EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0992

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 992/2014 tat- 22 ta' Settembru 2014 li jirrevoka r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 950/2014

OJ L 279, 23.9.2014, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2014/992/oj

23.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/17


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 992/2014

tat-22 ta' Settembru 2014

li jirrevoka r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 950/2014

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 219(1) flimkien mal-Artikolu 228 tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tittaffa jew tiġi eliminata t-theddida ta' żbilanċ serju fis-suq tal-ġobon li nħoloq mill-projbizzjoni fuq l-importazzjoni introdotta mill-gvern Russu, ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 950/2014 (2) ipprovda għal skema temporanja eċċezzjonali għall-ħżin privat ta' ġobnijiet għal volum massimu ta' 155 000 tunnellata. Biex jiġi żgurat li l-kwantità massima tkun osservata, twaqqaf mekkaniżmu ta' monitoraġġ u notifika.

(2)

Filwaqt li l-effetti tal-projbizzjoni tar-Russja fuq tal-importazzjoni għandhom impatt potenzjali fuq is-suq kollu tal-UE għall-ġobnijiet, l-Istati Membri l-aktar milquta huma l-Finlandja u l-Istati Baltiċi li tagħhom ir-Russja hija s-sieħeb kummerċjali esklussiv għall-ġobon u l-Ġermanja, il-Pajjiżi Baxxi u l-Polonja, li għalihom ir-Russja hija destinazzjoni sinifikanti għall-ġobnijiet. Barra minn hekk, filwaqt li ġobnijiet b'indikazzjoni ġeografika huma affettwati mill-projbizzjoni fuq l-importazzjoni, dawn jirrappreżentaw biss sehem minimu mill-firxa sħiħa ta' ġobon esportat lejn ir-Russja.

(3)

In-notifiki li daħlu s'issa fl-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' monitoraġġ tal-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 950/2014 juru li l-iskema hija sproporzjonatament użata minn produtturi tal-ġobon minn żoni li tradizzjonalment mhumiex jesportaw kwantitajiet sinifikanti lejn ir-Russja. L-iskema għalhekk ma tidhirx xierqa biex tirreaġixxi b'mod effettiv u effiċjenti kontra t-tfixkil fis-suq li jirriżulta mill-projbizzjoni Russa.

(4)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq u biex tiżgura użu tajjeb tal-baġit tal-Unjoni, huwa xieraq li tintemm l-iskema għall-ħżin privata għall-ġobnijiet kif previst mir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 950/2014.

(5)

Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' użu ineffiċjenti tal-baġit tal-Unjoni, din il-miżura jeħtieġ li tapplika minnufih.

(6)

Sabiex ikun żgurat li jitħarsu l-aspettattivi tal-operaturi li applikaw għall-għajnuna għall-ħżin privat ta' ġobnijiet taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 950/2014, applikazzjonijiet imdaħħla qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu kkunsidrati għall-ħlas tal-għajnuna prevista mir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 950/2014,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Revoka tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 950/2014

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 950/2014 huwa b'dan imħassar.

Madankollu, għandu jkompli japplika fir-rigward ta' applikazzjonijiet ippreżentati skont l-Artikolu 4 tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Meta l-aċċettazzjoni tal-kwantità sħiħa ta' prodotti li għalihom ikunu tressqu applikazzjonijiet għall-għajnuna ikunu ġew notifikati lill-Kummissjoni skont is-subparagrafu preċedenti b'rabta ma' ġimgħa partikolari twassal biex tinqabeż il-kwantità massima li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 950/2014, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni adottat mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 229(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tistabbilixxi koeffiċjent ta' allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet li jikkorrispondu għall-applikazzjonijiet notifikati lill-Kummissjoni f'dak il-jum. Dak il-koeffiċjent tal-allokazzjoni għandu jillimita l-kwantità totali ta' prodotti eliġibbli għall-għajnuna temporanja eċċezzjonali għall-ħżin privat għall-kwantità massima li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 950/2014.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 950/2014 tal-4 ta' Settembru 2014 li jiftaħ skema temporanja eċċezzjonali ta' għajnuna għall-ħżin privat ta' ċerti ġobnijiet u jiffissa bil-quddiem l-ammont ta' għajnuna (ĠU L 265, 5.9.2014, p. 22).


Top