Id-Direttorju tal-Leġiżlazzjoni Konsolidata tal-Unjoni Ewropea, li hu organizzat f'kapitli tematiċi, jippreżenta l-aħħar verżjoni konsolidata ta' att (jew l-att bażiku jekk qatt ma ġie emendat) u l-aħħar modifiki (jekk ikunu għadhom ma ġewx imdaħħlin fit-test konsolidat).
B'mod ġenerali, ir-regolamenti, id-direttivi u d-deċiżjonijiet huma konsolidati. Madankollu, xi atti huma esklużi mill-proċess ta' konsolidazzjoni. Dawn huma mmarkati b'asterisk (*) fid-Direttorju. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok irreferi għall-FAQs dwar il-konsolidazzjoni.
Id-Direttorju tal-Leġiżlazzjoni Konsolidata tal-Unjoni Ewropea għadha f'fażi sperimentali. Dan ifisser li xi referenzi jistgħu jkunu neqsin, partikolarment dawk li jikkonċernaw il-modifiki ppubblikati wara l-aħħar verżjoni konsolidata. Għal informazzjoni sħiħa u aġġornata, dejjem iċċekkja l-avviż biblijografiku tal-att bażiku fuq il-EUR-Lex.
Leġiżlazzjoni konsolidata
Is-sitwazzjoni f'din id-data 1.4.2012
Direttorju ta' leġiżlazzjoni konsolidata tal-Unjoni Ewropea
Tista' tipprintja l-kapitlu li trid tad-Direttorju tal-leġiżlazzjoni konsolidata tal-Unjoni Ewropea mill-fajls PDF għal kull kapitlu. Il-kapitli l-kbar tqassmu f'diversi fajls PDF.
- 01 Kwistjonijiet ġenerali, finanzjarji u istituzzjonali (Numru ta' atti: 1188)
- 02 Unjoni doganali u moviment liberu tal-merkanzija (Numru ta' atti: 697)
- 03 Agrikoltura (Numru ta' atti: 2969)
- 04 Sajd (Numru ta' atti: 906)
- 05 Moviment liberu tal-ħaddiema u politika soċjali (Numru ta' atti: 527)
- 06 Id-dritt ta’ stabbiliment u libertà li tipprovdi servizzi (Numru ta' atti: 253)
- 07 Politika tat-trasport (Numru ta' atti: 626)
- 08 Politika tal-kompetizzjoni (Numru ta' atti: 1767)
- 09 Tassazzjoni (Numru ta' atti: 167)
- 10 Politika ekonomika u monetarja u moviment liberu ta’ kapitali (Numru ta' atti: 513)
- 11 Relazzjonijiet esterni (Numru ta' atti: 1441)
- 12 Enerġija (Numru ta' atti: 349)
- 13 Politika industrijali u s-suq intern (Numru ta' atti: 1539)
- 14 Politika reġjonali u koordinazzjoni ta’ l-istrumenti strutturali (Numru ta' atti: 386)
- 15 Ambjent, konsumaturi u ħarsien tas-saħħa (Numru ta' atti: 1463)
- 16 Xjenza, informazzjoni, edukazzjoni u kultura (Numru ta' atti: 353)
- 17 Liġi dwar l-intrapriżi (Numru ta' atti: 96)
- 18 Politika barranija u ta’ sigurtà komuni (Numru ta' atti: 400)
- 19 Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (Numru ta' atti: 471)
- 20 Ewropa taċ-ċittadini (Numru ta' atti: 11)

