Menu principal du site

ĠABRIET
IR-ROKNA TAL-PROFESSJONISTI
Dwar il-liġi tal-UE

Leġiżlazzjoni konsolidata

Il-konsolidazzjoni tikkonsisti fl-integrazzjoni f'att legali tal-emendi u l-korriġendi suċċessivi tiegħu. Tipprovdi aktar trasparenza u aċċess eħfef għall-liġi tal-UE. Bosta testi legali ppubblikati f'edizzjonijiet differenti tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jiġu kkombinata bħala 'familja konsolidata' f'dokument wieħed li jkun faċli biex jinqara.

Il-punt ta' dħul għal-leġiżlazzjoni konsolidata huwa permezz ta' Direttorju tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ tal-Unjoni Ewropea. Jekk att bażiku ġie kkonsolidat allura tiġi offruta link għall-familja korrespondenti. Familja tista' tiġbor bosta konsolidazzjonijiet suċċessivi tal-istess att bażiku. Kull familja jkun fiha verżjonijiet konsolidati differenti tal-istess att bażiku, elenkati kronoloġikament skont id-data tad-dħul fis-seħħ tal-emendi kkonċernati.

Peressli l-leġiżlazzjoni tal-UE qed tevolvi, minħabba pubblikazzjonijiet frekwenti ta' atti legali ta' emenda ġodda, il-ġabra ta' leġiżlazzjoni konsolidata mhijiex lesta u ma jistax ikun hemm garanzija li t-test jrrappreżenta l-istat aġġornat tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Madankollu, kull test konsolidat fih lista tad-dokumenti legali kollha li ġew meqjusa għall-kostruzzjoni tiegħu. Għaldaqstant, paragun mad-dejta fid-Direttorju tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ jippermetti verifika faċli tal-istat attwali tal-konsolidazzjoni. Barra minn hekk, kull parti tat-test hija fortifikata b'dejta li tikkonċerna l-oriġini (att bażiku, att emendatorju jew rettifika).

Leġiżlazzjoni konsolidata hija disponibbli onlajn, fuq is-sit ta' EurLex. Tista' tiġi kkonsultata jew titniżżel, b'xejn, bħala PDF jew HTML.

L-iskop ta' testi konsolidati hu għall-użu bħala strument ta' dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumux responsabbiltà għall-kontenut tagħhom. Jekk jogħġbok innota li dawn it-testi m'għandhomx valur legali. Għal għanijiet legali jekk jogħġbok irreferi għat-testi ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.