L-ABĊ tal-Liġi tal-Unjoni Ewropea
L-ABĊ tal-Liġi tal-Unjoni Ewropea ta' Klaus-Dieter Borchardt jeżamina l-għeruq tal-proġett Ewropew u tal-iżvilupp tiegħu bħala sistema legali. Dan joffri ħarsa intuwittiva dwar kif hi mibnija l-UE, il-prinċipji wesgħin tagħha u s-sistema legali li tissodaha, filwaqt li jħares lejha b'relazzjoni mal-liġijiet nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE. Dan ix-xogħol jikkunsidra l-emendi li saru fit-Trattati Ewropej permezz tat-Trattat ta' Lisbona. Sakemm ma jkunx hemm kwotazzjoni diretta, jew ikun meħtieġ mill-kuntest storiku, l-artikoli kkwotati jirriferu esklussivament għall-verżjonijiet ikkonsolidati tat-Trattati Ewropej (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 83 tat-30 ta' Marzu 2010). L-informazzjoni mogħtija f'din l-edizzjoni hi korretta sa Marzu 2010.
Frar 2012
Irċevejna bosta traduzzjonijiet ta' din il-pubblikazzjoni, bħala fajls PDF.
Għadna qed nistennew it-traduzzjoni Irlandiża, imma sadanittant iddeċidejna li nippubblikaw il-verżjonijiet tal-ilsna li għandna.
Għaldaqstant il-parti l-kbira tal-utenti issa jistgħu jniżżlu l-fajl PDF bil-verżjoni tal-lingwa tagħhom [2,476MB].
Il-paġni html bil-Malti se jkunu disponibbli fil-ġejjieni. Sadattant, tista' tikkonsulta l-verżjoni l-qadima, kif ippubblikata qabel f'EUR-Lex taħt it-titlu "Proċeduri u partijiet", madankollu jekk jogħġbok innota li din il-paġna ma tikkunsidrax l-emendi li saru fit-Trattati Ewropej mit-Trattat ta' Lisbona.

