Menu principal du site

ĠABRIET
IR-ROKNA TAL-PROFESSJONISTI
Dwar il-liġi tal-UE

Tagħrif għall-qarrejja



Daħla


Għal dak li għandu x'jaqsam mad-dokumenti koperti, id-Direttorju ma fihx biss id-dritt tal-Unjoni Ewropea fis-seħħ, iżda wkoll l-essenzjali tal-attività tal-Unjoni Ewropea (UE, KEFA, KEE, KE, Euratom), inkluż l-atti ta' natura politika jew atti individwali ta' interess aktar ġenerali.

  • Id-Direttorju Komunitarju jinkludi wkoll:
  • il-ftehimiet u l-konvenzjonijiet konklużi mill-Komunitajiet fil-qafas tar-relazzjonijiet esterni tagħhom;
  • l-atti li jorbtu (regolamenti, deċiżjonijiet, deċiżjonijiet ġenerali u rakkomandazzjonijiet KEFA, direttivi KEE, KE, Euratom) fl-ambitu tat-Trattati li jistabbilixxu l-Unjoni Ewropea u l-Komunitajiet Ewropej, għajr l-atti amministrattivi minn jum għall-ieħor(1);
  • l-atti tal-leġiżlazzjoni supplimentari, partikolarment id-deċiżjonijiet tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill;
  • ċerti atti li ma jorbtux meqjusa bħala importanti mill-istituzzjonijiet.

Id-Direttorju jeżisti fl-ilsna uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan id-Direttorju maħsub bħala għodda ta' dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet mhumiex responsabbli għall-kontenut tiegħu.



(1) Dawn huma atti li joħorġu mill-ġestjoni ta' kuljum tal-politika agrikola komuni jew tal-unjoni doganali. Spiss ikollhom perjodu ta' validità limitat ħafna, bħal fil-każ ta' atti li jiffissaw temporanjament rati jew ammonti varji. Fil-biċċa l-kbira jikkorrispondu għat-titli stampti b'tipa ħafifa fuq il-werrej tal- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.



Preżentazzjoni tad-dokumenti

Għal kull att imdaħħal fir-repertorju, jingħataw: in-numru dokumentarju tal-att, it-titolu, ir-referenza tal-pubblikazzjoni (fil-biċċa l-kbira tal-każi l-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea) u, jekk ikun ill-każ, in-numru tad-dokument ta' emendi li saru qabel bir-referenza tal-pubblikazzjoni fil-parenteżi. Hemm ukoll il-verżjonijiet konsolidati disponibbli tal-att bażiku u l-emendi suċċessivi.

Eżempju



In-numru tad-dokument

In-numru tad-dokument, muri b'tipa ħoxna fuq it-titolu ta' l-att, jikkonsisti minn sensiela ta' ċifri u ittri, li l-pożizzjoni ta' kull waħda għandha tifsira partikolari (ara Spjegazzjoni tal-kodiċijiet).

In-numru tad-dokument jippermetti l-identifikazzjoni tal-atti kollha fir-repertorju analitiku.

L-eżempju mogħti hawn isfel huwa sempliċi, iżda fil-biċċa l-kbira l-aktar frekwenti, fejn il-forma tuża 10 pożizzjoniiet. In-numru tad-dokument jista' teoretikament ikollu sa 18-il pożizzjoni, iżda m'hemmx bżonn li l-qarrej ikun jaf eżatt kif inhuma magħmulin in-numri tad-dokumenti.

Eżempju ta' numru ta' dokument: 3 1977 L 0311

3 Settur dokumentarju tas-sistema (settur 3 = leġiżlazzjoni sekondarja)
1977 Sena tal-adozzjoni jew pubblikazzjoni tal-att (1977)
L Forma ġuridika (L = direttiva)
0311 Numru ta' sekwenza jew numru ta' identifikazzjoni ieħor ta' l-att ġuridiku (Direttiva Nru 311 tas-sena kkonċernata)

L-ewwel ċifra (fl-eżempju: iċ-ċifra 3) turi s-settur tas-sistema li fih huwa kklassifikat l-att.

Fl-eżempju, l-att huwa parti mil-leġiżlazzjoni Komunitarja sekondarja (settur 3).

L-ittra li dejjem tidher fis-sitt pożizzjoni (fl-eżempju, l-iitra L) turi l-forma ġuridika tal-att (R għal Regolament, D għal Deċiżjoni, L għal Direttiva, eċċ.).



Titolu

In-numru tad-dokument huwa segwit mit-titolu sħiħ tal-att.



Ir-referenza tal-pubblikazzjoni

It-titolu tal-att huwa segwit mir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Per eżempju: JO L 105 28.04.1977 p. 1, tinqara kif ġej:

ĠU Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
L 105 sensiela L 105
28.04.1977 id-data tal-pubblikazzjoni
p. 1 il-paġna tal-ĠU (l-ewwel paġna tal-att)


Referenzi għall-atti li jemendaw

It-titolu tal-att huwa segwit mir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-att li hemm referenza għalih huwa indetifikat min-numru tad-dokument, segwit mir-referenza tal-pubblikazzjoni bejn il-parenteżi.

Eżempju

Emandat minn 31997L0054 (ĠU L 277 10.10.1997 p. 24)

Emendat minn
31997L0054 numru tad-dokument tal-att li qed jemenda
(ĠU L 277 10.10.1997 p. 24) referenza tal-pubblikazzjoni tal-att li qed jemenda


Referenza għat-testi konsolidati

Fil-każ li att u l-emendi tiegħu jkunu suġġetti għall-konsolidazzjoni, id-Direttorju joffri links għat-testi konsolidati suċċessivi. It-test konsolidat huwa identifikat min-numru tad-dokument. L-ewwel parti ta' dan in-numru tinbena min-numru tad-dokument tal-att bażiku u tidentifika l-familja konsolidata (jiġifieri, l-att bażiku u l-emendi għalih); I it-tieni parti tidentifika id-data tad-dħul fis-seħħ tal-aħħar att li jemenda.

Eżempju

Test konsolidat 01997L0311- 19971030

Test konsolidat
01977L0311 in-numru tal-familja konsolidata
19971030 id-data tad-dħul fis-seħħ tal-aħħar att li jemenda.



Tiftixa għal dokument


It-tiftixa għal dokument ssir permezz tal-istruttura analitika.

Eżempju

Tiftixa għal deċiżjoni dwar in-Nomeklatura Magħquda.

It-taqsima rilevanti bit-titlu 02.20.10 'dazji tad-dwana, insab fil-kapitolu 'Unjoni doganali u moviment liberu tal-merkanizja

  • 02. Unjoni doganali u moviment liberu tal-merkanzija
    • 02.20 Strumenti doganali bażiċi
      • 02.20.10 Tariffi doganali

L-atti mniżżla f'kull sezzjoni huma rranġati f'ordni jikber tan-numri tad-dokumenti: skont is-settur (l-ewwel ċifra), is-sena, il-forma ġuridika (murija b'ittra) u numru tas-serje (per eżempju numru ta' regolament).

Parmi les actes de la section Tarifs douaniers figure la décision n° 597/87 représentée comme suit: