Menu principal du site

ĠABRIET
IR-ROKNA TAL-PROFESSJONISTI
Dwar il-liġi tal-UE

Reġistri ta’ l-istituzzjonijiet

Il-prinċipju tat-trasparenza huwa mnaqqax fl-Artikolu 1 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. L-Artikolu 255 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea issa jistipola li "Kull ċittadin ta’ l-Unjoni, u kull persuna naturali jew legali li tirrisjedi jew għandha l-uffiċċju tagħha rreġistrat fi Stat Membru, għandha d-dritt taċċessa d-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea". Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jagħti effett lil din id-dispożizzjoni fit-Trattat, u jistipola partikolarment li dawn it-tliet istituzzjonijiet għandhom jipprovdu aċċess għad-dokumenti tagħhom permezz ta’ reġistru elettroniku.

Din il-paġna fiha links għar-reġistri tad-dokumenti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Ir-referenzi f'dawk ir-reġistri ma jorbtux legalment, u huma awtentiċi biss id-dokumenti ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.