Tkabbir 2013: il-Kroazja
Bi preparazzjoni għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea, il-leġiżlazzjoni sekondarja li tkun għadha fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni qiegħda tiġi tradotta bil-Kroat u bil-mod il-mod tiġi ppubblikata fl-Edizzjoni Speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Sakemm issir il-pubblikazzjoni fl-edizzjoni Speċjali, din il-paġna se tagħti aċċess għat-testi provviżorji li diġà; huma disponibbli bil-Kroat; dawn ġew awtentikati mis-servizzi legali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea. Sakemm ma jidħol fis-seħħ ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-pubblikazzjoni elettronika tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013, it-testi ppubblikati fil-verżjoni stampata biss tal-edizzjoni Speċjali huma meqjusa bħala awtentiċi.

