EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02013R0716-20150101

Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2013 tal-25 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/716/2015-01-01

02013R0716 — MT — 01.01.2015 — 001.002


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 716/2013

tal-25 ta’ Lulju 2013

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż

(ĠU L 201 26.7.2013, p. 21)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1239/2014 tad-19 ta' Novembru 2014

  L 333

5

20.11.2014




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 716/2013

tal-25 ta’ Lulju 2013

li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż



KAPITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 b’mod partikolari:

(a) 

l-użu ta’ termini komposti u allużjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 fid-deskrizzjoni, fil-preżentazzjoni u fit-tikkettar ta’ oġġett tal-ikel;

(b) 

l-indikazzjonijiet ġeografiċi tax-xorb spirituż imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 u l-użu ta’ simbolu tal-Unjoni għall-indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament:

(a) 

“xorb spirituż” tfisser waħda mill-kategoriji 1 sa 46 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008;

(b) 

“indikazzjoni ġeografika” tfisser waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008;

(c) 

“terminu kompost” tfisser il-kombinazzjoni ta’ terminu elenkat fil-kategoriji 1 sa 46 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 jew indikazzjoni ġeografika ta’ xorb spirituż, minn fejn l-alkoħol kollu tal-prodott finali joriġina, flimkien ma’:

(i) 

l-isem ta’ wieħed jew aktar mill-oġġetti tal-ikel ħlief dawk użati għall-produzzjoni ta’ dak ix-xorb spirituż skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, jew aġġettivi li joħorġu minn dawk l-ismijiet, u/jew

(ii) 

it-terminu “likur”;

(d) 

“allużjoni” tfisser referenza diretta jew indiretta għal waħda jew aktar mill-kategoriji jew indikazzjonijiet ġeografiċi tax-xorb spirituż, għajr ir-referenza f’terminu kompost jew lista ta’ ingredjenti msemmija fl-Artikolu 9(9) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008.



KAPITOLU II

REGOLI DWAR L-UŻU TA’ TERMINI KOMPOSTI U ALLUŻJONIJIET

Artikolu 3

Termini komposti

1.  It-terminu “xorb spirituż” ma għandux ikun parti minn terminu kompost li jiddeskrivi xarba alkolħolika.

2.  Terminu kompost li jiddeskrivi xarba alkolħolika ma għandux jikkonsisti minn kumbinazzjoni tat-terminu “likur” bl-isem ta’ waħda mill-kategoriji 33 sa 40 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 110/2008.

3.  Terminu kompost ma għandux jieħu post id-denominazzjoni tal-bejgħ ta’ xorb spirituż.

4.  It-terminu kompost li jiddeskrivi xarba alkolħolika għandu jidher b’karattri uniformi tal-istess tipa, daqs u kulur. Dan ma għandux jiġi interrott b’xi element testwali jew ta’ stampi li ma jifformawx parti minnu u ma għandux jidher f’daqs tat-tipa akbar minn dik tad-denominazzjoni tal-bejgħ.

Artikolu 4

Allużjonijiet

L-allużjoni għal xi kategorija jew indikazzjoni ġeografika ta’ xorb spirituż, bħala preżentazzjoni ta’ oġġett tal-ikel, ma għandhiex tidher fl-istess linja bħad-denominazzjoni tal-bejgħ. Għax-xarbiet alkoħoliċi, l-allużjoni għandha tidher f’daqs ta’ tipa iżgħar minn dawk użati għad-denominazzjoni tal-bejgħ u t-terminu kompost.

Artikolu 5

Dilwizzjoni ta’ xorb spirituż

Għall-finijiet tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, it-tnaqqis tal-qawwa alkoħolika ta’ xorb spirituż taħt il-qawwa alkoħolika minima stabbilita għal dak ix-xorb spirituż fil-kategorija korrispondenti fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament, esklussivament biż-żieda ta’ ilma, għandu jitqies bħala dilwizzjoni.



KAPITOLU III

INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI

Artikolu 6

Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika

L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni u tkun magħmula mill-:

(a) 

formola tal-applikazzjoni, skont il-mudell stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(b) 

fajl tekniku, skont il-mudell stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(c) 

ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-fajl tekniku msemmi fil-punt (b).

Artikolu 7

Applikazzjonijiet transfruntieri

1.  Fil-każ li indikazzjoni ġeografika transfruntieri tinvolvi biss Stati Membri, l-applikazzjoni rilevanti għandha tiġi ppreżentata b’mod konġunt jew minn wieħed mill-Istati Membri f’isem l-oħrajn. Fil-każ tal-aħħar, l-applikazzjoni għandha tinkludi dokument minn kull wieħed mill-Istati Membri l-oħra konċeranti li jawtorizza l-Istat Membru jressaq l-applikazzjoni biex jaġixxi f’ismu.

Meta indikazzjoni ġeografika transfruntieri tinvolvi pajjiżi terzi biss, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni jew minn wieħed mill-applikanti f’isem l-oħrajn jew minn wieħed mill-pajjiżi terzi f’isem l-oħrajn u għandha tinkludi:

(a) 

il-prova tal-protezzjoni fil-pajjiżi terzi kkonċernati; u

(b) 

dokument minn kull wieħed mill-pajjiżi terzi l-oħra kkonċernati li jawtorizza l-pajjiż terz li jippreżenta l-applikazzjoni sabiex jaġixxi f’ismu.

Fil-każ li indikazzjoni ġeografika transfruntieri tinvolvi mill-inqas Stat Membru wieħed u mill-inqas pajjiż terz wieħed, l-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni minn wieħed mill-Istati Membri, l-awtoritajiet tal-pajjiż terz jew entitajiet privati mill-pajjiż terz inkwistjoni u għandha tinkludi:

(a) 

il-prova tal-protezzjoni fil-pajjiżi terzi kkonċernati; u

(b) 

dokument minn kull wieħed mill-Istati Membri jew il-pajjiżi terzi kkonċernati li jawtorizza l-parti li tippreżenta l-applikazzjoni biex taġixxi f’ismu.

2.  L-Istat Membru jew l-awtorità tal-pajjiż terz jew l-entità privata mill-pajjiż terz inkwistjoni, li tippreżenta lill-Kummissjoni applikazzjoni transfruntieri għandha ssir d-destinatarja ta’ kwalunkwe notifika jew deċiżjoni maħruġa mill-Kummissjoni.

Artikolu 8

Il-wasla tal-applikazzjoni

1.  Id-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għandha tkun id-data tal-wasla tagħha mill-Kummissjoni.

2.  L-Istat Membru jew l-awtorità tal-pajjiż terz jew l-entità privata mill-pajjiż terz inkwistjoni għandha tirċievi dikjarazzjoni tal-wasla li għall-inqas tindika dan li ġej:

(a) 

in-numru tal-fajl;

(b) 

l-isem li se jiġi rreġistrat;

(c) 

in-numru ta’ paġni rċevuti;

(d) 

id-data tal-wasla tal-applikazzjoni.

▼M1

Artikolu 8a

Is-sottomissjoni u l-wasla tal-fajls tekniċi għall-indikazzjonijiet ġeografiċi stabbiliti

1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jibagħtu l-fajls tekniċi għal indikazzjonijiet ġeografiċi stabbiliti msemmija fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 lill-Kummissjoni bl-użu tas-sistemi tal-informazzjoni msemmija fl-Anness VI.

Il-fajls għandhom jitqiesu bħala sottomessi fid-data li fiha l-Kummissjoni tirċivihom.

2.  Il-Kummissjoni għandha tagħti konferma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li rċeviet il-fajls tekniċi permezz tas-sistemi tal-informazzjoni msemmija fl-Anness VI. Hija għandha tagħti numru tal-fajl lil kull fajl.

Il-konferma tar-riċevuta għandu jkollha tal-inqas dawn li ġejjin:

(a) 

in-numru tal-fajl;

(b) 

l-isem ikkonċernat; u

(c) 

id-data tal-irċevuta.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika informazzjoni u rimarki dwar il-fajls tekniċi li jużaw is-sistemi tal-informazzjoni msemmija fl-Anness VI u tagħmilhom disponibbli.

3.  L-Artikoli 4, 5, 6, 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 792/2009 għandhom japplikaw mutatis mutandis għan-notifika u d-disponibbiltà tal-informazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2.

In-notifiki msemmija fl-Artikolu 4(2)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 792/2009 għandhom isiru sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

▼B

Artikolu 9

Indikazzjonijiet ġeografiċi stabbiliti

1.  Jekk il-fajl tekniku għal indikazzjoni ġeografika stabbilita, ippreżentat skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 ma jurix li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15(1) ta’ dak ir-Regolament ġew issodisfati, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi perjodu ta’ żmien biex jiġi emendat jew irtirat jew biex jitressqu kummenti mill-Istat Membru.

2.  Jekk dawn in-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati mill-Istat Membru fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel paragrafu, il-fajl tekniku għandu jitqies li ma ġiex ppreżentat u l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandu japplika.

Artikolu 10

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika kkonċernata

Jekk il-fajl tekniku jistabbilixxi li l-imballaġġ tax-xorb spirituż għandu jitwettaq fi ħdan iż-żona ġeografika demarkata jew f’żona li tinsab qrib ħafna tiegħu, għandha tingħata ġustifikazzjoni għal dan ir-rekwiżit fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

Artikolu 11

L-ammissibilità tal-applikazzjoni

1.  L-applikazzjoni hija ammissibbli jekk din tikkonsisti mill-elementi kollha msemmija fl-Artikolu 6.

2.  Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta l-Kummissjoni għandha tistieden lill-applikant sabiex jirrimedja d-defiċejnza fi żmien xahrejn. Jekk in-nuqqas ma jiġix irrimedjat qabel ma jiskadi l-limitu ta’ żmien, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-applikazzjoni bħala mhux ammissibbli.

Artikolu 12

L-iskrutinju tal-kundizzjonijiet tal-validità

1.  Jekk indikazzjoni ġeografika ma tkunx konformi mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 jew jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ma tissodisfax ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni għandha tiffissa perjodu ta’ żmien biex tiġi emendata jew irtirata jew biex jitressqu kummenti mill-Istat Membru, l-awtorità tal-pajjiż terz jew l-entità privata mill-pajjiż terz inkwistjoni.

2.  Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati mill-Istat Membru, l-awtorità tal-pajjiż terz jew l-entità privata mill-pajjiż terz inkwistjoni fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-applikazzjoni.

Artikolu 13

Oġġezzjoni għar-reġistrazzjoni

1.  L-oġġezzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 17(7) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 għandhom jitfasslu f’konformità mal-forma stabbilita fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament u ppreżentati lill-Kummissjoni. Id-data tal-preżentazzjoni tal-oġġezzjoni għandha tkun id-data tal-wasla tagħha mill-Kummissjoni.

2.  Il-persuna li toġġezzjona għandha tirċievi dikjarazzjoni tal-wasla li għall-inqas tindika dan li ġej:

(a) 

in-numru tal-fajl;

(b) 

in-numru ta’ paġni rċevuti;

(c) 

id-data tal-wasla tal-oġġezzjoni.

Artikolu 14

L-ammissibilità ta’ oġġezzjoni

1.  L-oġġezzjoni tkun ammissibbli jekk issemmi d-dritt(ijiet) preeżistenti ddikjarati, fejn rilevanti, u r-raġuni(jiet) għall-oġġezzjoni u li waslet fil-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 17(7) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008.

2.  Jekk l-oġġezzjoni tkun ibbażata fuq l-eżistenza tar-reputazzjoni u r-rikonoxximent ta’ marka kummerċjali preċedenti, skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, l-oġġezzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-prova tat-tressiq tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, ir-reġistrazzjoni jew l-użu ta’ dik il-marka kummerċjali, bħaċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni jew il-prova tal-użu tagħha, u l-prova tar-reputazzjoni u r-rikonoxximent tagħha.

3.  Kwalunkwe oġġezzjoni għandu jkun fiha d-dettalji tal-fatti, l-evidenza u l-kummenti ppreżentati bħala appoġġ għall-oġġezzjoni, akkumpanjati mid-dokumenti ta’ appoġġ rilevanti.

L-informazzjoni u l-evidenza ppreżentati b’appoġġ għall-użu ta’ marka kummerċjali preċedenti għandhom jirreferu għall-post, it-tul ta’ żmien, id-daqs u n-natura tal-użu tal-marka kummerċjali preċedenti, u tar-reputazzjoni u r-rikonoxximent tagħha.

4.  Jekk l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ma jkunux ġew prodotti, il-Kummissjoni għandha tistieden lil dak li oġġezzjona jirrimedja n-nuqqasijiet f’perjodu ta’ xahrejn. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati qabel ma jiskadi l-limitu ta’ żmien, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta l-oġġezzjoni bħala mhux ammissibbli.

Artikolu 15

L-iskrutinju ta’ oġġezzjoni

1.  Jekk l-oġġezzjoni hija ammissibbli, il-Kummissjoni għandha tikkomunikaha lill-Istat Membru, l-awtorità tal-pajjiż terz jew l-entità privata mill-pajjiż terz inkwistjoni u tistedinhom jippreżentaw osservazzjonijiet fi żmien perjodu ta’ xahrejn. Kwalunkwe osservazzjonijiet rċevuti f’dan il-perjodu ta’ żmien għandhom jiġu kkomunikati lill-persuna li toġġezzjona.

2.  Il-Kummissjoni għandha titlob lill-partijiet biex jippreżentaw kummenti dwar l-osservazzjonjiet li waslu mill-partijiet l-oħrajn f’perjodu ta’ xahrejn.

3.  Jekk il-Kummissjoni tqis li l-oġġezzjoni tkun fondata, din għandha tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni.

4.  Jekk, fil-każ ta’ ħafna oġġezzjonijiet, wara eżami preliminari ta’ oġġezzjoni bħal din jew iktar, jista’ ma jkunx possibbli li l-applikazzjoni tiġi aċċettata għar-reġistrazzjoni; il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-proċeduri l-oħrajn ta’ oġġezzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-persuni l-oħrajn li joġġezzjonaw bi kwalunkwe deċiżjoni li taffettwahom.

5.  Meta tiġi rrifjutata applikazzjoni għal reġistrazzjoni, il-proċeduri ta’ oġġezzjoni li ġew sospiżi għandhom jitqiesu magħluqin u l-persuni kkonċernati li joġġezzjonaw għandhom jiġu infurmati kif xieraq.

Artikolu 16

Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni

1.  Deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 9(2), 11(2), 12(2) u 15(3) għandhom ikunu bbażati fuq id-dokumenti u l-informazzjoni disponibbli lilha.

Id-deċiżjonijiet, inklużi r-raġunijiet għalihom, għandhom jiġu notifikati lill-Istat Membru, l-awtorità tal-pajjiż terz jew l-entità privata mill-pajjiż terz inkwistjoni, u, jekk ikun il-każ, lil dawk li joġġezzjonaw.

2.  Sakemm l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika hija rrifjutata skont l-Artikoli 11(2), 12(2) u 15(3) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 17(8) tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 biex tirreġistra l-indikazzjoni ġeografika fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 17

L-użu tal-lingwi

L-indikazzjoni ġeografika għandha tiġi reġistrata bil-lingwa/i użata/i biex tiddeskrivi/jiddeskrivu l-prodott inkwistjoni fiż-żona ġeografika kkonċernata u bl-ortografija oriġinali tagħha.

Artikolu 18

Preżentazzjoni ta’ talba għall-kanċellazzjoni

1.  Talba għal kanċellazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika għandha titfassal skont il-forma stabbilita fl-Anness IV u għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni. Id-data tal-preżentazzjoni tat-talba ta’ kanċellazzjoni għandha tkun id-data tal-wasla tagħha fil-Kummissjoni.

2.  L-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni għandu jirċievi dikjarazzjoni tal-wasla li għall-inqas tindika:

(a) 

in-numru tal-fajl;

(b) 

in-numru ta’ paġni rċevuti; kif ukoll

(c) 

id-data tal-wasla tat-talba.

Artikolu 19

Ammissibilità ta’ talba għall-kanċellazzjoni

1.  Talba għall-kanċellazzjoni hija ammissibbli, jekk tiddikjara b’mod ċar l-interess leġittimu tal-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni u tispjega r-raġuni(jiet) għal tali kanċellazzjoni.

2.  Kwalunkwe talba għall-kanċellazzjoni għandu jkun fiha d-dettalji tal-fatti, l-evidenza u l-kummenti ppreżentati b’appoġġ għall-kanċellazzjoni. Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti rilevanti ta’ appoġġ u b’mod partikolari, b’dikjarazzjoni mingħand l-Istat Membru jew l-awtorità tal-pajjiż terz fejn ir-residenza jew l-uffiċċju reġistrat tal-awtur tat-talba huwa lokalizzat.

3.  Jekk l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma jkunux ingħataw fl-istess żmien tat-talba għall-kanċellazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistieden lil dak li oġġezzjona jirrimedja n-nuqqasijiet fi żmien xahrejn. Jekk in-nuqqasijiet ma jiġux irrimedjati qabel ma jiskadi l-limitu ta’ żmien, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta t-talba bħala mhux ammissibbli.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni kif ukoll lill-Istat Membru, l-awtorità tal-pajjiż terz jew l-entità privata mill-pajjiż terz, li l-indikazzjoni ġeografika tagħhom hija affettwata mit-talba għall-kanċellazzjoni, tad-Deċiżjoni ta’ inammissibbiltà.

Artikolu 20

L-iskrutinju ta’ kanċellazzjoni

1.  Jekk il-Kummissjoni ma tkunx irrifjutat it-talba għall-kanċellazzjoni skont l-Artikolu 19(3), din għandha tikkomunika t-talba lill-Istat Membru jew l-awtorità tal-pajjiż terz jew l-entità privata mill-pajjiż terz, li l-indikazzjoni ġeografika tagħhom hija affettwata mit-talba għall-kanċellazzjoni, u tistedinhom jippreżentaw osservazzjonijiet fi żmien xahrejn. Kwalunkwe osservazzjoni riċevuta f’dan iż-żmien limitat għandha tiġi kkomunikata lill-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq kanċellazzjoni jekk l-Istat Membru, l-awtorità tal-pajjiż terz jew l-entità privata mill-pajjiż terz inkwistjoni ma tippreżentax xi osservazzjoni jew ma tikkonformax mal-limitu taż-żmien ta’ xahrejn.

3.  Kwalunkwe deċiżjoni li tħassar l-indikazzjoni ġeografika kkonċernata għandha tittieħed mill-Kummissjoni abbażi tal-evidenza disponibbli lilha wara li tgħaddi d-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet. Din għandha tikkonsidra jekk il-konformità mal-fajl tekniku tal-indikazzjoni ġeografika ma għadhiex ikar possibbli jew ma tistax tibqa’ tiġi garantita, partikolarment jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 ma għadhomx jiġu ssodisfati jew ma jistgħux jibqgħu jiġu ssodisfati fil-futur qrib.

Tali deċiżjoni għall-kanċellazzjoni għandha tiġi notifikata lill-Istat Membru, l-awtorità tal-pajjiż terz jew l-entità privata mill-pajjiż terz inkwistjoni jew lill-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni.

4.  Jekk aktar minn talba waħda għall-kanċellazzjoni dwar l-istess indikazzjoni ġeografika tkun ġiet ippreżentata u, wara eżami preliminari ta’ waħda jew aktar minn dawn it-talbiet, il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma għadux iġġustifikat li l-indikazzjoni ġeografika tibqa’ protetta, din tista’ tissospendi l-proċeduri ta’ kanċellazzjoni oħrajn dwar dik l-indikazzjoni ġeografika. Din għandha tinforma lill-awturi l-oħrajn tat-talbiet għall-kanċellazzjoni bi kwalunkwe deċiżjoni li taffettwahom.

Jekk indikazzjoni ġeografika tiġi kkanċellata, il-Kummissjoni għandha tagħlaq il-proċeduri ta’ kanċellazzjoni li ġew sospiżi u tinforma lill-awturi l-oħrajn bit-talba għall-kanċellazzjoni skont kif inhu xieraq.

Artikolu 21

Emenda fil-fajl tekniku

1.  Applikazzjoni għall-emenda fil-fajl tekniku relatat ma’ indikazzjoni ġeografika reġistrata, kif imsemmi fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, għandha titfassal skont l-Anness V ta’ dan ir-Regolament u tiġi ippreżentata f’format elettroniku.

2.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Artikoli 8 sa 15 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis. Dawn il-proċeduri għandhom jikkonċernaw biss il-punti tal-fajl tekniku li huma s-suġġett ta’ din l-emenda.

3.  Meta applikazzjoni għall-emenda fil-fajl tekniku tiġi ppreżentata minn applikant li mhuwiex l-applikant inizjali, il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-applikazzjoni lill-applikant inizjali.

Artikolu 22

L-użu ta’ simbolu tal-Unjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati

1.  Is-simbolu tal-Unjoni għal indikazzjonijiet ġeografiċi reġistrati stabbilit fl-Anness V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 ( 1 ) jista’ jintuża għal xorb spirituż. Dak is-simbolu ma jistax jintuża flimkien ma’ terminu kompost li jinkludi indikazzjoni ġeografika. L-indikazzjoni “INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA” tista’ tinbidel bit-termini ekwivalenti f’lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni kif stabbilit f’dak l-Anness.

2.  Fejn is-simbolu tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 1 jidher fuq it-tikketta ta’ xorb spirituż, dan għandu jkun akkumpanjat minn indikazzjoni ġeografika korrispondenti.



KAPITOLU IV

ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċcjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2013. L-Artikoli 3 u 4 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Marzu 2015.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I

APPLIKAZZJONI GĦAL REĠISTRAZZJONI TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA

Id-data tal-wasla (JJ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

In-numru ta’ paġni (inkluż din il-paġna) …

Il-lingwa użata għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni …

In-numru tal-fajl: …

[timtela mill-Kummissjoni]

L-indikazzjoni ġeografika li se tiġi rreġistrata

Kategorija tax-xorb spirituż:

Applikanti

Isem il-persuna legali jew naturali …

L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

L-istatus legali, id-daqs u l-kompożizzjoni (fil-każ ta’ persuni legali)

Nazzjonalità …

Tel., e-mail …

Intermedjarju

L-Istat(i) Membru/i (*) —

L-awtorità tal-pajjiż terz (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

L-isem/ismijiet tal-intermedjarju/i …

L-indirizz(i) sħiħ/sħaħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

Tel., e-mail …

L-evidenza tal-protezzjoni fil-pajjiż terz

Fajl tekniku

In-numru ta’ paġni …

L-isem/ismijiet tal-intermedjarju/i …

Firma/firem …




ANNESS II

IL-FAJL TEKNIKU

Id-data tal-wasla (ĠĠ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

In-numru ta’ paġni (inkluż din il-paġna) …

Il-lingwa użata għall-preżentazzjoni tal-applikazzjoni …

In-numru tal-fajl: …

[timtela mill-Kummissjoni]

L-indikazzjoni ġeografika li se tiġi rreġistrata

Kategorija tax-xorb spirituż:

Id-deskrizzjoni tax-xorb spirituż:

— 
Karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u/jew organolettiċi
— 
Karatteristiċi speċifiċi (imqabbla max-xorb spirituż tal-istess kategorija)

Iż-żona ġeografika kkonċernata,

Il-metodu kif isir ix-xorb spirituż

Rabta mal-ambjent ġeografiku jew l-oriġini

— 
Id-dettalji taż-żona ġeografika jew l-oriġini, rilevanti għar-rabta;
— 
Karatteristiċi speċifiċi tax-xorb spirituż li għandhom rabta maż-żona ġeografika

Dispożizzjonijiet nazzjonali/reġjonali jew tal-Unjoni Ewropea

Applikanti

— 
Stat Membru, Pajjiż Terz jew persuna legali/naturali …
— 
L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …
— 
L-istatus legali (fil-każ ta’ persuni legali) …

Suppliment mal-isem tal-indikazzjoni ġeografika

Regoli speċifiċi għat-tikkettar




ANNESS III

TALBA GĦALL-OĠĠEZZJONI GĦAL INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA

Id-data tal-wasla (JJ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

In-numru ta’ paġni (inkluża din il-paġna) …

Il-lingwa tat-talba għall-oġġezzjoni …

In-numru tal-fajl: …

[timtela mill-Kummissjoni]

Il-persuna li toġġezzjona

Isem il-persuna legali jew naturali …

L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

Nazzjonalità …

Tel., e-mail …

Intermedjarju

L-Istat(i) Membru/i (*)

L-awtorità tal-pajjiż terz (fakultattiva) (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

L-isem/ismijiet tal-intermedjarju/i …

L-indirizz(i) sħiħ/sħaħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

L-Indikazzjoni ġeografika oġġezzjonata

Id-drittijiet ta’ qabel

Indikazzjoni ġeografika reġistrata (*)

Indikazzjoni ġeografika nazzjonali (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

Isem …

In-numru tar-reġistrazzjoni …

Id-data tal-wasla (JJ/XX/SSSS) …

Marka kummerċjali

Sinjal …

Lista ta’ prodotti u servizzi …

In-numru tar-reġistrazzjoni …

Id-data tar-reġistrazzjoni …

Il-pajjiż tal-oriġini …

Ir-reputazzjoni/il-fama (*) …

[(*) ħassar kif jixraq]

Ir-raġunijiet għall-oġġezzjoni

Isem il-firmatarju …

Firma: …




ANNESS IV

TALBA GĦALL-KANĊELLAZZJONI TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA

Id-data tal-wasla (JJ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

In-numru ta’ paġni (inkluża din il-paġna) …

L-awtur tat-talba għall-kanċellazzjoni …

In-numru tal-fajl: …

[timtela mill-Kummissjoni]

Il-lingwa tat-talba għall-kanċellazzjoni

Isem il-persuna legali jew naturali …

L-indirizz sħiħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż)

Nazzjonalità …

Tel., e-mail …

L-Indikazzjoni ġeografika kontestata (*)

L-interess leġittimu tal-awtur tat-talba

Dikjarazzjoni mill-Istat Membru jew mill-pajjiż terz

Ir-raġunijiet għall-kanċellazzjoni

Isem il-firmatarju …

Firma: …




ANNESS V

APPLIKAZZJONI FL-EMENDA GĦALL-FAJL TEKNIKU TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA

Id-data tal-wasla (JJ/XX/SSSS) …

[timtela mill-Kummissjoni]

In-numru ta’ paġni (inkluża din il-paġna) …

Il-lingwa tal-emenda …

In-numru tal-fajl: …

[timtela mill-Kummissjoni]

Intermedjarju

L-Istat(i) Membru/i (*) —

L-awtorità tal-pajjiż terz (fakultattiva) (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

L-isem/ismijiet tal-intermedjarju/i …

L-indirizz(i) sħiħ/sħaħ (in-numru u l-isem tat-triq, il-belt/ir-raħal u l-kodiċi postali, il-pajjiż) …

Tel., e-mail …

Isem l-indikazzjoni ġeografika:

Titlu tal-ispeċifikazzjoni affetwata mill-emenda

L-isem protett (*)

Deskrizzjoni tal-prodott (*)

Żona ġeografika (*)

Rabta (*)

L-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet tal-kontroll (*)

Oħrajn (*)

[(*) ħassar kif jixraq]

Emenda

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li ma twassalx għal emenda fl-ispeċifikazzjonijiet ewlenin (*)

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li twassal għal emenda fl-ispeċifikazzjonijiet ewlenin (*)

[(*) ħassar kif jixraq] —

Spjegazzjoni tal-emenda

L-ispeċifikazzjonijiet emendati ewlenin

[fuq karta separata]

Isem il-firmatarju …

Firma: …

▼M1




ANNESS VI

Is-sistemi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8a

Sabiex jiksbu struzzjonijiet dwar kif jaċċessaw u jużaw is-sistemi tal-informazzjoni magħmula disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz li ġej:

Kaxxa postali funzjonali: AGRI-EXT-HELPDESK@ec.europa.eu



( 1 ) ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1.

Top