EUR-Lex Newsletter – Mejju 14, 2012
N-Lex – Stħarriġ dwar is-sodisfazzjoni – riżultati
Matul ix-xahar ta' Jannar u Frar 2012, kien hemm kwestjonarju onlajn dwar N-Lex.
Grazzi ħafna lil dawk li ħadu l-ħin biex jipparteċipaw.
It-tweġibiet ġew analizzati; hawn huma l-konklużjonijiet.
Profil tal-utenti
Il-parti l-kbira tal-persuni li wieġbu l-kwestjonarju huma uffiċjali tal-amministrazzjonijiet nazzjonali/reġjonali/lokali. Il-persuni l-oħra huma studenti, avukati/ġuristi u produtturi/bejjiegħa bl-imnut fil-qasam tal-prodotti u s-servizzi.
Frekwenza
30% tar-rispondenti jikkonsultaw l-N-Lex kuljum. Fosthom, l-aktar numerużi huma l-uffiċjali tal-amministrazzjonijiet, imbagħad l-avukati/il-ġuristi u l-istudenti, bl-istess rata bħall-produtturi/il-bejjiegħa bl-imnut. 20% jużaw l-N-Lex iktar minn darba fil-ġimgħa.
Lingwa u pajjiż tal-konsultazzjoni
Il-lingwa l-iktar użata hi l-Ingliż, segwita mit-Taljan, l-Ispanjol, il-Ġermaniż u l-Franċiż.
15 % tar-rispondenti jinsabu fl-Italja, u 10% fi Spanja. Insibu wkoll utenti barra mill-UE (fost oħrajn, il-Butan, iċ-Ċina, il-Kolombja, il-Mali, il-Pakistan, ir-Russja, it-Tajlandja u l-Istati Uniti).
Kważi nofs ir-rispondenti jippreferu jkollhom ir-riżultati tat-tiftix fil-lingwa taghħom. Għal 40 %, il-fatt li r-riżultati jintwerew fil-lingwa nazzjonali tal-bażijiet tad-dejta mhix problema u l-10 % l-oħra jużaw għodod ta' traduzzjoni awtomatika.
L-iktar suġġerimenti frekwenti
- Proposta ta' strument ta' traduzzjoni awtomatika fil-paġni tar-riżultati tat-tiftix.
- It-titjib tar-rendiment tat-tiftix.
- Rabta iktar ċara bejn N-Lex u EUR-Lex
- Il-ħolqien ta' konnessjoni mas-siti web tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Italja, tar-Rumanija u tal-Bulgarija.
- Il-preżentazzjoni tad-differenzi bejn is-sistemi legali nazzjonali u l-ispjegazzjoni tal-proċessi leġiżlattivi tal-Istati Membri differenti.
F'każ li ma pparteċipajtx fl-istħarriġ iżda tixtieq tesprimi l-opinjoni tiegħek dwar N-Lex, tikteb kumment, suġġeriment jew għandek mistoqsija, iktbilna.
Għal aktar tagħrif, ara s-sit tagħna: Dwar N-Lex.
It-tim ta' N-Lex

