DVD-ROM / Is-serje L u C
L-edizzjoni fuq is-DVD-ROM toffri arikivju konvenjenti ta’ informazzjoni ppubblikata fil-ĠU serje L u C. Hija tinkludi wkoll materjal tal-ĠU C E, li ma jkunx ġie stampat.
Is-DVD-ROM, li hija fformulata mis-servizz EUR-Lex, hija edizzjoni kumulattiva monolingwa li toħroġ darba fix-xahar u tinkludi l-indiċi tal-ĠU fil-format HTML u l-kontenut tal-ĠU f’format PDF, Permezz ta’ din is-DVD-ROM tista’ tfittex kull test li jkun ġie ppubblikat fil-ĠU L, C jew C E, kemm jekk ikun maħżun fuq is-DVD-ROM, kif ukoll, fuq is-sit ta’ l-internet. Il-kollezzjoni annwali tinkludi l-ħarġiet kollha tal-ĠU li jkunu ġew ippubblikati matul dik is-sena.
Biex tabbona u biex tikseb ħarġiet partikolari, jekk jogħġbok ikkuntattja n-network tal-bejgħ tagħna.

