Avviż Legali Importanti
L-informazzjoni f’dan is-sit hija suġġetta għal caħda ta’ responsabbiltà, avviż ta’ dritt ta’ l-awtur u regoli li għandhom x’jaqsmu mal- protezzjoni tat-tagħrif personali.
Ċaħda ta’ reponsabbiltà
Il-Uffiċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali imexxi dan is-sit sabiex isaħħaħ l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar l-inizjattivi u l-politika ta’ l-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali. Il-għan tagħna huwa li nżommu din l-informazzjoni aġġornata u eżatta. Jekk jiġbdulna l-attenzjoni li hemm xi żbalji, aħna nippruvaw nikkoreġuhom. Madanakollu l-Uffiċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà jew dannu fir-rigward ta’ l-informazzjoni fuq dan is-sit.
Din l-informazzjoni hi:
- ta’ natura ġenerali biss u mhux intiża biex tindirizza ċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ individwu jew entitàpartikolari ;
- mhux neċessarjament komprensiva, kompluta, eżatta jew aġġornata;
- xi kultant illinkjata ma’ siti esterni li s-servizzi ta’ l-Uffiċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali m’ għandhom l-ebda kontroll fuqhom u li ghalihom l-Uffiċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali ma jassumi l-ebda responsabbiltà;
- m’hix professjonali jew parir legali (jekk għandek bżonn parir speċifiku, int għandek dejjem tikkonsulta professjonist kwalifikat addattat).
Jekk jogħġbok innota li ma jistax jiġi garantit li dokument disponibbli on-line jirriproduċi b’ mod eżatt test addottat uffiċjalment. Il-leġislazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea ppubblikata fl-edizzjonijiet tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fil-forma kartaċea biss hi meqjusa awtentika.
Huwa l-għan tagħna li nnaqsu t-tfixkil ikkawżat minn żbalji tekniċi. Madanakollu xi informazzjoni fuq is-sit tagħna tista’ tkun maħluqa jew strutturata f’fajls jew f’formats li m’humiex mingħajr żbalji u aħna ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jkunx interrott jew b’mod ieħor affettwat minn problemi bħal dawn. L-Uffiċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali ma jaċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ tali problema li tirriżulta mill-użu tas-sit jew siti esterni oħrajn illinkjati.
Din iċ-ċaħda ta’ responsabbiltà m’hix intiża li tillimita r-responsabbiltà ta’ l-Uffiċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali b'kontravenzjoni ta' kull ħtieġa stabilita fil-liġi nazzjonali applikabbli u lanqas teskludi r-responsabbiltà f’materji li ma jistgħux ikunu esklużi taħt dik il-liġi.
Avviż dwar id-Dritt tal-Awtur
© European Union, 1998-2013
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, li wieħed iniżżel jew jirripproduċi għall-użu personali jew tixrid kummerċjali ulterjuri u dak mhux kummerċjali, ta' testi legali u dokumenti oħra disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web EUR-Lex huma awtorizzati sakemm it-tagħrif xieraq jingħata hekk kif ġej:
‘© European Union, http://eur-lex.europa.eu/'
Meta leġiżlazzjoni terġa' tintuża kif suppost, għandu jiżdied dan id-disclaimer:
'Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea li tidher fuq l-edizzjoni stampata ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea biss titqies bħala awtentika'.
It-testi u d-dokumenti għat-traduzzjoni fil-lingwi għajr il-verżjonijiet fil-lingwa uffiċjali jintwerew fis-sit web tal-EUR-Lex huma soġġett awtorizzat għall-kundizzjoni li l-permess jingħata f'post prominenti u xieraq, segwit minn rinunzja xierqa, it-tnejn tradotti f'lingwa rilevanti:
'Tradott mill-edizzjoni oriġinali [speċifika l-lingwa] ippubblikata mill-Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fuq is-sit web tal-EUR-Lex:
© European Union, http://eur-lex.europa.eu/, '[titolu komplut fil-lingwa oriġinali]
Ir-responsabbiltà tat-traduzzjoni għall-[speċifika l-lingwa] hija interament ta' [isem ta' min hu responsabbli mid-dritt tal-awtur tat-traduzzjoni].'
Jekk tinsab f'dubju rigward l-użu mill-ġdid tat-testi u d-dokumenti ta' EUR-Lex, tista' tibgħat il-mistoqsijiet tiegħek dwar id-dritt tal-awtur bil-kitba lil:
Publications Office of the European Union
Resources and Logistics Directorate
Calls for Tender, Contracts and Copyright Unit
Copyright and Legal Issues Section
2, rue Mercier
2985 Luxembourg
Luxembourg
Faks: +352 292942672
Kaxxa postali elettronika:
copyright-info@publications.europa.eu
Il-forniment tal-fajls (fil-format XML permezz ta' server FTP) biex dawn, prattikament, jiġu sfruttati u mxerrda kummerċjalment huwa suġġett għall-konklużjoni ta' ftehim li fuqu tinħareġ liċenzja (li jkun hemm miżata imposta fuqha) mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjoniijiet f'isem l-Unjoni Ewropea. L-applikazzjoni għal dan trid issir bil-miktub fl-indirizz li ġej:
Uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea
L-Unità EU Bookshop, Sezzjoni 'Group Commercial Activities'
2, Rue Mercier
L-2985 il-Lussemburgu
Faks: (352) 29 29 -44630
Email: licences@publications.europa.eu
Il-logo tal-EUR-Lex ma jistax jintuża mingħajr il-kunsens tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet.
Għal kull tip ta' informazzjoni oħra rigward il-kontenut, il-ħidma jew l-iżviluppi futuri tas-sit web tal-EUR-Lex, jekk jogħġbok ikkuntattja:
Helpdesk pubbliku eurlex-helpdesk@publications.europa.eu
Ħarsien tad-Data Personali
L-Unjoni Ewropea hija impenjata li tiżgura l-privatezza tal-utenti.
Il-politika dwar il-ħarsien tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' tagħrif personali mill-istituzzjonijiet Komunitarji tissejjes fuq ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (KE) Nru 45/2001 tat-18 ta' Diċembru 2000.
L-għan tat-trattament tad-dejta
Il-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta tiegħek:
- jgħinuk tippersonalizza l-mod kif tidħol fis-sistema
- jgħinuk twieġeb il-mistoqsijiet tiegħek u jinfurmawk dwar l-iżviluppi l-ġodda u kif tuża l-websajt (jekk tkun għażilt li tirċievi din il-informazzjoni)
- jgħinuna nanalizzaw l-iżbalji li jista' jkun hemm, u ntejbu s-servizz.
Id-data personali miġbura tiġi ttrattata skont il-politika deskritta fir-Regolament imsemmi hawn fuq.
Id-data tintuża biss għar-raġunijiet ta' tweġiba u l-analiżi tal-iżbalji u l-mistoqsijiet tal-persunal tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet u l-kuntratturi tagħhom sabiex jitjieb is-servizz.
Il-ġbir tad-data huwa bbażat fuq ftehim volotarju skont is-suġġetti tad-data.
Il-kontrullur tat-trattament tad-data:
Il-kontrollur responsabbli mill-ipproċessar ta' din id-data huwa l-kap tal-unità EUR-Lex tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet. Jekk għandek xi mistoqsija dwar l-ipproċessar tal-email tiegħek u data personali relatata, tiddejjaq xejn tinkludihom fil-messaġġ tiegħek, b'mod partikolari jekk tixtieq tara, tbiddel jew tħassar xi parti mid-data personali tiegħek li qed inżommu. Tista' wkoll tibgħat email lill- eurlex-helpdesk@publications.europa.eu
Data miġbura:
Isem, Kunjon u Email (oqsma obligatorji)
Organizzazzjoni, pajjiż (oqsma mhux obbligatorji).
Lil min tintwera d-data tiegħek?
Id-data miġbura tinżamm kunfidenzjali u tintuża biss mill-helpdesk tal-EUR-Lex u t-tim EUR-Lex tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet u l-kuntrattur tiegħu.
L-ebda data personali ma tingħata lil entitajiet li jinsabu lil hinn mir-riċevituri u l-qafas legali msemmi, mingħajr preġudizzju għal trażmissjoni possibbli lill-entitajiet responsabbli mill-kompitu ta' monitoraġġ jew spezzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità per eż. OLAF jew maġistrat investigattiv.
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjoni ma’ jaqsamx id-data personali ma’ partijiet terzi għall-marketing dirett.
Għal kemm żmien tinżamm id-data tiegħek?
Id-data tinżamm għal massimu ta' 4 snin. Wara dan il-perjodu titħassar, sakemm l-inkjesta ma tkunx għadha għaddejja. Imbagħad id-data tinżamm għaż-żmien neċessarju għat-tlestija tal-inkjesta.
Kif tista' taċċessa d-data tiegħek, tiċċekkja l-preċiżjoni tagħha u jekk jinħtieġ tikkoreġiha?
Għandek id-dritt li titlob kopja tad-data personali tiegħek f'kwalunkwe ħin biex tikkoreġi l-preċiżjoni tal-informazzjoni miżmuma u/jew biex tikkoreġi jew taġġorna din l-informazzjoni. Barra minn hekk tista titlob sabiex l-informazzjoni personali tiegħek titħassar kompletament jekk mhemm l-ebda inkjesta għaddejja min-naħa tiegħek.
Meta trid, tista' tikkanċella l-abbonament tiegħek li tibgħat id-dejta billi tuża l-istess indirizz tal-email.
Bl-għan li tipproteġi l-privatezza u s-sigurtà tiegħek, aħna nieħdu passi reġjonevoli sabiex ngħinuk tivverifika l-identità tiegħek qabel ma jingħata aċċess jew isir tranġar.
X'inhuma l-modi tekniċi u l-miżuri tas-sigurtà użati biex ikun evitat aċċess ħażin jew mhux awtorizzat?
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet stabilixxa, u jirrevedi u jaġġorna b'mod regolari, proċeduri fiżiċi, elettroniċi u ta' tmexxija xierqa sabiex iħares u jgħin għall-prevenzjoni tal-aċċess mhux awtorizzat, tinżamm is-sigurtà tad-data u l-użu korrett tal-informazzjoni miġbura.
Ir-rikjesta tiegħek tinżamm fuq is-server tal-kuntrattur tagħna, tiġi proċessata u tintbagħat bl-email lill-espert responsabbli mir-risposta għar-rikjesta tiegħek.
Dan il-kuntrattur estern iffirma kuntratt mal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, li jorbot legalment, li jkun konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali u l-ipproċessar tagħha, u b’mod aktar speċifiku, mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Il-persunal tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE li għandhom aċċess għall-informazzjoni identifikabbli personalment huma mitluba li jipproteġu din l-informazzjoni b'mod konsistenti man-Notifika tal-Privatezza per eżempju mingħajr ma l-informazzjoni tintuża għal kwalunkwe għan għajr dak li jagħtu s-servizzi mitluba f’ħidmiethom.
Liema huma l-punti ta' kuntatt għal mistoqsijiet jew ilmenti?
Jekk tixtieq taċċessa, tħassar jew tikkoreġi l-informazzjoni personali tiegħek jekk jogħġbok ikkuntattja: Email: eurlex-helpdesk@publications.europa.eu
F'każ ta' kunflitt l-ilmenti jistgħu jiġu indirizzati lill- uffiċjal tal-Kummissjoni għall-protezzjoni tad-data jew lill- Kontrullur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
Tibdil għal din in-Notifika dwar il-Privatezza
Jekk din in-Notifika dwar il-Privatezza tinbidel b'xi mod, aħna npoġġu verżjoni aġġornata tagħha fuq [http://eur-lex.europa.eu/mt/editorial/legal_notice.htm]. Jekk żżur ta' spiss din il-paġna tkun żgur li inti dejjem konxju ta' liema informazzjoni niġbru, kif nużawha u taħt liema ċirkostanzi, jekk xejn, naqsmuha ma' partijiet oħra.

