Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Lulju 2008 – Il-Kummissjoni vs L-Italja

(Kawża C‑371/05)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 92/50/KEE – Artikoli 11 u 15(2) – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Għoti ta’ servizzi tal-informatika tal-komun ta’ Mantova (l-Italja) – Għoti dirett mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ sejħa għal offerti”

Approssimazzjoni tal-liġijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi – Direttiva 92/50 – Kamp ta’ applikazzjoni – Awtorità kontraenti li żżomm sehem f’kumpannija ġuridikament distinta minnha flimkien ma’ korp wieħed jew iktar irregolati mid-dritt privat (Direttiva tal-Kunsill 92/50) (ara l-punti 22, 24, 26, 29-33)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikoli 11 u 15(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku [kuntratti pubbliċi għal servizzi] (ĠU L 209, p.1) – Għoti ta’ servizzi tal-informatika tal-Komun ta’ Mantova – Għoti dirett mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ sejħa għal offerti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż