument f'forma bilingwi, segwi l-link Avviż Bibljografiku + Test (format bilingwi).

EUR-Lex joffri wkoll tets ikkonsolidat tad-dokumenti. Dawn il-verżjonijiet huma intiżi għal għan ta’ dokumentazzjoni biss u m'għandhom l-ebda valur legali. Għandek issibhom permezz tal-avviż bibljografiku jew billi tibrawżja d-Direttorju tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ tal-Unjoni Ewropea.

X'nista' nagħmel aktar?

Tista' taqra dwar il-liġi tal-UE, il-proċeduri leġiżlattivi u l-istituzzjonijiet tal-UE. Tista' tikkonsulta l-għażla ta’ dokumenti ġodda fuq il-paġna ewlenija jew tirreferi għall-Dossiers tematiċi tagħna.

EUR-Lex joffri wkoll links għall-baġit tal-Unjoni Ewropea, ir-reġistri tal-istituzzjonijiet u dokumentazzjoni u sorsi oħra ta’ tagħrif.

L-iżviluppi l-ġodda jiġu mħabbra fin-Newsletter.