Ftehimiet internazzjonali
L-EUR-Lex fih l-istrumenti ġenerati mill-Komunitajiet Ewropej fl-eżerċizju tar-responsabbilitajiet internazzjonali tagħhom:
- ftehimiet konklużi mill-Komunitajiet Ewropej ma’ pajjiżi mhux membri jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fl-oqsma speċifiċi tar- responsabbilitajiet tagħhom;
- ftehimiet konklużi konġuntament mill-Istati Membri u l-Komunitajiet Ewropej f’oqsma ta’ responsabbilità maqsuma (ftehimiet imħallta);
- deċiżjonijiet ta’ kumitati konġunti mwaqqfa skont ftehim internazzjonali u li jinkludu rappreżentanti tal-firmatarji bil-għan li jiġi amministrat il-ftehim.
Din il-paġna toffri aċċess għall-ftehim konklużi mill-Komunitajiet Ewropej skont
Biex tfittex ftehimiet internazzjonali, segwi il-link “Tiftix fi ftehimiet internazzjonali” fil-menu fuq ix-xellug tal-iskrin.
EUR-Lex jipprovdi wkoll link għad-Database tal-Ftehimiet li jitmexxa mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll għad-Database tal-Uffiċċju tat-Trattati mmexxi mill-Kummissjoni Ewropea.

