EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0246

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/246 tat-3 ta’ Frar 2016 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 fir-rigward tal-formoli għan-notifika tal-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali

OJ L 51, 26.2.2016, p. 1–138 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/246/oj

26.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 51/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/246

tat-3 ta’ Frar 2016

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 fir-rigward tal-formoli għan-notifika tal-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (2) jistabbilixxi r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-formola, il-kontenut u dettalji oħra għan-notifika tal-għajnuna mill-Istat. Dan jistipula li l-folji tal-informazzjoni supplimentari stabbiliti fil-Parti III tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament għandhom jagħtu l-informazzjoni supplimentari meħtieġa għall-valutazzjoni tal-miżuri tal-għajnuna mill-Istat skont ir-regolamenti, il-linji gwida, l-oqfsa u testi oħra applikabbli għall-għajnuna mill-Istat.

(2)

Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 jistipula li kull meta jiġu modifikati jew sostitwiti l-linji gwida jew l-oqfsa rilevanti, il-Kummissjoni għandha tadatta l-formoli korrispondenti u l-folji tal-informazzjoni.

(3)

Wara li l-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea adottat il-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (3), inbidlu r-regoli li l-Kummissjoni tapplika fil-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri tal-għajnuna mill-Istat mas-suq intern. Għalhekk hemm bżonn li jinbidlu l-folji tal-informazzjoni għan-notifika tal-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija li huma stabbiliti fil-Parti III tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).

(3)  ĠU C 204, 1.7.2014, p. 1, kif modifikat b’ĠU C 390, 24.11.2015, p. 4.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004, il-Partijiet III.12.A sa III.12.Q, jinbidlu b’dan li ġej:

IL-PARTI III 12

FOLJU TA’ INFORMAZZJONI ĠENERALI GĦAL-LINJI GWIDA TAL-UE GĦALL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT FIS-SETTURI TAL-AGRIKOLTURA U TAL-FORESTRIJA U FIŻ-ŻONI RURALI

Dan il-folju ta’ informazzjoni ġenerali għan-notifika tal-għajnuna mill-Istat japplika għas-setturi kollha li jkopru l-Linji Gwida tal-UE għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (1) (“il-Linji Gwida”). Barra minn hekk kull, għal kull miżura li jkopru l-Linji Gwida, irid jimtela l-Folju rilevanti ta’ Informazzjoni Supplimentari.

0.   PRINĊIPJI KOMUNI TAL-VALUTAZZJONI

1.

Il-miżura ta’ għajnuna mill-Istat tissodisfa dawn il-prinċipji komuni tal-valutazzjoni?

il-miżura tikkontribwixxi għal għan definit sew ta’ interess komuni;

il-ħtieġa ta’ intervent mill-Istat: miżura ta’ għajnuna mill-Istat għandha tkun maħsuba għal ċirkostanzi meta l-għajnuna tkun tista’ ġġib magħha titjib materjali li s-suq waħdu mhux kapaċi jikseb, billi ssewwi falliment tas-suq definit sew;

l-adegwatezza tal-miżura tal-għajnuna: il-miżura ta’ għajnuna proposta trid tkun strument ta’ politika adegwat biex jiġi indirizzat l-għan ta’ interess komuni;

l-effett tal-inċentiv: l-għajnuna trid tibdel l-imġiba tal-impriżi kkonċernati b’tali mod li dawn ikunu jistgħu jżidu l-attività li mingħajr l-għajnuna ma ssirx jew li ssir biss b’mod ristrett jew differenti;

il-proporzjonalità tal-għajnuna (għajnuna limitata għall-bżonn minimu): l-ammont tal-għajnuna jrid ikun limitat għall-bżonn minimu kemm titħeġġeġ l-attività tas-settur ikkonċernat;

evitati l-effetti negattivi l-kbar mhux dovuti fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn Stati Membri: l-effetti negativi tal-għajnuna jridu jkunu limitati biżżejjed ħalli l-bilanċ ġenerali tal-miżura jkun pożittiv;

it-trasparenza tal-għajnuna: l-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-operaturi ekonomiċi u l-pubbliku jrid ikollhom aċċess faċli għal kull att u informazzjoni rilevanti dwar l-għajnuna li tingħata fil-qafas tagħhom.

2.

Il-miżura ta’ għajnuna tinkludi xi waħda minn dawn il-vjolazzjonijiet mhux separabbli tal-liġi tal-UE?

l-obbligu li l-benefiċjarju jkollu l-kwartieri ġenerali tiegħu fl-Istat Membru rilevanti jew li jkun stabbilit primarjament f’dak l-Istat Membru (2);

l-obbligu li l-benefiċjarju juża prodotti manifatturati jew servizzi offruti f’livell nazzjonali;

restrizzjoni tal-possibbiltà li l-benefiċjarji jisfruttaw ir-riżultati tar-riċerka, tal-iżvilupp u tal-innovazzjoni fi Stati Membri oħrajn;

vjolazzjoni oħra mhux separabbli tal-liġi tal-UE.

Jekk it-tweġiba ta’ xi waħda minn dawn il-punti hi pożittiva, skont il-punt (41) tal-Linji Gwida, din l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

1.   KONTRIBUT GĦAL GĦAN KOMUNI

1.1.

Din l-għajnuna se tiżgura produzzjoni vijabbli tal-ikel u tippromwovi l-użu sostenibbli tar-riżorsi sabiex tikseb tkabbir intelliġenti u sostenibbli?

iva

le

1.2.

Din l-għajnuna għandha x’taqsam sew mal-Politika Agrikola Komuni (il-PAK),u hi konsistenti mal-għanijiet tal-iżvilupp rurali msemmija fil-punt (10) tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, skont il-punt (44) tal-Linji Gwida, din l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

1.3.

Għall-prodotti agrikoli, din l-għajnuna hija kompatibbli mar-regoli dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli.

iva

le

Jekk iva, skont il-punt (44) tal-Linji Gwida, din l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

L-għanijiet tal-iżvilupp rurali

1.4.

Rigward il-miżuri li jixbhu lill-miżuri tal-iżvilupp rurali, l-Istat Membru jista’ juri kif din l-għajnuna taqbel u hija konsistenti mal-programmi rilevanti tal-iżvilupp rurali?

iva

le

Jekk iva, in-notifika trid issir flimkien ma’ din id-dokumentazzjoni.

Kundizzjonijiet addizzjonali għal għajnuna tal-investiment notifikat individwalment abbażi ta’ skema

1.5.

Meta l-għajnuna tingħata għal proġetti ta’ investiment notifikat individwalment abbażi ta’ skema, l-awtorità awtorizzanti tista’ tikkonferma li l-proġett magħżul se jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-iskema u allura għall-għanijiet tal-għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali? Għal dak il-għan, l-Istati Membri jistgħu jserrħu fuq l-informazzjoni li ta l-applikant għall-għajnuna li tiddeskrivi l-effetti pożittivi tal-investiment.

iva

le

L-għanijiet ambjentali

1.6.

In-notifika tal-għajnuna mill-Istat fiha valutazzjoni fuq jekk l-attività megħjuna hix mistennija jkollha xi impatt ambjentali?

iva

le

1.7.

Din l-għajnuna se jkollha impatt ambjentali?

iva

le

Jekk iva, man-notifika, l-Istat Membru jrid jipprovdi informazzjoni li tkun turi li l-għajnuna mhix li twassal biex tinkiser il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar il-ħarsien tal-ambjent.

1.8.

Meta tiġi notifikata l-għajnuna mill-Istat li tkun tagħmel parti mill-programm tal-iżvilupp rurali, ir-rekwiżit ambjentali għal din il-miżura tal-għajnuna mill-Istat huwa l-istess bħar-rekwiżit ambjentali tal-miżura tal-iżvilupp rurali?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (52) tal-Linji Gwida, din l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.   L-ADEGWATEZZA TAL-GĦAJNUNA

2.1.

Id-dispożizzjoni għall-miżura tal-għajnuna notifikata qed issir fl-istess waqt fil-programm rilevanti tal-iżvilupp rurali?

iva

le

Jekk iva, l-Istat Membru jista’ juri l-vantaġġi ta’ dan l-istrument nazzjonali ta’ għajnuna meta mqabbel mal-miżura kkonċernata tal-program tal-iżvilupp rurali?

2.2.

Rigward l-għajnuna għall-investiment, li ma jkoprihiex ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) bħala parti mill-programm tal-iżvilupp rurali jew bħala finanzjament addizzjonali għal miżura tal-iżvilupp rurali bħal din, l-għajnuna tingħata fil-forom li jipprovdu vantaġġ pekunarju dirett (pereżempju għotjiet diretti, eżenzjonijiet jew tnaqqis fit-taxxi, sigurtà soċjali jew miżati obbligatorji oħrajn, eċċ.)?

iva

le

Jekk iva, l-Istat Membru jrid juri għalfejn hu inqas xieraq li jintużaw forom oħrajn ta’ għajnuna potenzjalment inqas distorsivi bħal self bil-quddiem li jista’ jitħallas lura jew forom ta’ għajnuna li huma bbażati fuq strumenti tad-dejn jew ta’ ekwità (pereżempju, self b’rata tal-imgħax baxxa jew sussidju tar-rata tal-imgħax, garanziji tal-Istat jew provvediment alternattiv ta’ kapital b’termini favorevoli).

2.3.

Din l-għajnuna taqa’ fil-qafas ta’ għajnuna għas-settur tal-forestrija b’għanijiet ekoloġiċi, protettivi u rikreattivi li jissemma fit-Taqsima 2.8 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, l-Istat Membru jridu juri li l-għanijiet ekoloġiċi, protettivi u rikreattivi mmirati ma jistgħux jintlaħqu b’miżuri tal-iżvilupp rurali bħall-forestrija li jissemmew fit-Taqsimiet 2.1 sa 2.7 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Linji Gwida.

2.4.

Il-miżura tkopri xi waħda minn dawn il-kategoriji ta’ għajnuna?

għajnuna fl-ispejjeż tal-attivitajiet ta’ riċerka dwar is-suq, l-idea u d-disinn tal-prodott u għat-tħejjija ta’ applikazzjonijiet għar-rikonoxximent tal-iskemi tal-kwalità

għajnuna għat-trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet tal-informazzjoni

għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza

għajnuna għal servizzi ta’ sostituzzjoni fl-irziezet

għajnuna għal miżuri ta’ promozzjoni

għajnuna li tikkumpensal-ispejjeż tal-prevenzjoni u l-eradikazzjoni ta’ mard tal-annimali u pesti tal-pjanti

għajnuna lis-settur tat-trobbija tal-bhejjem

L-għajnuna trid tingħata lill-benefiċjarji finali tal-għajnuna b’mod indirett, in natura permezz ta’ servizzi ssussidjati. F’dawn il-każijiet l-għajnuna trid titħallas lill-fornitur tas-servizz jew tal-attività inkwistjoni.

3.   L-EFFETT TAL-INĊENTIV

3.1.

Qabel jibda x-xogħol fuq il-proġett jew fuq l-attività, il-benefiċjarju se jressaq l-applikazzjoni għall-għajnuna lill-Istat Membru li tal-inqas ikun fiha isem l-applikant u d-daqs tal-impriża, deskrizzjoni tal-proġett jew tal-attività, fosthom il-post u d-dati meta jinbdew u jintemmu, l-ammont meħtieġ tal-għajnuna biex dawn jitwettqu u l-ispejjeż eliġibbli?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (70) tal-Linji Gwida, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern, sakemm din l-għajnuna ma tkunx inkluża f’waħda mill-kategoriji elenkati fil-mistoqsija 3.6 ta’ dan il-Folju ta’ Informazzjoni Ġenerali.

3.2.

Din l-għajnuna se tingħata lil impriżi kbar?

iva

le

Jekk iva, fl-applikazzjoni l-benefiċjarji se jispjegaw x’kien jiġri mingħajr l-għajnuna (jiġifieri x-xenarju kontrafattwali) u jressqu evidenza dokumentarja li tappoġġa x-xenarju kontrafattwali deskritt fl-applikazzjoni?

iva

le

3.3.

Din l-għajnuna għandha x’taqsam ma’ għajnuna għall-investiment biex jintlaħqu l-istandards li jingħataw l-impriżi l-kbar skont il-punt (148)(c) tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, l-impriża kkonċernata se jkollha turi bil-provi li mingħajr l-għajnuna, din tirriskja li tagħlaq?

iva

le

3.4.

Fil-każ ta’ għajnuna mogħtija lil impriżi kbar, l-awtorità awtorizzanti se twettaq verifika ta’ kredibbiltà tax-xenarju kontrafattwali u tikkonferma li l-għajnuna għandha l-effett ta’ inċentiv meħtieġ?

iva

le

Jekk iva, skont il-punt (73) tal-Linji Gwida, ix-xenarju kontrafattwali jitqies kredibbli jekk dan ikun ġenwin u marbut mal-fatturi tat-teħid ta’ deċiżjoni li jkunu prevalenti waqt it-teħid tad-deċiżjoni mill-benefiċjarji rigward il-proġett jew l-attività kkonċernati.

3.5.

Din l-għajnuna hija fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa u tingħata lill-SMEs? Dawn il-kundizzjonijiet huma ssodisfati?

(a)

l-iskema ta’ għajnuna tistabbilixxi dritt għall-għajnuna skont il-kriterji oġġettivi u mingħajr eżerċizzju ulterjuri ta’ diskrezzjoni mill-Istat Membru; u

(b)

l-iskema ta’ għajnuna ġiet adottata u daħlet fis-seħħ qabel beda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività mogħtija għajnuna? (4)

iva

le

Jekk iva, il-punti (70) sa (73) tal-Linji Gwida ma japplikawx.

3.6.

Din l-għajnuna taqa’ f’xi waħda minn dawn il-kategoriji ta’ għajnuna tal-Linji Gwida:

(a)

skemi tal-għajnuna għal konsolidazzjoni tal-art agrikola u tal-forestrija skont it-Taqsima 1.3.4. u t-Taqsima 2.9.2. tal-Parti II tal-Linji Gwida u skemi tal-għajnuna b’għanijiet ekoloġiċi, protettivi u rikreattivi skont it-Taqsima 2.8 tal-Parti II tal-Linji Gwida u meta:

(i)

l-iskema tal-għajnuna tkun tistabbilixxi dritt għall-għajnuna skont il-kriterji oġġettivi u mingħajr eżerċizzju ulterjuri ta’ diskrezzjoni mill-Istat Membru;

(ii)

l-iskema tal-għajnuna tkun ġiet adottata u ddaħħlet fis-seħħ qabel ma l-benefiċjarju jġarrab l-ispejjeż eliġibbli skont it-Taqsimiet 1.3.4, 2.9.2 u t-Taqsima 2.8. tal-Parti II tal-Linji Gwida; u

(iii)

l-iskema tal-għajnuna tkopri SMEs biss?

iva

le

Jekk iva, il-punti (70) sa (74) tal-Linji Gwida ma japplikawx.

(b)

għajnuna għal żvantaġġi relatati maż-żoni ta’ Natura 2000 u mad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma) (5) mogħtija lill-SMEs skont it-Taqsima 1.1.6 tal-Parti II tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, il-punti (70) sa (74) tal-Linji Gwida ma japplikawx.

(c)

għajnuna lil żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn skont it-Taqsima 1.1.7 tal-Parti II tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, il-punti (70) sa (74) tal-Linji Gwida ma japplikawx.

(d)

għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara li ssir minn diżastri naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali skont it-Taqsima 1.2.1.1 tal-Parti II tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, il-punti (70) sa (74) tal-Linji Gwida ma japplikawx.

(e)

għajnuna li tikkumpensal-ħsara li jikkaġunaw avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jitqabblu ma’ diżastru naturali skont it-Taqsima 1.2.1.2 tal-Parti II tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, il-punti (70) sa (74) tal-Linji Gwida ma japplikawx.

(f)

għajnuna li tikkumpensal-ispejjeż tal-prevenzjoni, tal-kontroll u tal-eradikazzjoni ta’ mard tal-annimali u pesti tal-pjanti u għat-telf ikkaġunat minn dak il-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti skont it-Taqsima 1.2.1.3 tal-Parti II tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, il-punti (70) sa (74) tal-Linji Gwida ma japplikawx.

(g)

għajnuna li tkopri l-ispejjeż tat-tneħħija u tal-qerda ta’ stokk mitluf skont it-Taqsima 1.2.1.4 tal-Parti II tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, il-punti (70) sa (74) tal-Linji Gwida ma japplikawx.

(h)

għajnuna li tikkumpensal-ħsara li jikkawżaw annimali protetti skont it-Taqsima 1.2.1.5 tal-Parti II tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, il-punti (70) sa (74) tal-Linji Gwida ma japplikawx.

(i)

għajnuna li tagħmel tajjeb għall-ħsara fil-foresti li jikkawżaw l-annimali rregolati bil-liġi skont it-Taqsima 2.8.5 tal-Parti II tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, il-punti (70) sa (74) tal-Linji Gwida ma japplikawx.

(j)

għajnuna għall-investiment biex jintlaħqu l-istandards skont il-punt (148)(a) u (b) tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, il-punti (70) sa (74) tal-Linji Gwida ma japplikawx.

(k)

għajnuna għall-investiment biex jintlaħqu l-istandards li tingħata lill-SMEs skont il-punt (148)(c) tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, il-punti (70) sa (74) tal-Linji Gwida ma japplikawx.

(l)

għajnuna għall-investimenti favur il-konservazzjoni ta’ wirt kulturali u naturali fl-impriża agrikola skont it-Taqsima 1.1.1.2 tal-Parti II tal-Linji Gwida, għajr għajnuna individwali li taqbeż il-EUR 500 000 għal kull impriża għal kull proġett ta’ investiment?

iva

le

Jekk iva, il-punti (70) sa (74) tal-Linji Gwida ma japplikawx.

(m)

għajnuna għall-miżuri tal-promozzjoni skont il-punt (464)(b), (c) u (d) tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, il-punti (70) sa (74) tal-Linji Gwida ma japplikawx.

(n)

għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija skont it-Taqsima 1.3.6 u t-Taqsima 2.9.1. tal-Parti II tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, il-punti (70) sa (74) tal-Linji Gwida ma japplikawx.

(o)

għajnuna għall-manutenzjoni, ir-restawr u t-titjib ta’ wirt kulturali u naturali fi rħula, pajsaġġi rurali u siti ta’ valur naturali kbir skont il-punt (644)(e), għajr għajnuna għall-investiment assoċjata ma’ wirt kulturali u naturali fi rħula, pajsaġġi rurali u siti ta’ valur naturali kbir, li tkun taqbeż il-livelli stabbiliti ta’ notifika stipulati fil-punt (37)(c) tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, il-punti (70) sa (74) tal-Linji Gwida ma japplikawx.

(p)

għajnuna għat-tfassil u l-aġġornament ta’ pjanijiet għall-iżvilupp ta’ muniċipalitajiet u rħula f’żoni rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom u ta’ pjanijiet ta’ protezzjoni u ġestjoni marbutin mas-siti ta’ Natura 2000 u żoni oħrajn ta’ valur naturali kbir, skont il-punt (644)(a) tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, il-punti (70) sa (74) tal-Linji Gwida ma japplikawx.

(q)

għajnuna biex titreġġa’ lura l-ħsara li ġrat lill-foresti minħabba nirien, diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi, pesti tal-pjanti, mard tal-annimali, avvenimenti katastrofiċi u avvenimenti marbutin mat-tibdil fil-klima skont it-Taqsima 2.1.3 tal-Parti II tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, il-punti (70) sa (74) tal-Linji Gwida ma japplikawx.

(r)

għajnuna għall-ispejjeż tat-trattament u tal-prevenzjoni mit-tixrid ta’ pesti u mard tas-siġar u għajnuna li tagħmel tajjeb għall-ħsara li jikkawżaw il-pesti u l-mard tas-siġar skont it-Taqsima 2.8.1 tal-Parti II tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, il-punti (70) sa (74) tal-Linji Gwida ma japplikawx.

L-għajnuna għall-investiment notifikata individwalment

3.7.

Għall-għajnuna għall-investiment notifikata individwalment, fin-notifika l-Istat Membru jipprovdi evidenza ċara li l-għajnuna għandha impatt effettiv fuq l-għażla tal-investiment?

iva

le

Jekk iva, din l-għajnuna kif għandha dan l-impatt?

Jekk iva, skont il-punt (76) tal-Linji Gwida, biex tkun tista’ ssir valutazzjoni komprensiva, l-Istat Membru jrid jipprovdi mhux biss informazzjoni dwar il-proġett megħjun, iżda anki deskrizzjoni komprensiva tax-xenarju kontrafattwali, li fih ma tkun ingħatat l-ebda għajnuna lill-benefiċjarju minn xi awtorità pubblika.

Jekk le, skont il-punt (76) tal-Linji Gwida, din l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

Meta ma jkun magħruf l-ebda xenarju kontrafattwali speċifiku, l-effett tal-inċentiv jista’ jiġi supponut meta jkun hemm diskrepanza tal-likwidità, jiġifieri meta l-ispejjeż tal-investiment jaqbżu l-VPN tal-introjtu operatorju mistenni tal-investiment abbażi ta’ pjan tan-negozju ex ante.

4.   IL-PROPORZJONALITÀ U L-KUMULAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

4.1.

L-ammont tal-għajnuna se jaqbeż l-ispejjeż eliġibbli?

iva

le

Jekk iva, skont il-punt (82) tal-Linji Gwida, din l-għajnuna ma tistax titqies proporzjonata u għalhekk ma tistax tingħata.

4.2.

L-għajnuna taqa’ taħt it-Taqsimiet 1.1.3 u 1.2.2 tal-Parti II tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, il-punt (82) tal-Linji Gwida ma japplikax.

4.3.

Meta tiġi biex tagħti l-għajnuna, l-awtorità awtorizzanti se tikkalkula l-intensità massima tal-għajnuna u l-ammont tal-għajnuna?

iva

le

Jekk le, din hi waħda mill-kundizzjonijiet li jistabbilixxi l-punt (85) tal-Linji Gwida?

4.4.

L-ispejjeż eliġibbli se jiġu sostnuti b’evidenza dokumentarja li tkun ċara, speċifika u kontemporanja?

iva

le

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-intensità tal-għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli, trid titteħed kull ċifra użata qabel titnaqqas xi taxxa jew xi miżata oħra. It-taxxa fuq il-valur miżjud (il-VAT) mhix eliġibbli għall-għajnuna, għajr meta ma tkunx rekuperabbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-VAT.

4.5.

L-għajnuna tingħata f’xi forma oħra li mhix għotja?

iva

le

Jekk iva, l-ammont tal-għajnuna hu l-ekwivalenti gross tal-għotja tal-għajnuna?

iva

le

4.6.

L-għajnuna se titħallas f’bosta ħlasijiet parzjali?

iva

le

Jekk iva, l-għajnuna se tiġi skontata għall-valur tagħha waqt l-għoti tal-għajnuna?

iva

le

L-ispejjeż eliġibbli jridu jiġu skontati għall-valur tagħhom waqt l-għoti tal-għajnuna. Barra minn hekk, ir-rata tal-imgħax li trid tintuża għall-finijiet ta’ skontijiet hija r-rata ta’ skont applikabbli dakinhar li tingħata l-għajnuna.

4.7.

L-għajnuna se tingħata permezz ta’ benefiċċji fuq it-taxxa?

iva

le

Jekk iva, l-iskont fuq segmenti tal-għajnuna jseħħ abbażi tar-rati ta’ skont applikabbli fil-bosta waqtiet li fihom jidħol fis-seħħ il-benefiċċju fuq it-taxxa?

iva

le

4.8.

L-għajnuna għandha x’t aqsam ma’ għajnuna għall-investiment f’żoni rurali?

iva

le

Jekk iva, l-intensità massima tal-għajnuna għall-proġetti l-kbar tal-investiment trid titnaqqas skont l-ammont aġġustat tal-għajnuna kif stipulat fil-punt (35).31 tal-Linji Gwida. Barra minn hekk, il-proġetti l-kbar tal-investiment ma jistgħux igawdu mill-intensitajiet tal-għajnuna miżjuda għall-SMEs.

4.9.

Meta l-impenji skont it-Taqsimiet 1.1.5.1, 1.1.8, 2.3 u 3.4 tal-Parti II tal-Linji Gwida jingħataw f’unitajiet oħrajn minbarra dawk stipulati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-Istati Membri jistgħu jikkalkolaw il-pagamenti abbażi ta’ dawk l-unitajiet l-oħrajn. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri jiżguraw li tinżamm konformità mal-ammonti massimi fis-sena?

iva

le

4.10.

Għall-miżuri jew għat-tipi ta’ operazzjonijiet imsemmijin fit-Taqsimiet 1.1.5, 1.1.6, 1.1.7, 1.1.8, 2.2, 2.3, 3.4 u 3.5 tal-Parti II tal-Linji Gwida, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-ammont ta’ għajnuna abbażi tas-suppożizzjonijiet standard tal-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-kalkoli u l-għajnuna korrispondenti:

ikun fihom biss elementi li jkunu verifikabbli

ikunu bbażati fuq ċifri stabbiliti b’kompetenza xierqa

ikunu juru biċ-ċar is-sors taċ-ċifri użati;

ikunu ddifferenzjati biex iqisu l-kundizzjonijiet reġjonali jew tas-sit lokali u l-użu proprja tal-art, meta applikabbli,

u majkunx fihom elementi marbutin mal-ispejjeż tal-investiment.

Kundizzjonijiet addizzjonali għal għajnuna għall-investiment notifikata individwalment u għal għajnuna għall-investiment lill-intrapriżi l-kbar skont skemi notifikati

4.11.

Fil-każ tal-għajnuna għall-investiment notifikata individwalment, l-ammont ta’ din l-għajnuna jikkorrispondi għall-ispejjeż addizzjonali netti marbuta mal-implimentazzjoni tal-investiment fiż-żona kkonċernata, meta mqabbel ma’ dak li seta’ jiġri mingħajr l-għajnuna f’xenarju kontrofattwali?

iva

le

Jekk iva, bħala regola ġenerali, għajnuna għall-investiment notifikata individwalment se titqies limitata għall-minimu.

4.12.

L-għajnuna għall-investiment tingħata lill-intrapiżi l-kbar skont skemi notifikati?

iva

le

Jekk iva, l-Istat Membru jiżgura li l-ammont tal-għajnuna jkun limitat għall-minimu skont “approċċ tal-ispejjeż addizzjonali netti”?

iva

le

L-ammont tal-għajnuna ma għandux jaqbeż il-minimu meħtieġ biex il-proġett irendi biżżejjed qligħ, pereżempju, ma għandux iġib żieda fl-IRR tiegħu li tkun taqbeż ir-rati normali ta’ redditu applikati mill-impriża kkonċernata fi proġetti oħrajn tal-investiment ta’ għamla simili jew, jekk dawn ir-rati ma jkunux disponibbli, dan ma għandux iġib żieda fl-IRR tiegħu li tkun taqbeż l-ispiża kapitali tal-impriża sħiħa jew li tkun taqbeż ir-rati ta’ redditu osservati ta’ spiss fis-settur ikkonċernat.

4.13.

Jekk il-mistoqsija 4.12 titwieġeb iva, l-Istat Membru jiżgura li l-ammont tal-għajnuna jikkorrispondi għall-ispejjeż addizzjonali netti marbuta mal-implimentazzjoni tal-investiment fiż-żona kkonċernata, meta mqabbel ma’ dak li seta’ jiġri mingħajr l-għajnuna f’xenarju kontrofattwali?

iva

le

Il-metodu spjegat fil-punt (96) tal-Linji Gwida jirid jintuża flimkien mal-intensitajiet massimi tal-għajnuna bħala limitu massimu.

4.14.

L-għajnuna tikkonċerna għajnuna għall-investiment notifikata individwalment?

iva

le

Jekk iva, il-Kummissjoni se tuża l-metodu stipulat fil-punt (96) tal-Linji Gwida biex tivverifika jekk l-ammont tal-għajnuna jkunx jaqbeż il-minimu meħtieġ sabiex il-proġett jiġġenera biżżejjed qligħ. Il-kalkoli użati għall-analiżi tal-effett tal-inċentiv jistgħu jintużaw ukoll biex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna hix proporzjonata.

4.15.

Trid turi l-proporzjonalità skont id-dokumentazzjoni bħal dik imsemmija fil-punt (77) tal-Linji Gwida. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għall-għajnuna għall-investiment relatat mal-produzzjoni agrikola primarja.

Il-kumulazzjoni tal-għajnuna

4.16.

L-għajnuna notifikata se tingħata fl-istess waqt ma’ bosta skemi oħrajn jew flimkien ma’ għajnuna ad hoc?

iva

le

Jekk iva, l-ammont totali tal-għajnuna mill-Istat għal attività jew għal proġett jaqbeż il-limiti stabbiliti mil-limiti massimi tal-għajnuna stabbiliti fil-Linji Gwida?

iva

le

4.17.

L-għajnuna notifikata se jkollha spejjeż eliġibbli identifikabbli?

iva

le

Jekk iva, din l-għajnuna se tingħaqad ma’ xi għajnuna oħra mill-Istat?

iva

le

Jekk iva, dawk il-miżuri se jkollhom x’jaqsmu ma’ spejjeż eliġibbli identifikabbli differenti?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (100) tal-Linji Gwida, l-għajnuna bi spejjeż eliġibbli identifikabbli magħquda ma’ għajnuna mill-Istat, f’relazzjoni mal-istess spejjeż eliġibbli, tista’ tirfes lill-oħra, parzjalment jew kompletament. Iżda din il-kumulazzjoni se twassal biex tinqabeż l-ogħla intensità tal-għajnuna jew ammont tal-għajnuna applikabbli għal din l-għajnuna skont il-Linji Gwida?

iva

le

4.18.

L-għajnuna awtorizzata skont il-Linji Gwida se takkumula ma’ għajnuna de minimis?

iva

le

Jekk iva, l-għajnuna f’dan il-każ tiġi akkumulata fir-rigward tal-istess spejjeż eliġibbli u din il-kumulazzjoni tirriżulta f’intensità tal-għajnuna jew f’ammont tal-għajnuna li taqbeż lil dawk stabbiliti fil-Linji Gwida?

iva

le

4.19.

L-għajnuna mill-Istat favur is-settur agrikolu hija akkumulata ma’ pagamenti msemmijin fl-Artikoli 81(2) u 82 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fir-rigward tal-istess spejjeż eliġibbli u din il-kumulazzjoni tirriżulta f’intensità tal-għajnuna jew f’ammont tal-għajnuna li jaqbeż lil dawk stabbiliti fil-Linji Gwida?

iva

le

4.20.

L-għajnuna li tikkombina l-għajnuna mill-Istat mal-finanzjament tal-Unjoni hija ġestita b’mod ċentrali mill-istituzzjonijiet, l-aġenziji, l-impriżi konġunti jew korpi oħrajn tal-Unjoni?

iva

le

Jekk iva, u jekk il-fondi tal-Unjoni mhumiex fil-kontroll dirett jew indirett tal-Istat Membru, l-għajnuna mill-Istat biss se titqies biex jiġi stabbilit jekk il-limiti stabbiliti tan-notifika u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna humiex rispettati, diment li l-ammont totali ta’ finanzjament pubbliku mogħti b’rabta mal-istess spejjeż eliġibbli ma jkunx jaqbeż l-iktar rati ta’ finanzjament favorevoli stabbiliti fir-regoli applikabbli tal-liġi tal-Unjoni.

4.21.

L-għajnuna għandha x’taqsam ma’ għajnuna għall-investiment bil-għan li jirkupra l-potenzjal tal-produzzjoni agrikola kif stipulat fil-punt (143)(e) tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, din l-għajnuna ma għandhiex takkumula ma’ għajnuna għall-kumpens ta’ ħsara materjali kif imsemmi fit-Taqsimiet 1.2.1.1, 1.2.1.2 u 1.2.1.3 tal-Parti II tal-Linji Gwida.

Għandu jitħalla barra finanzjament doppju ta’ prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent skont it-Taqsimiet 1.1.5.1, 1.1.6, 1.1.8 u 3.5 tal-Parti II tal-Linji Gwida u prattiki ekwivalenti msemmijin fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Anke l-klawżola ta’ reviżjoni prevista fil-punt (724) tal-Linji Gwida għandha tiżgura li jiġi evitat finanzjament doppju.

4.22.

L-għajnuna għandha x’taqsam ma’ għajnuna tal-bidu ta’ negozju lil gruppi u organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur agrikolu kif stipulat fit-Taqsima 1.1.4 tal-Parti II tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, din ma għandhiex takkumula ma’ għajnuna għat-twaqqif ta’ gruppi u organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur agrikolu kif stipulat fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

4.23.

L-għajnuna għandha x’taqsam ma’ għajnuna tal-bidu ta’ negozju lil bdiewa żgħażagħ u għajnuna tal-bidu għall-iżvilupp ta’ rziezet żgħar kif imsemmi fit-Taqsima 1.1.2 tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, din l-għajnuna ma għandhiex takkumula ma’ għajnuna tal-bidu ta’ negozju lil bdiewa żgħażagħ jew għall-iżvilupp ta’ rziezet żgħar kif imsemmi fl-Artikolu 19(1)(a)(i) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jekk din il-kumulazzjoni tkun se tirriżulta f’ammont tal-għajnuna li jkun jaqbeż lil dawk stabbiliti fil-Linji Gwida.

5.   L-EFFETTI FUQ IL-KOMPETIZZJONI U N-NEGOZJU

5.1.

Rigward l-iskemi tal-għajnuna għall-investiment għall-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, fis-settur tal-forestrija u fiż-żoni rurali, l-Istat Membru jista’ juri li l-effetti negattivi se jkunu limitati għall-minimu filwaqt li jitqiesu, pereżempju, id-daqs tal-proġetti kkonċernati, l-ammonti tal-għajnuna individwali u kumulattiva, il-benefiċjarji mistennija u l-karatteristiċi tas-setturi fil-mira?

5.2.

Rigward l-iskemi tal-għajnuna għall-investiment għall-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, fis-settur tal-forestrija u fiż-żoni rurali, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-effetti negattivi probabbli tal-iskema tal-għajnuna, l-Istat Membru ressaq xi valutazzjoni tal-impatt milli għandu u xi evalwazzjonijiet ex-post li saru għal skemi predeċessuri simili?

iva

le

5.3.

Rigward l-effetti negattivi tal-għajnuna individwali għall-investiment għall-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli u għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli u fiż-żoni rurali, sabiex jiġi identifikat u vvalutat ix-xkiel potenzjali tal-kompetizzjoni u tan-negozju, fin-notifika l-Istat Membru provda evidenza li biha l-Kummissjoni tkun tista’ tidentifika s-swieq tal-prodotti kkonċernati (jiġifieri, prodotti affettwati mill-bidla fl-imġiba tal-benefiċjarju tal-għajnuna) u tidentifika l-kompetituri u l-klijenti/konsumaturi affettwati?

iva

le

Jekk iva, agħti d-dettalji:

6.   IT-TRASPARENZA

6.1.

L-Istat Membru jiżgura li din l-informazzjoni tiġi ppubblikata fuq sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat, f’livell nazzjonali jew reġjonali?

it-test sħiħ tal-iskema tal-għajnuna u d-dispożizzjonijiet tal-implimentazzjoni tagħha, jew il-bażi ġuridika għall-għajnuna individwali, jew ħolqa għaliha;

l-identità tal-awtoritajiet awtorizzanti;

l-identità tal-benefiċjarji individwali, il-forma u l-ammont tal-għajnuna mogħtija lil kull benefiċjarju, id-data tal-għotja, it-tip tal-impriża (SME/intrapriża kbira), ir-reġjun li fih jinsab il-benefiċjarju (fil-Livell II tal-NUTS) u s-settur ekonomiku prinċipali li fih il-benefiċjarju iwettaq l-attivitajiet tiegħu (fil-livell tal-grupp NACE). Rekwiżit bħal dan jista’ jitħalla barra jekk l-għotjiet ta’ għajnuna individwali li ma jkunux jaqbżu dawn il-limiti:

i.

EUR 60 000 għal benefiċjarji fil-produzzjoni agrikola primarja;

ii.

EUR 500 000 għal benefiċjarji fis-setturi tal-ipproċessar tal-prodotti agrikoli, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, is-settur tal-forestrija jew l-attivitajiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat.

6.2.

Ikkonferma li għall-iskemi tal-għajnuna fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa, l-informazzjoni fuq l-ammont tal-għajnuna individwali tingħata f’dawn il-meded (f’miljuni ta’ EUR):

0,06 sa 0,5 biss għall-produzzjoni agrikola primarja

0,5 sa 1

1 sa 2

2 sa 5

5 sa 10

10 sa 30

30 u aktar

6.3.

Ikkonferma li din l-informazzjoni:

se tiġi ppubblikata meta tittieħed id-deċiżjoni li se tingħata l-għajnuna

se tinżamm għal tal-inqas 10 snin

se tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali mingħajr restrizzjonijiet (7)

Qabel l-1 ta’ Lulju 2016, l-Istati Membri mhumiex se jkun jeħtiġilhom jippubblikaw din l-informazzjoni (8).

6.4.

Meta tingħata għajnuna individwali, l-Istat Membru se jippubblika l-għoti tal-għajnuna individwali fis-sit web dwar l-għajnuna mill-Istat imsemmi fil-punt (128) tal-Linji Gwida?

iva

le

6.5.

Jekk le, għalfejn ma ġiex ippubblikat l-għoti tal-għajnuna individwali?

għax dan jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u

dan jikkofinanzjah il-FAEŻR jew jingħata bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal miżuri ta’ kofinanzjament bħal dawn u

l-għotja tal-għajnuna individwali diġà ġiet ippubblikata skont l-Artikoli 111, 112 u 113 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (9).

F’dak il-każ, fis-sit web dwar l-għajnuna mill-Istat imsemmi fil-punt (128), l-Istat Membru għandu jagħmel referenza għas-sit web imsemmi fl-Artikolu 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

7.   MISTOQSIJIET OĦRAJN

7.1.

Il-miżura tal-għajnuna għandha x’taqsam ma’ għajnuna għal attivitajiet marbutin mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew lejn Stati Membri li jkunu marbutin b’mod dirett mal-kwantitajiet esportati, għajnuna kontinġenti fuq l-użu ta’ prodotti domestiċi iktar minn dawk importati, jew għajnuna biex jiġi stabbilit u operat netwerk ta’ distribuzzjoni jew biex tiġi koperta xi nefqa oħra marbuta mal-attivitajiet ta’ esportazzjoni?

iva

le

Jekk iva, għajnuna bħal din mhix se tiġi awtorizzata.

Fil-prinċipju, l-għajnuna għall-ispejjeż tal-parteċipazzjoni f’fieri jew tal-istudji jew tas-servizzi ta’ konsulenza għat-tnedija ta’ prodott ġdid jew eżistenti f’suq ġdid ma tikkostitwixxix għajnuna għall-esportazzjoni.

7.2.

Is-sistema ta’ finanzjament, pereżempju, permezz ta’ levies parafiskali, tifforma parti integrali mill-miżura tal-għajnuna?

iva

le

Jekk iva, trid tiġi notifikata s-sistema ta’ finanzjament.

8.   IT-TIP TA’ GĦAJNUNA

Lista tat-tipi ta’ għajnuna inklużi fil-Linji Gwida:

1.

Għajnuna favur l-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli

1.1.

Miżuri tal-iżvilupp rurali

1.1.1.

Għajnuna għall-investiment

1.1.1.1.

Għajnuna għall-investiment f’assi tanġibbli u f’assi intanġibbli f’azjendi agrikoli marbutin mal-produzzjoni agrikola primarja

1.1.1.2.

Għajnuna għall-investimenti favur il-konservazzjoni ta’ wirt kulturali u naturali li jinsab f’azjendi agrikoli

1.1.1.3.

Għajnuna għall-investiment li jikkonċerna r-rilokazzjoni tal-bini tar-razzett

1.1.1.4.

Għajnuna għall-investimenti b’rabta mal-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli

1.1.2.

Għajnuna tal-bidu ta’ negozju lil bdiewa żgħażagħ u għall-iżvilupp ta’ rziezet żgħar

1.1.3.

Għajnuna għat-trasferiment ta’ azjendi agrikoli

1.1.4.

Għajnuna tal-bidu ta’ negozju għal gruppi u organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur agrikolu

1.1.5.

Għajnuna għal impenji agri-ambjent-klimatiċi u tat-trattament xieraq tal-annimali

1.1.5.1.

Għajnuna għal impenji agri-ambjent-klimatiċi

1.1.5.2.

Għajnuna għal impenji tat-trattament xieraq tal-annimali

1.1.6.

Għajnuna għal żvantaġġi marbutin maż-żoni ta’ Natura 2000 u mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma

1.1.7.

Għajnuna lil żoni li jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi

1.1.8.

Għajnuna għall-biedja organika

1.1.9.

Għajnuna għall-parteċipazzjoni ta’ produtturi ta’ prodotti agrikoli fi skemi tal-kwalità

1.1.10.

Għajnuna għall-għoti ta’ appoġġ tekniku fis-settur agirkolu

1.1.10.1.

Għajnuna għat-trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet tal-informazzjoni

1.1.10.2.

Għajnuna għas-servizzi ta’ konsulenza

1.1.10.3.

Għajnuna għal servizzi ta’ sostituzzjoni tal-irziezet

1.1.11.

Għajnuna għall-koperazzjoni fis-settur agrikolu

1.2.

Ġestjoni tar-riskju u tal-kriżijiet

1.2.1.

Għajnuniet li jikkumpensaw il-ħsara fil-produzzjoni agrikola jew fil-mezzi tal-produzzjoni agrikola u biex tiġi evitata ħsara

1.2.1.1.

Għajnuna li tagħmel tajjeb għall-ħsara li jikkawżaw diżastri naturali jew avvenimenti eċċezzjonali.

1.2.1.2.

Għajnuna li tikkumpensal-ħsara li jikkawża avveniment klimatiku avvers li jista’ jitqabbel ma’ diżastru naturali

1.2.1.3.

Għajnuna għall-ispejjeż tal-prevenzjoni, il-kontroll, u l-eradikazzjoni ta’ mard tal-annimali u pesti tal-pjanti u għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara li jikkawżaw il-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti

1.2.1.4.

Għajnuna għal stokk mitluf

1.2.1.5.

Għajnuna li tikkumpensal-ħsara li jikkaġunaw annimali protetti

1.2.1.6.

Għajnuna għall-ħlas ta’ primjums tal-assigurazzjoni

1.2.1.7.

Għajnuna għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi

1.2.2.

Għajnuna għall-Għeluq tal-Kapaċità ta’ Produzzjoni

1.2.2.1.

Għeluq tal-kapaċità għal raġunijiet sanitarji, etiċi jew ambjentali, ta’ saħħa tal-annimali, tal-pjanti jew tal-bniedem

1.2.2.2.

Għeluq tal-kapaċità għal raġunijiet oħrajn

1.3.

Tipi oħrajn ta’ għajnuna fis-settur agrikolu

1.3.1.

Għajnuna lis-settur tat-trobbija tal-bhejjem

1.3.2.

Għajnuna għal miżuri ta’ promozzjoni favur prodotti agrikoli

1.3.3.

Għajnuna għar-reġjuni ultraperiferiċi u għall-gżejjer minuri tal-Eġew

1.3.4.

Għajnuna għall-konsolidazzjoni tal-art agrikola

1.3.5.

Għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturar tal-impriżi f’diffikultà

1.3.6.

Għajnuna għar-riċerka u għall-iżvilupp fis-settur agrikolu

2.

Għajnuna għas-settur tal-forestrija b’kofinanzjament mill-FAEŻR, mogħtija bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal miżuri bħal dawn ikkofinanzjati jew mogħtija bħala għajnuna pura mill-Istat

2.1.

Investimenti fl-iżvilupp taż-żona tal-foresti u fit-titjib tal-vijabbiltà tal-foresti

2.1.1.

Għajnuna għat-tisġir u għall-ħolqien tal-imsaġar

2.1.2.

Għajnuna għall-istabbiliment ta’ sistemi tal-agroforestrija

2.1.3.

Għajnuna għall-prevenzjoni u għat-treġġigħ lura ta’ ħsara fil-foresti li jikkawżaw in-nirien tal-foresti, id-diżastri naturali, l-avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jitqabblu ma’ diżastru naturali, avvenimenti klimatiċi avversi oħrajn, il-pesti tal-pjanti u l-avvenimenti katastrofiċi

2.1.4.

Għajnuna għall-investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi tal-foresti

2.1.5.

Għajnuna għall-investimenti f’teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, il-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-foresti

2.1.6.

Għajnuna għall-investimenti fl-infrastruttura relatata mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament tal-forestrija

2.2.

Għajnuna għall-iżvantaġġi marbutin maż-żoni tal-foresti ta’ Natura 2000

2.3.

Għajnuna għal servizzi tal-foresti-ambjent u klimatiċi u għall-konservazzjoni tal-foresti

2.4.

Għajnuna għat-trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet tal-informazzjoni fis-settur tal-forestrija

2.5.

Għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza fis-settur tal-forestrija

2.6.

Għajnuna għall-koperazzjoni fis-settur tal-forestrija

2.7.

Għajnuna tal-bidu ta’ negozju għal gruppi u organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-forestrija

2.8.

Għajnuna oħra lis-settur tal-forestrija b’għanijiet ekoloġiċi, protettivi u rikreattivi

2.8.1.

Għajnuna għal azzjonijiet u interventi speċifiċi tal-foresta bil-għan primarju li jikkontribwixxu biex jinżammu u jitreġġgħu lura l-ekosistema u l-bijodiversità tal-foresti jew il-pajsaġġ tradizzjonali.

2.8.2.

Għajnuna għaż-żamma u t-titjib tal-kwalità tal-ħamrija u biex ikun żgurat tkabbir bilanċjat u b’saħħtu tas-siġar fis-settur tal-forestrija.

2.8.3.

Ir-restawr u l-manutenzjoni tal-mogħdijiet naturali, l-elementi u l-karatteristiċi tal-pajsaġġ u l-ħabitat naturali għall-annimali fis-settur tal-forestrija

2.8.4.

Għajnuna għall-manutenzjoni tat-toroq biex jiġu evitati nirien fil-foresti

2.8.5.

Għajnuna li tikkumpensal-ħsara f’foresti li jikkawżaw annimali regolati bil-liġi.

2.8.6.

Għajnuna sabiex jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti

2.9.

Għajnuna fis-settur tal-forestrija allinjata mal-miżuri tal-għajnuna agrikola

2.9.1.

Għajnuna għar-riċerka u għall-iżvilupp fis-settur tal-forestrija

2.9.2.

Għajnuna għall-konsolidazzjoni tal-art tal-forestrija

3.

Għajnuniet f’żoni rurali b’kofinanzjament mill-FAEŻR, jew mogħtija bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal miżuri kkofinanzjati bħal dawn

3.1.

Għajnuna għall-investimenti li jikkonċernaw l-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli fi prodotti mhux agrikoli, il-produzzjoni tal-qoton jew investimenti fil-ħolqien u fl-iżvilupp ta’ attivitajiet mhux agrikoli

3.2.

Għajnuna għal servizzi bażiċi u għat-tiġdid tal-irħula f’żoni rurali

3.3.

Għajnuna ta’ bidu ta’ negozju għal attivitajiet mhux agrikoli f’żoni rurali

3.4.

Għajnuna għal impenji agri-ambjent-klimatiċi lil maniġers oħrajn tal-artijiet u impriżi f’żoni rurali li mhumiex attivi fis-settur agrikolu

3.5.

Għajnuna għal żvantaġġi marbutin maż-żoni ta’ Natura 2000 lil maniġers oħrajn tal-artijiet

3.6.

Għajnuna għal trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet tal-informazzjoni f’żoni rurali

3.7.

Għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza f’żoni rurali

3.8.

Għajnuna għal parteċipazzjoni ġdida ta’ bdiewa attivi fi skemi ta’ kwalità għall-qoton u l-oġġetti tal-ikel

3.9.

Għajnuna għal attivitajiet tal-informazzjoni u l-promozzjoni dwar il-qoton u l-oġġetti tal-ikel koperti bi skema tal-kwalità

3.10.

Għajnuna għall-koperazzjoni f’żoni rurali

3.11.

Għajnuna sabiex jiġu stabbiliti fondi mutwi

1.1.1.1.   IL-FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦALL-INVESTIMENT F’IMPRIŻI ATTIVI FIL-PRODUZZJONI AGRIKOLA PRIMARJA

Dan il-folju tal-informazzjoni għandu x’jaqsam ma’ investimenti f’assi tanġibbli u assi intanġibbli f’azjendi agrikoli marbutin mal-produzzjoni agrikola primarja kif spjegat fit-Taqsima 1.1.1.1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.   IL-KRITERJI ĠENERALI TAL-ELIĠIBBILTÀ

1.1.

L-investimenti li l-għajnuna hija mmirata għalihom, se jżidu l-produzzjoni lil hinn mir-restrizzjonijiet jew jaqbżu l-limitazzjonijiet fuq appoġġ mill-UE fil-livell ta’ impriżi, azjendi jew pjanti ta’ pproċessar individwali imposti minn organizzazzjoni komuni tas-suq, inklużi skemi ta’ appoġġ dirett, iffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (il-FAEG)?

iva

le

Jekk iva, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

1.2.

L-uniċi benefiċjarji ta’ din l-għajnuna huma l-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.   L-GĦAJNUNA GĦALL-INVESTIMENT F’ASSI TANĠIBBLI U ASSI INTANĠIBBLI F’AZJENDI AGRIKOLI MARBUTIN MAL-PRODUZZJONI AGRIKOLA PRIMARJA

2.1.

Hemm xi benefiċjarji li jinvestu f’assi tanġibbi u assi intanġibbli f’azjendi agrikoli marbutin mal-produzzjoni agrikola primarja?

iva

le

2.2.

Jekk le, l-investiment għandu x’jaqsam ma’ assi tanġibbli jew assi intanġibbli użati minn xi benefiċjarju wieħed jew aktar?

iva

le

2.3.

L-għajnuna hija mmirata għall-investiment f’assi tanġibbli u assi intanġibbli marbutin mal-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli jew mal-produzzjoni ta’ bijokarburanti f’azjendi?

iva

le

Jekk le, il-mistoqsijiet 2.4 sa 2.17 tweġibhomx.

2.4.

L-investiment isir għall-produzzjoni tal-bijokarburanti skont it-tifsira tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10)?

iva

le

2.5.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 2.4 hija iva, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-faċilitajiet tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli hija eliġibbli għal għajnuna li ma tkunx taqbeż l-ekwivalenti tal-konsum annwali medju ta’ fjuwil għat-trasport tal-azjenda agrikola?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.6.

Il-bijokarburant prodott qed jinbiegħ fis-suq?

iva

le

Jekk iva, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.7.

L-investiment sar fil-produzzjoni tal-enerġija termali u/jew tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli f’azjendi agrikoli?

iva

le

2.8.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 2.7 hija iva:

(a)

il-faċilitajiet tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli f’azjenda agrikola eliġibbli għall-għajnuna għandhom l-għan biss li jaqdu l-ħtiġijiet tagħhom tal-enerġija?

iva

le

u

(b)

il-kapaċità tal-produzzjoni tal-faċilitajiet tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli li huma eliġibbli għall-għajnuna ma taqbiżx l-ekwivalenti għall-konsum annwali medju tal-enerġija termali u tal-elettriku f’daqqa f’azjenda agrikola, inkluża l-unità domestika tar-razzett?

iva

le

It-tweġiba tal-punt (a) jew (b) hija le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.9.

Fejn jidħol l-elettriku, il-limitu ta’ konsum proprju annwali hu rispettat?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.10.

Kif inhu akkumulat il-konsum annwali medju meta jkun hemm iktar minn azjenda agrikola waħda li tinvesti fil-produzzjoni tal-enerġija jew tal-bijokarburant?

2.11.

Hemm xi standards minimi għall-effiċjenza enerġetika għal investimenti li jikkonsmaw jew jipproduċu enerġija fil-livell nazzjonali?

iva

le

2.12.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 2.11 hija iva, fil-livell nazzjonali hemm xi rekwiżit għal konformità mal-istandards minimi msemmija fil-mistoqsija 2.11?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.13.

L-għajnuna hija mmirata b’mod speċifiku għal investimenti f’installazzjonijiet, bi skop primarju li jipproduċu elettriku minn bijomassa?

iva

le

2.14.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 2.13 hija iva, dawn l-installazzjonijiet jużaw persentaġġ minimu tal-enerġija termali ġġenerata kif stipulat mill-Istat Membru?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.15.

Hemm limiti stabbiliti fil-livell tal-Istat Membru, għall-proporzjonijiet massimi ta’ ċereali u għelejjel oħrajn rikki fil-lamtu, zokkor u għelejjel taż-żjut użati għall-produzzjoni tal-bijoenerġija, inklużi bijokarburanti, għal tipi differenti ta’ installazzjonijiet?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.16.

L-għajnuna għal proġetti ta’ investiment fil-bijoenerġija hi limitata għall-bijoenerġija li tissodisfa l-kriterji tas-sostenibbiltà applikabbli uli tistabbilixxi l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluż l-Artikolu 17(2) sa (6) tad-Direttiva 2009/28/KE?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.17.

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-installazzjoni taqbeż il-konsum annwali medju tal-benefiċjarji?

iva

le

Jekk iva, l-Istati Membri jridu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent u l-enerġija 2014-2020 (11) sakemm din l-għajnuna ma tkunx ġiet eżentata mill-obbligu ta’ notifika (eż. permezz tal-GBER (12)).

2.18.

Għal liema għanijiet minn dawn jimmira l-investiment?

(a)

it-titjib tal-prestazzjoni globali u s-sostenibbiltà tal-azjenda agrikola, b’mod partikolari permezz ta’ tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni jew it-titjib u t-tqassim mill-ġdid tal-produzzjoni;

(b)

it-titjib tal-ambjent naturali, l-istandards tal-iġjene jew l-istandards tat-trattament xieraq tal-annimali, diment li l-investiment ikkonċernat ikollu l-għan li jaqbeż l-istandard tal-Unjoni fis-seħħ;

(c)

il-ħolqien u t-titjib ta’ infrastruttura relatata mal-iżvilupp, l-adattament u l-modernizzazzjoni tal-agrikoltura, inklużi l-aċċess għall-art tar-razzett, il-konsolidazzjoni tal-art u t-titjib tal-art, il-forniment u l-iffrankar tal-enerġija u tal-ilma;

Semmi xi attività oħra koperta li għandha dan l-istess għan:

(d)

il-kisba tal-għanijiet agri-ambjent-klimatiċi, inklużi l-istatus ta’ konservazzjoni tal-bijodiversità tal-ispeċijiet u tal-ħabitats kif ukoll it-titjib tal-valur tal-kumditajiet pubbliċi ta’ żona ta’ Natura 2000 jew sistemi oħra ta’ valur naturali għoli, diment li l-investimenti ma jkunux produttivi.

Semmi xi attività oħra koperta li għandha dan l-istess għan:

(e)

it-treġġigħ lura tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li ġarrab ħsara minħabba diżastri naturali, okkorrenzi eċċezzjonali jew avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jitqabblu ma’ diżastri naturali, mard tal-annimali u pesti tal-pjanti, annimali protetti u l-prevenzjoni u l-mitgazzjoni tar-riskju tal-ħsara li kkawżaw dawn l-avvenimenti u l-fatturi li għadhom kemm issemmew.

Semmi xi attività oħra koperta li għandha dan l-istess għan:

(f)

l-istabbiliment għall-ewwel darba tal-bdiewa żgħażagħ f’azjenda agrikola bħala l-kap tal-azjenda fir-rigward ta’ investimenti biex tinżamm konformità mal-istandards tal-Unjoni li japplikaw għall-produzzjoni agrikola, inkluża s-sikurezza okkupazzjonali.

Dan l-għan jiġġustifika għajnuna għall-investiment għal massimu ta’ 24 xahar mid-data tal-istabbiliment. L-iskadenza hi rispettata?

iva

le

(g)

l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE (13) (id-Direttiva tan-Nitrati) fil-Kroazja fi żmien massimu ta’ erba’ snin mid-data ta’ adeżjoni skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 5(1) ta’ dik id-Direttiva.

(h)

il-konformità ma’ rekwiżiti ġodda għall-impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja imposti bil-liġi tal-Unjoni.

Dan l-għan jiġġustifika l-għajnuna għall-investiment għal mhux aktar minn 12-il xahar minn meta r-rekwiżiti l-ġodda li timponi l-liġi tal-Unjoni jsiru obbligatorji għall-impriża kkonċernata. L-iskadenza hi rispettata?

iva

le

(i)

oħrajn (semmi):

Jekk l-investiment ikollu għanijiet oħrajn, għal appoġġ għall-investiment f’azjendi agrikoli huma eliġibbli biss dawk l-investimenti li għandhom xi wieħed jew aktar mill-għanijiet imsemmijin fil-punti (a) sa (h).

2.19.

X’jinkludu l-ispejjeż eliġibbli?

(a)

il-bini, ix-xiri, inkluż il-kiri, jew it-titjib ta’ proprjetà immobbli.

L-ispiża tal-art mixtrija kienet 10 % jew inqas mill-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata?

iva

le

Jekk le, l-operazzjoni għandha x’taqsam mal-konservazzjoni ambjentali?

iva

le

Jekk iva, f’każijiet eċċezzjonali jew debitament ġustifikati, jista’ jitħalla persentaġġ ogħla.

Agħti informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali jew debitament ġustifikati ħalli l-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-każ inkwistjoni.

(b)

ix-xiri jew il-kiri b’opzjoni ta’ xiri ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi;

(c)

l-ispejjeż ġenerali marbuta man-nefqa msemmija fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma’ konsulenza dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi l-istudji dwar il-fattibbiltà; l-istudji tal-fattibbiltà jibqgħu spejjeż eliġibbli anki meta abbażi tar-riżultati tagħhom ma tiġġarrab l-ebda nefqa skont il-punti (a) u (b);

(d)

ix-xiri jew l-iżvilupp ta’ softwer tal-kompjuter u x-xiri ta’ privattivi, liċenzji, drittijiet tal-awtur u marki kummerċjali;

(e)

l-ispejjeż għal investimenti mhux produttivi marbutin mal-għanijiet imsemmija fil-punt (143)(d) tal-Linji Gwida;

(f)

fil-każ ta’ investiment bil-għan li jreġġa’ lura l-potenzjal ta’ produzzjoni agrikola li ġarrbet ħsara minħabba diżastri naturali, okkorrenzi eċċezzjonali jew avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jitqabblu ma’ diżastru naturali, mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti u annimali protetti, l-ispejjeż jistgħu jinkludu l-ispejjeż imġarrbin għat-treġġigħ lura tal-potenzjal ta’ produzzjoni sal-livell kif kien qabel ġraw dawk l-avvenimenti;

(g)

fil-każ ta’ investimenti bl-għan li jipprevjenu ħsara li jikkawżaw diżastri naturali, okkorrenzi eċċezzjonali, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jitqabblu ma’ diżastru naturali, mard tal-annimali u pesti tal-pjanti u minn annimali protetti, l-ispejjeż eliġibbli jistgħu jinkludu l-ispejjeż ta’ azzjonijiet speċifiċi ta’ prevenzjoni li għandhom l-għan inaqqsu l-konsegwenzi ta’ dawn l-avvenimenti probabbli.

(h)

oħrajn (semmi):

2.20.

X’jinkludu l-ispejjeż eliġibbli?

(a)

ix-xiri tad-drittijiet ta’ produzzjoni, intitolamenti tal-pagament u pjanti annwali;

(b)

it-tħawwil ta’ pjanti annwali;

(c)

ix-xiri ta’ annimali ħlief investimenti li jsiru għal:

(i)

għax-xiri ta’ annimali bil-għan tal-punt (143)(e) tal-Linji Gwida;

u

(ii)

għax-xiri ta’ annimali tat-tgħammir biex titjieb il-kwalità ġenetika tal-merħla; għal din l-eċċezzjoni jridu jintlaħqu l-kundizzjonijiet imsemmija fil-mistoqsija 2.23 ta’ dan il-Folju ta’ Informazzjoni Supplimentari;

(d)

l-investimenti biex tinżamm konformità mal-istandards tal-Unjoni fis-seħħ, ħlief il-każijiet imsemmija fil-punt (148) tal-Linji Gwida;

(e)

l-ispejjeż, ħlief dawk imsemmija fil-punt (144) tal-Linji Gwida marbutin ma’ kuntratti ta’ kiri, bħall-marġni tal-lokatur, l-ispejjeż tal-rifinanzjament tal-imgħax, l-ispejjeż ġenerali u l-miżati tal-assigurazzjoni;

(f)

il-kapital operatorju.

L-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern jekk tiġi inkluża xi waħda mill-ispejjeż imsemmija fil-punti (a) sa (f).

2.21.

L-ispejjeż eliġibbli jinkludu l-investiment imwettaq bil-għan tal-punt (143)(e) tal-Linji Gwida?

iva

le

2.22.

L-ispejjeż eliġibbli jinkludu x-xiri ta’ annimali tat-tgħammir biex titjieb il-kwalità ġenetika tal-merħla?

iva

le

2.23.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 2.22 hija iva, dawn il-kundizzjonijiet jintlaħqu?

(a)

l-għajnuna tista’ tingħata biss għax-xiri ta’ annimali tat-tgħammir ħalli titjieb il-kwalità ġenetika tal-merħla fejn jidħlu l-baqar, in-nagħaġ u l-mogħoż;

(b)

huma eliġibbli biss dawk l-investimenti li għandhom il-ħsieb itejbu l-kwalità ġenetika tal-istokk bix-xiri ta’ annimali tat-tgħammir ta’ kwalità għolja, kemm irġiel u nisa li ġew irreġistrati f’kotba tal-mergħa;

(c)

fil-każ tas-sostituzzjoni tal-istokk eżistenti għat-tgħammir, tista’ tingħata għajnuna biss għas-sostituzzjoni ta’ annimali li ma jkunux irreġistrati fi ktieb tal-mergħa;

(d)

bdiewa attivi biss huma eliġibbli għall-għajnuna;

(e)

iridu jinxtraw biss annimali li jiżguraw potenzjal riproduttiv ottimali għal ċertu perjodu ta’ żmien; għal dak il-għan, huma eliġibbli biss annimali nisa li nxtraw qabel ma welldu l-ewwel wild tagħhom;

(f)

l-annimali mixtrija jridu jinżammu fil-merħla għal mill-anqas erba’ snin.

Sabiex f’dan il-każ partikolari, l-għajnuna għall-investiment titqies kompatibbli mas-suq intern, il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) iridu jintlaħqu f’daqqa.

2.24.

Rigward l-irrigazzjoni f’żoni irrigati ġodda u eżistenti, dawn il-kundizzjonijiet jintlaħqu?

(a)

lill-Kummissjoni nbagħtilha pjan ta’ ġestjoni tal-baċin tax-xmara, kif meħtieġ skont it-termini tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, għaż-żona sħiħa fejn se jsir l-investiment, kif ukoll għal kull żona oħra li l-ambjent tagħha jista’ jintlaqat mill-investiment;

(b)

il-miżuri li jidħlu fis-seħħ bil-pjan ta’ ġestjoni tal-baċin tax-xmara skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u li jkunu rilevanti għas-settur agrikolu kieku kellhom jiġu speċifikati fil-programm rilevanti tal-miżuri.

(c)

bħala parti mill-investiment hemm jew irid ikun hemm fis-seħħ kejl tal-ilma li bih jitkejjel l-użu tal-ilma fil-livell tal-investiment appoġġjat;

(d)

investiment biex titjieb l-installazzjoni eżistenti tal-irrigazzjoni jew element tal-infrastruttura tal-irrigazzjoni hu eliġibbli biss jekk dan jiġi vvalutat ex-ante li joffri potenzjal minimu ta’ bejn il-5 % u l-25 % fl-ilma ffrankat skont il-parametri tekniċi tal-installazzjonijiet jew tal-infrastruttura eżistenti;

(e)

jekk l-investiment jaffettwa korpi tal-ilma tal-wiċċ jew ta’ taħt l-art li l-istat tagħhom ġie identifikat fil-pjan ta’ ġestjoni tal-baċin tax-xmara rilevanti li mhuwiex daqshekk tajjeb minħabba raġunijiet relatati mal-kwantità tal-ilma:

(i)

l-investiment irid jiżgura li l-użu tal-ilma jonqos b’mod effettiv, fil-livell tal-investiment, jiġifieri mill-anqas 50 % tal-iffrankar potenzjali tal-ilma li jista’ jsir bis-saħħa tal-investiment;

(ii)

fil-każ ta’ investiment f’azjenda agrikola waħda, dan irid jirriżulta wkoll fi tnaqqis fl-użu totali tal-ilma fl-azjenda, jiġifieri mill-anqas 50 % tal-iffrankar potenzjali tal-ilma li jista’ jsir fil-livell tal-investiment; l-użu totali tal-ilma fl-azjenda jrid jinkludi l-ilma mibjugħ mill-azjenda;

(f)

ma tapplika l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet tal-punt (e) għax l-investiment isir f’installazzjoni eżistenti li taffettwa biss l-effiċjenza enerġetika, jew fil-ħolqien ta’ riżerva jew fl-użu tal-ilma rriċiklat li ma jaffettwax l-ilma ta’ taħt l-art jew tal-wiċċ;

(g)

għal investiment li jwassal għal żieda netta taż-żona irrigata li taffettwa korp partikolari tal-ilma ta’ taħt l-art jew tal-wiċċ:

(i)

fil-pjan ta’ ġestjoni tal-baċin tax-xmara, l-istatus tal-korp tal-ilma ma ġiex identifikat li hu inqas minn tajjeb minħabba raġunijiet marbutin mal-kwantità tal-ilma; u

(ii)

analiżi ambjentali turi li l-investiment mhu se jħalli l-ebda impatt negattiv sinifikanti fuq l-ambjent. Aanaliżi tal-impatt ambjentali bħal din trid tagħmilha jew tapprovaha l-awtorità kompetenti u tista’ tirreferi wkoll għal gruppi ta’ azjendi.

Sabiex f’dan il-każ partikolari, l-għajnuna għall-investiment titqies kompatibbli mas-suq intern, iż-żewġ kriterji msemmija fil-punti (i) u (ii) iridu jintlaħqu t-tnejn.

(h)

il-kundizzjoni msemmija fil-punt (g)(i) ma tapplikax għal investimenti li jwasslu għal żieda netta taż-żona irrigata jekk:

(i)

l-investiment isir flimkien ma’ investiment f’installazzjoni eżistenti tal-irrigazzjoni jew element tal-infrastruttura tal-irrigazzjoni vvalutata ex-ante li toffri potenzjal minimu ta’ bejn il-5 % ul- 25 % fl-ilma ffrankat skont il-parametri tekniċi tal-installazzjoni jew tal-infrastruttura eżistenti; u

(ii)

l-investiment jiżgura tnaqqis effettiv fl-użu tal-ilma, fil-livell tal-investiment inġenerali, li jammonta għal tal-anqas 50 % tal-iffrankar potenzjali tal-ilma possibbli permezz tal-investiment fl-installazzjoni tal-irrigazzjoni jew element tal-infrastruttura eżistenti;

Sabiex il-kundizzjoni msemmija fil-punt (g)(i) ma tkunx tapplika, iż-żewġ kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (i) u (ii) iridu jintlaħqu f’daqqa.

(i)

il-kundizzjoni msemmija fil-punt (g)(i) ma tapplikax għal investimenti li jistabbilixxu installazzjoni ġdida tal-irrigazzjoni fornuta b’ilma minn riżerva eżistenti approvata mill-awtoritajiet kompetenti qabel il-31 ta’ Ottubru 2013, jekk ikunu ntlaħqu dawn il-kundizzjonijiet:

(i)

ir-riżerva inkwistjoni hi identifikata fil-pjan ta’ ġestjoni tal-baċin tax-xmara rilevanti u hi soġġetta għar-rekwiżiti tal-kontroll previsti fl-Artikoli 11(3)(e) tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma;

(ii)

fil-31 ta’ Ottubru 2013, kien hemm fis-seħħ limitu massimu fuq astrazzjonijiet totali mir-riżerva jew inkella livell minimu meħtieġ ta’ fluss fil-korpi tal-ilma affettwati mir-riżerva;

(iii)

dak il-limitu massimu jew il-livell minimu meħtieġ ta’ fluss imsemmija fil-punt (ii) jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma; u

(iv)

l-investiment inkwistjoni ma jwassalx għal astrazzjonijiet li jaqbżu l-limitu massimu fis-seħħ fil-31 ta’ Ottubru 2013 jew għal tnaqqis fil-livell tal-fluss fil-korpi affettwati tal-ilma inqas mil-livell minimu meħtieġ fis-seħħ fil-31 ta’ Ottubru 2013.

Sabiex il-kundizzjoni msemmija fil-punt (g)(i) ma tkunx tapplika, l-erba’ kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (i) sa (iv) iridu jintlaħqu f’daqqa.

2.25.

Iż-żoni li mhumiex irrigati iżda fejn ftit taż-żmien ilu kien hemm installazzjoni tal-irrigazzjoni attiva, li jrid jistabbilixxi u jiġġustifika l-Istat Membru, huma meqjusa bħala żoni irrigati sabiex titkejjel iż-żieda netta taż-żona irrigata?

iva

le

2.26.

Rigward l-irrigazzjoni u rigward tad-distrett tal-baċin tax-xmara fejn se jsir l-investiment, mill-1 ta’ Jannar 2017, l-Istat Membru żgura kontribut tal-użi differenti tal-ilma għall-irkupru tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma mis-settur agrikolu b’mod konsistenti mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2000/60/KE billi, meta xieraq, tqiesu l-effetti soċjali, ambjentali u ekonomiċi tal-irkupru kif ukoll il-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi tar-reġjuni affettwati?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.27.

Iddikjara l-intensità massima tal-għajnuna, mogħtija bħala persentaġġ tal-investiment eliġibbli:

(a)

… tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi;

(b)

… tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli fil-gżejjer minuri tal-Eġew;

(c)

… tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli fil-Kroazja għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar in-Nitrati skont il-punt (148)(b) tal-Linji Gwida;

(d)

… tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli f’reġjuni anqas żviluppati u fir-reġjuni kollha li l-PDG tagħhom għal kull ras tul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 kien inqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 għall-perjodu ta’ referenza iżda li l-PDG tagħhom għal kull ras jaqbeż il-75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27;

(e)

… tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli f’reġjuni oħrajn;

(f)

… tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għax-xiri ta’ annimali tat-tgħammir imsemmijin fil-punt (147) tal-Linji Gwida.

2.28.

Jekk ir-rati tal-intensità tal-għajnuna imsemmija fil-mistoqsija 2.27 tal-Folju ta’ Informazzjoni Supplimentari huma ogħla minn dawk previsti fil-punt (152) tal-Linji Gwida, iċċara jekk tapplikax xi waħda minn dawn l-eċċezzjonijiet għal żieda ta’ 20 punt perċentwali:

(a)

bdiewa żgħażagħ jew bdiewa li bdew tul il-ħames snin ta’ qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna;

(b)

investimenti kollettivi, bħal faċilitajiet tal-ħażna li jintużaw minn grupp ta’ bdiewa jew faċilitajiet biex jitħejjew il-prodotti agrikoli qabel il-kummerċjalizzazzjoni; u proġetti integrati li jkopru bosta miżuri previsti fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, fosthom dawk marbuta mal-fużjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(c)

investimenti f’żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(d)

operazzjonijiet iffinanzjati fil-qafas tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (l-EIP), bħalma hu investiment fi stalla ġdida, li jippermettu l-ittestjar ta’ prattika ġdida għall-akkomodazzjoni tal-annimali, li tkun ġiet żviluppata fi grupp operazzjonali kompost minn bdiewa, xjentisti, u organizzazzjonijiet mhux governattivi għat-trattament xieraq tal-annimali;

(e)

investimenti bil-għan li jtejbu l-ambjent naturali, il-kundizzjonijiet tal-iġjene jew l-istandards tat-trattament xieraq tal-annimali, kif imsemmi fil-punt (143)(b) tal-Linji Gwida; f’dak il-każ l-intensità tal-għajnuna miżjuda prevista f’dak il-punt tapplika biss għall-ispejjeż addizzjonali meħtieġa biex jinkiseb livell li jaqbeż l-istandards tal-Unjoni fis-seħħ u li ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni;

(f)

investimenti bil-għan li jtejbu s-sostenibbiltà tal-azjenda agrikola, kif imsemmi fil-punt (143)(a) tal-Linji Gwida, li huma marbutin ma’ impenji agri-ambjent-klimatiċi u l-biedja organika skont it-Taqsimiet 1.1.5.1. u 1.1.8 tal-Parti II tal-Linji Gwida.

Sabiex l-għajnuna titqies kompatibbli mas-suq intern, l-għajnuna massima f’daqqa ma tistax taqbeż id-90 % tal-investiment.

2.29.

Bħala deroga mil-limiti massimi tal-ispejjeż eliġibbli stabbiliti fil-punti (152) u (153) tal-Linji Gwida, iddikjara l-intensità massima tal-għajnuna mogħtija bħala persentaġġ tal-ispejjeż eliġibbli għall-investimenti mhux produttivi msemmija fil-punt (143)(d) tal-Linji Gwida u u għall-investimenti biex jitreġġa’ lura l-potenzjal tal-produzzjoni msemmija fil-punt (143)(e) tal-Linji Gwida:

… tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli.

L-intensità massima tal-għajnuna ma tistax taqbeż il-100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

2.30.

Bħala deroga mil-limiti massimi tal-ispejjeż eliġibbli stabbiliti fil-punti (152) u (153) tal-Linji Gwida, iddikjara l-intensità massima tal-għajnuna mogħtija bħala persentaġġ tal-ispejjeż eliġibbli għall-investimenti b’għanijiet preventivi msemmija fil-punt (143)(e) tal-Linji Gwida:

… tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli.

L-intensità massima tal-għajnuna ma tistax taqbeż it-80 % tal-ispejjeż eliġibbli ħlief fl-unika eċċezzjoni msemmija fil-mistoqsijiet 2.31 u 2.32.

2.31.

L-investiment b’għanijiet preventivi jsir b’mod kollettiv minn aktar minn benefiċjarju wieħed?

iva

le

2.32.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 2.31 hija iva, iddikjara l-intensità massima tal-għajnuna mogħtija bħala persentaġġ tal-ispejjeż eliġibbli

… tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.1.1.2.   IL-FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦALL-INVESTIMENTI FAVUR IL-KONSERVAZZJONI TA’ WIRT KULTURALI U NATURALI F’AZJENDI AGRIKOLI

Dan il-folju ta’ informazzjoni għandu x’jaqsam ma’ investimenti favur il-konservazzjoni ta’ wirt kulturali u naturali li jinsab f’azjendi agrikoli kif spjegat fit-Taqsima 1.1.1.2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.   IL-KRITERJI ĠENERALI TAL-ELIĠIBBILTÀ

1.1.

L-investimenti li l-għajnuna hija mmirata għalihom, se jżidu l-produzzjoni lil hinn mir-restrizzjonijiet jew jaqbżu l-limitazzjonijiet fuq appoġġ mill-UE fil-livell ta’ impriżi, azjendi jew pjanti ta’ pproċessar individwali imposti minn organizzazzjoni komuni tas-suq, inklużi skemi ta’ appoġġ dirett, iffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (il-FAEG)?

iva

le

Jekk iva, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

1.2.

L-uniċi benefiċjarji ta’ din l-għajnuna huma l-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.   L-GĦAJNUNA GĦALL-INVESTIMENTI FAVUR IL-KONSERVAZZJONI TA’ WIRT KULTURALI U NATURALI LI JINSAB F’AZJENDI AGRIKOLI

2.1.

Il-wirt fil-forma ta’ pajsaġġi naturali u bini li qed jibbenefika mill-għajnuna hu rikonoxxut b’mod formali bħala wirt kulturali jew naturali mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti tal-Istat Membru?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.2.

X’jinkludu l-ispejjeż eliġibbli?

(a)

l-ispejjeż tal-investiment f’assi tanġibbli;

(b)

xogħlijiet kapitali;

(c)

oħrajn (semmi): …

Jekk l-ispejjeż eliġibbli huma spejjeż oħra minbarra dawk imsemmija fil-punti (a) u (b), l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.3.

Iddikjara l-intensità massima tal-għajnuna, mogħtija bħala persentaġġ tal-investiment eliġibbli u fil-punt (f) hawn taħt niżżel l-ammont f’EUR fis-sena:

(a)

għal investimenti mmirati għall-konservazzjoni ta’ karatteristiċi produttivi tal-wirt f’azjendi agrikoli u diment li l-investiment ma jinvolvi l-ebda żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni:

(i)

… tal-ammont tal-ispejjeż reali mġarrba f’żoni b’restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(ii)

… tal-ammont tal-ispejjeż reali mġarrbin f’reġjuni inqas żviluppati;

(iii)

… tal-ammont tal-ispejjeż reali mġarrbin f’żoni oħrajn;

(b)

meta jkun hemm żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni:

(i)

… tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi;

(ii)

… tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli fil-Gżejjer minuri tal-Eġew;

(iii)

… tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli fil-Kroazja għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar in-Nitrati skont il-punt (148)(b) tal-Linji Gwida;

(iv)

… tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli f’reġjuni anqas żviluppati u fir-reġjuni kollha li l-PDG tagħhom għal kull ras tul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 kien inqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 għall-perjodu ta’ referenza iżda li l-PDG tagħhom għal kull ras jaqbeż il-75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27;

(v)

… tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli f’reġjuni oħrajn;

(vi)

… tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għax-xiri ta’ annimali tat-tgħammir imsemmijin fil-punt (147) tal-Linji Gwida.

Jekk ir-rati tal-intensità tal-għajnuna imsemmija fil-punti (i) sa (vi) ta’ din il-mistoqsija huma ogħla minn dawk previsti fil-punt (152) tal-Linji Gwida, iċċara jekk tapplikax xi waħda minn dawn l-eċċezzjonijiet għal żieda ta’ 20 punt perċentwali:

(a)

bdiewa żgħażagħ jew bdiewa li bdew tul il-ħames snin ta’ qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna;

(b)

investimenti kollettivi, bħal faċilitajiet tal-ħażna li jintużaw minn grupp ta’ bdiewa jew faċilitajiet biex jitħejjew il-prodotti agrikoli qabel il-kummerċjalizzazzjoni; u proġetti integrati li jkopru bosta miżuri pprovduti fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, inklużi dawk marbutin ma’ fużjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(c)

investimenti f’żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(d)

operazzjonijiet iffinanzjati fil-qafas tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (l-EIP), bħalma hu investiment fi stalla ġdida, li jippermettu l-ittestjar ta’ prattika ġdida għall-akkomodazzjoni tal-annimali, li tkun ġiet żviluppata fi grupp operazzjonali kompost minn bdiewa, xjentisti, u organizzazzjonijiet mhux governattivi għat-trattament xieraq tal-annimali;

(e)

investimenti bil-għan li jtejbu l-ambjent naturali, il-kundizzjonijiet tal-iġjene jew l-istandards tat-trattament xieraq tal-annimali, kif imsemmi fil-punt (143)(b) tal-Linji Gwida; f’dak il-każ l-intensità tal-għajnuna miżjuda prevista f’dak il-punt tapplika biss għall-ispejjeż addizzjonali meħtieġa biex jinkiseb livell li jaqbeż l-istandards tal-Unjoni fis-seħħ u li ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni;

(f)

investimenti bil-għan li jtejbu s-sostenibbiltà tal-azjenda agrikola, kif imsemmi fil-punt (143)(a) tal-Linji Gwida, li huma marbutin ma’ impenji agri-ambjent-klimatiċi u l-biedja organika skont it-Taqsimiet 1.1.5.1. u 1.1.8 tal-Parti II tal-Linji Gwida.

Sabiex l-għajnuna titqies kompatibbli mas-suq intern, l-għajnuna massima f’daqqa ma tistax taqbeż id-90 % tal-investiment.

(c)

… tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għal għajnuna addizzjonali mogħtija biex tkopri l-ispejjeż żejda mġarrbin minħabba l-użu ta’ materjali tradizzjonali meħtieġa biex jinżammu l-karatteristiċi tal-wirt tal-bini f’azjendi agrikoli;

(d)

… tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għall-għajnuniet koperti fil-punti (a) sa (c), meta l-investiment ikun jikkonċerna infrastrutturi fuq skala żgħira;

(e)

… tal-ammont tal-ispejjeż imġarrbin għal investimenti mmirati għall-konservazzjoni ta’ karatteristiċi tal-wirt mhux produttivi li jinsabu f’azjendi agrikoli, bħall-karatteristiċi arkeoloġiċi jew storiċi;

(f)

EUR … fis-sena għax-xogħlijiet kapitali.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.1.1.3.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦAL INVESTIMENTI LI GĦANDHOM X’JAQSMU MAR-RILOKAZZJONI TAL-BINI TAL-IRZIEZET

Dan il-folju ta’ informazzjoni hu marbuta ma’ investimenti li għandhom x’jaqsmu mar-rilokazzjoni tal-bini tal-irziezet kif spjegat fit-Taqsima 1.1.1.3 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni naturali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.   IL-KRITERJI ĠENERALI TAL-ELIĠIBBILTÀ

1.1.

L-investimenti li l-għajnuna hija mmirata għalihom, se jżidu l-produzzjoni lil hinn mir-restrizzjonijiet jew jaqbżu l-limitazzjonijiet fuq appoġġ mill-UE fil-livell ta’ impriżi, azjendi jew pjanti ta’ pproċessar individwali imposti minn organizzazzjoni komuni tas-suq, inklużi skemi ta’ appoġġ dirett, iffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (il-FAEG)?

iva

le

Jekk iva, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

1.2.

L-uniċi benefiċjarji ta’ din l-għajnuna huma l-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.   L-GĦAJNUNA GĦALL-INVESTIMENT LI GĦANDU X’JAQSAM MAR-RILOKAZZJONI TAL-BINI TAL-IRZIEZET

2.1.

Ir-rilokazzjoni tal-bini tar-razzett għandha għan ta’ interess pubbliku milli speċifikat fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Istat Membru?

iva

le

Il-bażi ġuridika għall-għajnuna fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Istat Membru trid tispjeha l-interess pubbliku li taqdi r-rilokazzjoni tal-bini tar-razzett.

2.2.

X’jinkludu l-ispejjeż eliġibbli marbatin mar-rilokazzjoni?

(a)

l-ispejjeż reali mġarrbin biex jiżżarmaw, jitneħħaw u jerġgħu jinbnew il-faċilitajiet eżistenti;

(b)

minbarra dawk imsemmija fil-punt (a), modernizzazzjoni tal-faċilitajiet;

(c)

minbarra dawk imsemmija fil-punt (a), żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni;

(d)

attivitajiet li huma qrib l-insedjamenti rurali, bil-għan li titjieb il-kwalità tal-ħajja jew il-prestazzjoni ambjentali tal-insedjament, u rigward infrastrutturi fuq skala żgħira;

(e)

oħrajn (semmi): …

Jekk l-ispejjeż eliġibbli huma spejjeż oħra minbarra dawk imsemmija fil-punti (a) sa (d), l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.3.

Iddikjara l-intensità massima tal-għajnuna, mogħtija bħala persentaġġ tal-investiment eliġibbli:

(a)

… tal-ammont tal-ispejjeż reali mġarrbin biex jiżżarmaw, jitneħħaw u jerġgħu jinbnew il-binjiet jew il-faċilitajiet eżistenti;

(b)

meta, minbarra l-ispejjeż imsemmija fil-punt (a), ir-rilokazzjoni twassal għal modernizzazzjoni tal-faċilitajiet (14) jew għal żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni:

(i)

… tal-ammont tal-ispejjeż relatati mal-modernizzazzjoni tal-faċilitajiet jew maż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni (minn hawn ‘il quddiem “l-ispejjeż rilevanti”) fir-reġjuni ultraperiferiċi;

(ii)

… tal-ammont tal-ispejjeż rilevanti fil-Gżejjer minuri tal-Eġew;

(iii)

… tal-ammont tal-ispejjeż rilevanti fil-Kroazja għall-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar in-Nitrati skont il-punt (148)(b) tal-Linji Gwida;

(iv)

… tal-ammont tal-ispejjeż rilevanti f’reġjuni anqas żviluppati u fir-reġjuni kollha li l-PDG tagħhom għal kull ras tul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 kien inqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 għall-perjodu ta’ referenza iżda li l-PDG tagħhom għal kull ras jaqbeż il-75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27;

(v)

… tal-ammont tal-ispejjeż rilevanti f’reġjuni oħrajn.

Jekk ir-rati tal-intensità tal-għajnuna imsemmija fil-punti (i) sa (v) ta’ din il-mistoqsija huma ogħla minn dawk previsti fil-punt (152) tal-Linji Gwida, iċċara jekk tapplikax xi waħda minn dawn l-eċċezzjonijiet għal żieda ta’ 20 punt perċentwali:

bdiewa żgħażagħ jew bdiewa li bdew tul il-ħames snin ta’ qabel l-applikazzjoni għall-għajnuna;

investimenti kollettivi, bħal faċilitajiet tal-ħażna li jintużaw minn grupp ta’ bdiewa jew faċilitajiet biex jitħejjew il-prodotti agrikoli qabel il-kummerċjalizzazzjoni; u proġetti integrati li jkopru bosta miżuri previsti fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, fosthom dawk marbuta mal-fużjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

investimenti f’żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

operazzjonijiet iffinanzjati fil-qafas tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (l-EIP), bħalma huwa investiment fi stalla ġdida, li jippermettu l-ittestjar ta’ prattika ġdida ta’ akkomodazzjoni tal-annimali, li tkun ġiet żviluppata fi grupp operazzjonali kompost minn bdiewa, xjentisti, u organizzazzjonijiet mhux governattivi tat-trattament xieraq tal-annimali;

l-investimenti bil-għan li jtejbu l-ambjent naturali, il-kundizzjonijiet tal-iġjene jew l-istandards tat-trattament xieraq tal-annimali, kif imsemmi fil-punt (143)(b) tal-Linji Gwida; f’dak il-każ l-intensità tal-għajnuna miżjuda prevista f’dak il-punt tapplika biss għall-ispejjeż addizzjonali meħtieġa biex jinkiseb livell li jaqbeż l-istandards tal-Unjoni fis-seħħ u li ma jwassalx għal żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni;

l-investimenti bil-għan li jtejbu s-sostenibbiltà tal-azjenda agrikola, kif imsemmi fil-punt (143)(a) tal-Linji Gwida, li huma marbutin mal-impenji agri-ambjent-klimatiċi u mal-biedja organika skont it-Taqsimiet 1.1.5.1. u 1.1.8 tal-Parti II tal-Linji Gwida.

Sabiex l-għajnuna titqies kompatibbli mas-suq intern, ir-riżultat tal-applikazzjoni ta’ dawn l-eċċezzjonijiet għall-intensitajiet tal-għajnuna msemmija fil-punti (i) sa (v) ma jistax jaqbeż id-90 % tal-investiment.

(c)

… tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għall-attivitajiet ta’ rilokazzjoni li huma qrib insedjamenti rurali, bil-għan li titjieb il-kwalità tal-ħajja jew il-prestazzjoni ambjentali tal-insedjament, u rigward infrastrutturi fuq skala żgħira.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.1.1.4.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦALL-INVESTIMENT B’RABTA MAL-IPPROĊESSAR U L-KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-PRODOTTI AGRIKOLI

Dan il-folju ta’ informazzjoni għandu x’jaqsam ma’ investimenti b’rabta mal-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (15) u mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli (16) , kif spjegat fit-Taqsima 1.1.1.4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

L-investimenti li l-għajnuna hija mmirata għalihom, se jżidu l-produzzjoni lil hinn mir-restrizzjonijiet jew jaqbżu l-limitazzjonijiet fuq appoġġ mill-UE fil-livell ta’ impriżi, azjendi jew pjanti ta’ pproċessar individwali imposti minn organizzazzjoni komuni tas-suq, inklużi skemi ta’ appoġġ dirett, iffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (il-FAEG)?

iva

le

Jekk iva, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.

L-għajnuna tingħata għal bijokarburanti bbażati fuq l-ikel?

iva

le

Jekk iva, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern, minħabba l-għan li tkun inċentivata t-tranżizzjoni lejn il-produzzjoni ta’ forom aktar avvanzati ta’ bijokarburanti, kif previst bir-regoli orizzontali dwar l-għajnuna mill-Istat fl-ambjent u fl-enerġija.

3.

Din it-Taqsima tapplika għal għajnuna għall-investimenti f’assi tanġibbli u assi intanġibbli relatati mal-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli kif jissemma fil-punti (35).11. u (35).12. tal-Linji gwida

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

4.

L-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna għall-investimenti relatati mal-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, diment li din l-għajnuna tkun tissodisfa kull kundizzjoni ta’ wieħed minn dawn l-istrumenti tal-għajnuna: Speċifika d-dispożizzjonijiet ta’ liema strument tal-għajnuna li skonthom hu maħsub li tingħata din l-għajnuna:

Ir-Regolament tal-Kummisjoni (UE) Nru 651/2014 (GBER) (17);

Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (18);

il-kundizzjonijiet tat-Taqsima 1.1.1.4. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida.

5.

Jekk l-għajnuna qed tingħata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 (GBER):

Semmi r-raġunijiet għalfejn l-awtoritajiet tiegħek xorta jixtiequ jressqu n-notifika abbażi tal-Linji Gwida. F’dan il-każ, imla l-parti rilevanti tal-formola ta’ notifika ġenerali stabblita fil-Parti I u l-formola speċifika tal-Parti III tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 jew (19) xi dispożizzjoni li tissostitwieh.

6.

Jekk l-għajnuna tingħata skont id-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020:

L-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern skont il-punt (168)(b) tal-Linji Gwida.

Jekk iva, il-valutazzjoni ta’ dik l-għajnuna trid issir skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020. Imla l-parti rilevanti tal-formola ta’ notifika ġenerali stabbilita fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1627/2006 (20).

7.

Jekk l-għajnuna se tingħata abbażi tat-Taqsima 1.1.1.4. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida, x’jinkludu l-ispejjeż eliġibbli?

(a)

il-bini, ix-xiri, inkluż il-kiri, jew it-titjib ta’ proprjetà immobbli;

L-ispiża tal-art mixtrija kienet 10 % jew inqas mill-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata?

iva

le

Jekk le, ix-xiri tal-art mhux eliġibbli għall-għajnuna.

(b)

ix-xiri jew il-kiri b’opzjoni ta’ xiri ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi;

(c)

l-ispejjeż ġenerali marbuta man-nefqa msemmija fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma’ konsulenza dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi l-istudji dwar il-fattibbiltà;

L-istudji tal-fattibbiltà jibqgħu nefqa eliġibbli anki meta, abbażi tar-riżultati tagħhom, ma tiġġarrab l-ebda nefqa skont il-punti (a) u (b);

(d)

ix-xiri jew l-iżvilupp ta’ softwer tal-kompjuter u x-xiri ta’ privattivi, liċenzji, drittijiet tal-awtur u marki kummerċjali.

Oħrajn (semmi): …

Jekk l-investiment ikollu għanijiet oħrajn għajr dawk imsemmija fil-punti (a) sa (d), l-investimenti biss li huma relatati mal-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli u li għandhom xi wieħed jew iktar mill-għanijiet imsemmija hawn fuq huma eliġibbli għall-għajnuna.

8.

L-ispejjeż eliġibbli jinkludu xi nefqa minn dawn?

(a)

l-ispejjeż, għajr dawk imsemmijin fil-mistoqsija 6, ara l-punt (169) tal-Linji Gwida, marbutin ma’ kuntratti ta’ kiri, bħall-marġni tal-lokatur, l-ispejjeż tal-rifinanzjament tal-imgħax, l-ispejjeż ġenerali u l-miżati tal-assigurazzjoni;

(b)

il-kapital operatorju;

(c)

l-ispejjeż marbutin ma’ investimenti biex tinżamm konformità mal-istandards tal-Unjoni li hemm fis-seħħ.

L-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern jekk tiġi inkluża xi waħda mill-ispejjeż imsemmija fil-punti (a) sa (c).

9.

Iddikjara l-intensità massima tal-għajnuna, mogħtija bħala persentaġġ tal-investiment eliġibbli:

(a)

… tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi;

(b)

… tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli fil-gżejjer minuri tal-Eġew;

(c)

… tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli f’reġjuni anqas żviluppati u fir-reġjuni kollha li l-PDG tagħhom għal kull ras tul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 kien inqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 għall-perjodu ta’ referenza iżda li l-PDG tagħhom għal kull ras jaqbeż il-75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27;

(d)

… tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli f’reġjuni oħrajn.

10.

Jekk ir-rati imsemmija hawn fuq huma ogħla minn dawk previsti fil-punt (171) tal-Linji Gwida, iċċara jekk tapplikax xi waħda minn dawn l-eċċezzjonijiet għal żieda ta’ 20 punt perċentwali għall-operazzjonijiet:

(a)

marbuta ma’ fużjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(b)

sostnuta fil-qafas tal-EIP.

Jekk iva, agħti d-dokumentazzjoni li tagħti prova ta’ dan kollu jew fl-Anness ta’ dan il-Folju ta’ Informazzjoni Supplimentari:

Sabiex l-għajnuna titqies kompatibbli mas-suq intern, l-għajnuna massima f’daqqa ma tistax taqbeż id-90 % tal-investiment.

11.

X’inhu l-ammont f’EUR tal-ispejjeż eliġibbli għal għajnuna individwali għall-investiment fl-ipproċessar u tal-prodotti agrikoli u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli?

EUR …

Jekk l-ammont jaqbeż il-EUR 25 miljun, ara l-punt (37)(a) tal-Linji Gwida, l-għajnuna individwali trid tiġi notifikata b’mod speċifiku lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

12.

X’inhu l-ammont f’EUR tal-għotja gross ekwivalenti għall-għajnuna individwali għall-investiment fl-ipproċessar u tal-prodotti agrikoli u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli?

EUR …

Jekk l-ammont jaqbeż il-EUR 12 miljun, ara l-punt (37)(a) tal-Linji Gwida, l-għajnuna individwali trid tiġi notifikata b’mod speċifiku lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.1.2.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA TAL-BIDU TA’ NEGOZJU LIL BDIEWA ŻGĦAŻAGĦ U GĦALL-IŻVILUPP TA’ RZIEZET ŻGĦAR

Dan il-folju jużawh l-Istati Membri sabiex jinnotifikaw kull miżura ta’ għajnuna mill-Istat li titfassal biex sabiex tagħti għajnuna tal-bidu ta’ negozju lil bdiewa żgħażagħ u għall-iżvilupp ta’ rziezet żgħar kif deskritta fit-Taqsima 1.2.1. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-UE għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

L-uniċi benefiċjarji ta’ din l-għajnuna huma l-impriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.

Il-benefiċjarji ta’ din l-għajnuna huma l-bdiewa żgħażagħ kif definiti fil-punt (35).29. tal-Linji Gwida li huma impriżi mikro u żgħar?

iva

le

3.

Il-benefiċjarji ta’ din l-għajnuna huma l-irziezet iż-żgħar li huma impriżi mikro u żgħar?

iva

le

4.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 3 hija iva, indika l-kriterji li skonthom il-benefiċjarji tagħhom jikkwalifikaw bħala rziezet żgħar. Dawn il-kriterji jridu jkunu oġġettivi.

5.

Il-limiti massimi u minimi għall-aċċess għall-għajnuna tal-bidu ta’ negozju lill-bdiewa żgħażagħ u għall-iżvilupp ta’ rziezet żgħar definiti f’termini tal-potenzjal tal-produzzjoni tal-azjenda agrikola, huma mkejla bħala produzzjoni standard, kif jiddefinixxu l-Artikolu 5b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 (21) u l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2015/220 (22), jew b’xi mod ekwivalenti?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

6.

Indika l-limiti massimi u minimi għall-aċċess għall-għajnuna tal-bidu ta’ negozju lill-bdiewa żgħażagħ u għall-iżvilupp ta’ rziezet żgħar.

 

Bdiewa żgħażagħ

Żvilupp ta’ rziezet żgħar

Limitu massimu

 

 

Limitu minimu

 

 

Il-limitu massimu għall-aċċess għall-għajnuna tal-bidu ta’ negozju lill bdiewa żgħażagħ irid ikun ogħla mil-limitu massimu għall-aċċess għall-għajnuna għall-iżvilupp ta’ rziezet żgħar.

7.

Il-bdiewa żgħażagħ li jirċievu għajnuna tal-bidu ta’ negozju qed jistabbilixxu azjenda fil-forma ta’ persuna ġuridika?

iva

le

8.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 7 hija iva, dawk il-bdiewa żgħażagħ jeżerċitaw kontroll effettiv u fit-tul fuq il-persuna ġuridika f’termini ta’ deċiżjonijiet marbutin mal-ġestjoni, il-benefiċċji u r-riskji finanzjarji?

iva

le

Indika kif dan il-kontroll huwa żgurat: …

9.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 8 hija iva u bosta persuni fiżiċi, fosthom il-persuni li mhumiex bdiewa żgħażagħ, qed jieħdu sehem fil-kapital jew fil-ġestjoni tal-persuna ġuridika, il-bidwi żagħżugħ jeżerċita kontroll effettiv u fit-tul waħdu jew b’mod konġunt ma’ persuni oħrajn?

iva

le

Indika kif dan huwa żgurat: …

10.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 8 hija iva u l-persuna ġuridika inkwistjoni hija kkontrollata minn persuna ġuridika oħra li mhijiex il-bidwi żagħżugħ, waħedha jew b’mod konġunt, il-bidwi żgħażagħ jeżerċita kontroll effettiv u fit-tul waħdu jew b’mod konġunt ma’ persuni oħrajn fuq dik il-persuna ġuridika l-oħra?

iva

le

Indika kif dan huwa żgurat: …

11.

L-għajnuna hi bil-patt u l-kundizzjoni li jitressaq pjan ta’ direzzjoni tan-negozju lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

12.

L-implimentazzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tibda fi żmien disa’ xhur mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-għajnuna?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

13.

Fil-każ ta għajnuna tal-bidu ta’ negozju lill-bdiewa żgħażagħ, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jipprovdi li l-benefiċjarju jrid jikkonforma mad-definizzjoni ta’ bidwi attiv prevista fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, fi żmien 18-il xahar mid-data tat-twaqqif?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

14.

Fil-każ ta’ għajnuna tal-bidu ta’ negozju lill-bdiewa żgħażagħ li ma għandhomx ħiliet u kompetenzi okkupazzjonali xierqa, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jistabbilixxi li jridu jimpenjaw ruħhom li jiksbu dawk il-ħiliet fi żmien 36 xahar mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-għajnuna?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

15.

Fil-każ ta’ għajnuna tal-bidu ta’ negozju lill-bdiewa żgħażagħ, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jiddeskrivi dawn li ġejjin?

(a)

is-sitwazzjoni inizjali tal-azjenda agrikola;

(b)

il-kisbiet u l-miri għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-azjenda agrikola;

(c)

dettalji dwar l-azzjonijiet fosthom dwar dawk marbutin mas-sostenibbiltà ambjentali u l-effiċjenza fir-riżorsi, meħtieġa għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-azjenda agrikola, bħal investimenti, taħriġ, konsulenza jew xi attività oħra.

Il-prirekwiżiti msemmija fil-punti (a) sa (c) jridu jiġu ssodisfati f’daqqa.

16.

Fil-każ ta’ għajnuna tal-bidu ta’ negozju għall-iżvilupp ta’ rziezet żgħar, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tiddeskrivi dawn li ġejjin?

(a)

is-sitwazzjoni inizjali tal-azjenda agrikola;

(b)

dettalji dwar l-azzjonijiet fosthom dwar dawk marbutin mas-sostenibbiltà ambjentali u l-effiċjenza fir-riżorsi, li jistgħu jgħinu biex tinkiseb il-vijabbiltà ekonomika, bħal investimenti, taħriġ, koperazzjoni jew xi azzjoni oħra.

Il-prirekwiżiti msemmija fil-punti (a) u (b) jridu jiġu ssodisfati f’daqqa.

17.

Meta tingħata l-għajnuna?

(a)

kull sena;

(b)

b’tal-inqas żewġ ħlasijiet parzjali tul perjodu ta’ ħames snin.

Agħti dettalji preċiżi: …

18.

Fil-każ ta’ għajnuna tal-bidu ta’ negozju lill-bdiewa żgħażagħ, il-pagament tal-aħħar segment annwali jew il-pagament tal-aħħar ħlas parzjali tal-għajnuna jingħata bil-patt u l-kundizzjoni li tkun saret l-implimentazzjoni korretta tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju msemmi fil-punt (179) tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

19.

X’inhi l-intensità massima tal-għajnuna f’EUR?

(a)

għal kull bidwi żagħżugħ: … EUR

(b)

għal kull razzett żgħir: … EUR

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.1.3.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦAT-TRASFERIMENT TAL-AZJENDI AGRIKOLI

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat li tgħin it-trasferiment tal-azjendi agrikoli kif deskritt fil-punt 1.1.3. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

L-għajnuna qed tingħata biss f’konformità mar-regoli kollha msemmija fil-mistoqsijiet 1 sa 7:

1.

L-għajnuna tingħata lil impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja li jittrasferixxu b’mod permanenti l-azjenda agrikola tagħhom lil impriża oħra attiva fil-produzzjoni agrikola primarja;

iva

le

2.

L-għajnuna tingħata lil impriżi eliġibbli biex jieħdu sehem fl-iskema tal-bdiewa żgħar, stabbilita bit-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

iva

le

3.

L-għajnuna tingħata lil impriżi li meta ressqu l-applikazzjoni tagħhom għall-għajnuna, kienu eliġibbli għaliha għal perjodu minimu ta’ sena;

iva

le

4.

L-għajnuna tingħata lil impriżi li jieħdu impenn li jittrasferixxu b’mod permanenti l-azjenda agrikola kollha tagħhom u l-intitolamenti ta’ pagament korrispondenti lil impriża oħra attiva fil-produzzjoni agrikola primarja;

iva

le

5.

L-għajnuna titħallas bħala:

ħlas fis-sena

ħlas ta’ darba

(Skont il-punt (188) tal-Linji Gwida, l-għajnuna trid tingħata bħala ħlas fis-sena jew bħala ħlas ta’ darba);

6.

L-għajnuna titħallas mid-data tat-trasferiment tal-azjenda agrikola sal-31 ta’ Diċembru 2020;

iva

le

7.

L-għajnuna tikkorrispondi għal 120 % tal-ħlas fis-sena li l-benefiċjarju jkun eliġibbli li jirċievi bl-iskema tal-irziezet żgħar.

iva

le

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.1.4.   GĦAJNUNA TAL-BIDU TA’ NEGOZJU LIL GRUPPI U ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI FIS-SETTUR AGRIKOLU

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat li tipprovdi għajnuna tal-bidu ta’ negozju lil gruppi u organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur agrikolu kif deskritt fil-punt 1.1.4. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.   IT-TIP TA’ GĦAJNUNA

1.1.

L-għajnuna għandha x’taqsam ma’ għajnuna tal-bidu ta’ negozju lil gruppi tal-produtturi u lil organizzazzjonijiet tal-produtturi stabbiliti ġodda?

iva

le

1.2.

Il-gruppi jew l-organizzazzjonijiet tal-produtturi ġew rikonoxxuti b’mod formali mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat abbażi ta’ sottomissjoni ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju?

iva

le

1.3.

L-għajnuna tingħata biss wara verifika mill-Istat Membru li ntlaħqu l-għanijiet tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju fi żmien ħames snin wara r-rikonoxximent tal-grupp jew tal-organizzazzjoni tal-produtturi?

iva

le

1.4.

L-għajnuna tingħata lil organizzazzjonijiet, entitajiet jew korpi oħrajn tal-produtturi bħal kumpaniji jew kooperattivi li għandhom l-għan imexxu waħda mill-azjendi agrikoli jew iktar u li għalhekk fil-fatt huma produtturi uniċi?

iva

le

Jekk iva, l-għajnuna lil dawn l-organizzazzjonijiet, lil dawn l-entitajiet jew lil dawn il-korpi ma tkoprihiex it-Taqsima 1.1.4. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida.

1.5.

L-għajnuna tingħata lil assoċjazzjonijiet agrikoli oħrajn li jwettqu kompiti bħal appoġġ reċiproku u servizzi ta’ ġestjoni tal-irziezet u ta’ għajnuna tal-irziezet, fl-azjendi tal-membri mingħajr ma jkunu involuti fl-adattament konġunt tal-provvista lis-suq?

iva

le

Jekk iva, l-għajnuna lil dawn l-assoċjazzjonijiet ma tkoprihiex it-Taqsima 1.1.4. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida.

1.6.

L-għajnuna tingħata lil gruppi jew organizzazzjonijiet tal-produtturi biex tkopri spejjeż li ma għandhomx x’jaqsmu mal-ispejjeż tal-bidu ta’ negozju, bħal investimenti jew attivitajiet promozzjonali?

iva

le

Jekk iva, l-għajnuna se tiġi vvalutata skont ir-regoli speċifiċi li jirregolaw dawn l-għajnuniet. Irreferi għat-Taqsimiet rilevanti fil-formola ta’ notifika.

2.   IL-BENEFIĊJARJU

2.1.

L-għajnuna tal-bidu ta’ negozju tingħata b’mod esklussiv lil gruppi tal-produtturi u lil organizzazzjonijiet tal-produtturi li jaqgħu fid-definizzjoni ta’ SMEs (23)?

iva

le

2.2.

L-iskema tal-għajnuna se tkun bil-patt u l-kundizzjoni li teħtieġha taġġusta biex jitqesu l-bidliet fir-regolamenti li jirregolaw l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli?

iva

le

Jekk le, skont it-Taqsima 1.1.4. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida, l-iskema tal-għajnuna, il-Kummissjoni ma tistax tapprovaha.

3.   L-INTESITÀ TAL-GĦAJNUNA U L-ISPEJJEŻ ELIĠIBBLI

3.1.

Ikkonferma li l-għajnuna totali mogħtija lil grupp tal-produtturi jew lil organizzazzjonital-produtturi ma taqbiżx il-EUR 500 000?

iva

le

3.2.

L-iskema tal-għajnuna teskludi biċ-ċar li l-għajnuna titħallas fir-rigward tal-ispejjeż imġarrbin wara l-ħames sena mid-data meta l-awtorità kompetenti tirrikonoxxi formalment lill-grupp jew lill-organizzazzjoni tal-produtturi?

iva

le

3.3.

L-ispejjeż eliġibbli jinkludu biss dawn l-ispejjeż?

(a)

il-kirja ta’ bini xieraq;

(b)

ix-xiri tat-tagħmir tal-uffiċċju, inklużi l-ħardwer u s-softwer tal-kompjuter,

(c)

l-ispejjeż tal-persunal amministrattiv;

(d)

l-ispejjeż ġenerali;

(e)

miżati legali u amministrattivi.

iva

le

Jekk le, irreferi għal-lista tal-ispejjeż eliġibbli stabbilita fit-Taqsima 1.1.4. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida.

3.4.

L-għajnuna titħallas bħala għajnuna b’rata fissa fi ħlasijiet parzjali annwali digressivi għall-ewwel ħames snin mid-data meta l-grupp jew l-organizzazzjoni tal-produtturi ġew rikonoxxuti b’mod uffiċjali mill-awtorità kompetenti abbażi tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju?

iva

le

3.5.

L-Istat Membru għandu jħallas l-aħħar ħlas parzjali biss wara li tkun ġiet ivverifikata l-implimentazzjoni xierqa tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju?

iva

le

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.1.5.1.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦALL-IMPENJI AGRI-AMBJENT-KLIMATIĊI

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat li tgħin lill-metodi tal-produzzjoni agrikola mfasslin biex iħarsu l-ambjent u jżommu l-pajsaġġ (impenji agri-ambjent-klimatiċi) u tkopri t-Taqsima 1.1.5.1. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

L-għajnuna tikkonċerna biss investimenti ambjentali (it-Taqsima 1.1.1. tal-Linji Gwida)?

iva

le

Jekk iva, ara t-Taqsima 1.1.1.4. tal-Folju ta’ Informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna għall-investiment b’rabta mal-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli.

2.

L-għajnuna agri-ambjentali timmira għal għanijiet oħra bħal servizzi ta’ taħriġ u ta’ konsulenza li jgħinu lill-produtturi agrikoli (it-Taqsima 1.1.10. tal-Linja Gwida)?

iva

le

Jekk iva, ara t-Taqsima 1.1.10. tal-Folju ta’ Informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna għall-għoti ta’ appoġġ tekniku fis-settur agrikolu.

3.

Oħrajn?

Agħti deskrizzjoni sħiħa tal-miżuri …

4.

Id-dokumentazzjoni turi li l-għajnuna mill-Istat hi konformi u koerenti mal-Programm rilevanti tal-Iżvilupp Rurali mehmuż man-notifika?

iva

le

Jekk iva, żid id-dokumentazzjoni hawn taħt jew ehmiżha ma’ dan il-Folju ta’ Informazzjoni Supplimentari.

Jekk le, din id-dokumentazzjoni hi meħtieġa f’konformità mal-punt (47) tal-Linji Gwida.

1.   L-GĦAN TAL-MIŻURA

1.1.

Ikkonfermali din il-miżura ta’ appoġġ għanda l-għan li tippriżerva daqskemm tippromwovi l-bidliet meħtieġa fil-prattiki agrikoli li jagħtu kontribut siewi fl-ambjent u fil-klima.

iva

le

Jekk le, dan hu rekwiżit skont il-punt (209) tal-Linji Gwida.

1.2.

Liema wieħed minn dawn l-għanijiet speċifiċi tippromwovi l-miżura ta’ appoġġ?

(a)

modi li jħaddmu l-art agrikola u li huma kompatibbli mal-ħarsien u t-titjib tal-ambjent, il-pajsaġġ u l-karatteristiċi tiegħu, ir-riżorsi naturali, id-diversità tal-ħamrija u ġenetika, u t-tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni;

(b)

estensifikazzjoni tal-biedja li tkun favur l-ambjent u ġestjoni ta’ sistemi tar-ragħa b’intensità baxxa, u titjib u skjerament mill-ġdid tal-produzzjoni;

(c)

il-konservazzjoni ta’ ambjenti agrikoli b’valur naturali għoli li huma fil-periklu, u aktar kwalità;

(d)

il-manutenzjoni tal-pajsaġġ u l-karatteristiċi storiċi fl-art agrikola;

(e)

l-użu tal-ippjanar ambjentali fil-prattika tal-biedja.

Jekk il-miżura ma għandha l-ebda għan minn fost dawk imsemmija, semmi x’inhuma l-għanijiet maħsuba fejn jidħol il-ħarsien tal-ambjent? (Agħti deskrizzjoni dettaljata)

Jekk il-miżura inkwistjoni diġà ġiet applikata fl-imgħoddi, x’kienu r-riżultati li nkisbu fejn jidħol il-ħarsien tal-ambjent?

2.   IL-KRITERJI TAL-ELIĠIBBILTÀ

2.1.

L-għajnuna se tingħata lil azjendi agrikoli jew lil gruppi ta’ azjendi agrikoli li jieħdu impenji agri-ambjent-klimatiċi għal perjodu ta’ bejn ħamsa u seba’ snin?

iva

le

2.2.

Għal kull tip ta’ impenn, jew għal xi tip ta’ impenn partikolari, se jkun hemm bżonn perjodu itwal?

iva

le

Jekk iva, ipprovdi r-raġunijiet li jiġġustifikaw dak il-perjodu:

2.3.

Ikkonferma li mhu se tingħata l-ebda għajnuna li tikkumpensa impenji agri-ambjent-klimatiċi li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u obbligi rilevanti oħrajn stabbiliti skont l-Artikolu 4(1)(c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, ir-rekwiżiti minimi rilevanti għall-użu ta’ fertilizzanti u prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti kif ukoll rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħrajn stabbiliti bil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

iva

le

Jekk le, skont il-punt (210) tal-Linji Gwida ma jistgħux isiru impenji agri-ambjent-klimatiċi li ma jkunux jinvolvu aktar minn sempliċiment l-applikazzjoni ta’ dawn l-istandards u r-rekwiżiti.

2.4.

Iddeskrivi x’inhuma l-istandards u r-rekwiżiti msemmijin fil-mistoqsija 2.3 u spjega kif l-impenji agri-ambjent-klimatiċi jinvolvu iktar mill-applikazzjoni tagħhom.

2.5.

L-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom biex jiżguraw li l-azjendi agrikoli jew il-gruppi tal-azjendi agrikoli li jagħmlu impenji agri-ambjent-klimatiċi jingħataw l-għarfien u l-informazzjoni meħtieġa biex jimplimentawhom, fosthom il-konsulenza ta’ esperti relatati mal-impenn u/jew billi l-għajnuna skont din il-miżura tingħata bil-patt u l-kundizzjoni li jinkiseb it-taħriġ rilevanti. Ikkonferma li hemm konformità ma’ dan l-obbligu u spjega kif.

iva

le

2.6.

Jekk rilevanti, ikkonferma li hemm konformità mar-regoli għall-ħlasijiet relatati mal-erja stabbiliti fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u fl-atti delegati adottati skont dik id-dispożizzjoni.

iva

le

3.   L-AMMONT TAL-GĦAJNUNA

3.1.

Speċifika l-ammont massimu tal-għajnuna li jrid jingħata skont l-erja tal-azjenda li għaliha japplikaw l-impenji agri-ambjent-klimatiċi:

(a)

għal għelejjel perenni speċjalizzati … (ħlas massimu ta’ EUR 900/ettaru fis-sena);

(b)

għal għelejjel annwali … (ħlas massimu ta’ EUR 600/ettaru fis-sena);

(c)

għal użi oħrajn tal-art … (ħlas massimu ta’ EUR 450/ettaru fis-sena);

(d)

razez lokali fil-periklu li jintilfu għall-biedja … (ħlas massimu ta’ EUR 200/unità tal-bhejjem fis-sena);

(e)

oħrajn: …

Jekk jinqabżu l-ammonti massimi tal-għajnuna msemmija fi-punti (a) sa (e) ta’ din il-mistoqsija, iġġustifika l-kompatibbiltà tal-għajnuna mar-rekwiżiti tat-Taqsima 1.1.5.1. tal-Linji Gwida.

3.2.

L-għajnuna tingħata fis-sena?

iva

le

Jekk le, agħti r-raġunijiet li jiġġustifikaw dak il-perjodu:

3.3.

L-ammont ta’ appoġġ annwali hu kkalkolat skont:

(a)

id-dħul mitluf,

(b)

l-ispejjeż addizzjonali minħabba l-impenn mogħti,

(c)

meta meħtieġ, il-ħtieġa li jingħata kumpens għall-ispejjeż tat-tranżazzjoni?

iva

le

Spjega l-metodu użat għall-kalkolu biex jiġi stabbilit l-ammont ta’ appoġġ annwali u speċifika d-dħul mitluf, l-ispejjeż addizzjonali u l-ispejjeż tat-tranżazzjoni;

3.4.

Il-livell ta’ referenza għall-kalkolu tad-dħul mitluf u l-ispiża addizzjonali li tiġġarrab minħabba l-impenji meħudin, l-istandards u r-rekwiżiti hu kif imsemmi fil-mistoqsija 2.3?

iva

le

Jekk le, spjega l-livell ta’ referenza li tqies:

3.5.

Il-ħlasijiet isiru għal kull unità tal-produzzjoni?

iva

le

Jekk iva, spjega r-raġunijiet li jiġġustifikaw dak il-metodu u l-inizjattivi meħudin biex ikun żgurat li tinżamm konformità mal-ammonti massimi fis-sena eliġibbli għall-appoġġ tal-Unjoni kif stipulat fil-punt (228) tal-Linji Gwida u fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

3.6.

L-Istat Membru beħsiebu jagħti għajnuna għall-ispejjeż tat-tranżazzjoni biex jissoktaw l-impenji agri-ambjent-klimatiċi li diġà ttieħdu fl-imgħoddi?

iva

le

3.7.

Jekk iva, uri li dawn l-ispejjeż għadhom jiġġarrbu jew li qed jiġġarrbu spejjeż ġodda tat-tranżazzjoni.

4.   IL-KLAWŻOLA TA’ REVIŻJONI

4.1.

Għall-operazzjonijiet inklużi f’din l-għajnuna, ġiet prevista xi klawżola ta’ reviżjoni?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (724) tal-Linji Gwida, l-Istat Membru hu obbligat li jipprovdi klawżola ta’ reviżjoni ħalli jiżgura l-aġġustament tal-operazzjonijiet fil-każ ta’ emendi tal-istandards obbligatorji, ir-rekwiżiti jew l-obbligi rilevanti msemmija fit-Taqsima 1.5.1.1. tal-Linji Gwida li jridu jinqabżu mill-impenji msemmija f’dik it-Taqsima.

4.2.

Din l-għajnuna tmur lil hinn mill-perjodu ta’ programmazzjoni tal-iżvilupp rurali 2014-2020?

iva

le

Jekk iva, skont il-punt (725) tal-Linji Gwida, l-Istat Membru hu obbligat li jipprovdi klawżola ta’ reviżjoni ħalli jiżgura l-aġġustament tal-operazzjonijiet fil-qafas ġuridiku ta’ dan il-perjodu ta’ programmazzjoni tal-iżvilupp rurali.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.1.5.2.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦALL-IMPENJI TAT-TRATTAMENT XIERAQ TAL-ANNIMALI

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat li tgħin lill-metodi tal-produzzjoni agrikola mfasslin biex itejbu t-trattament xieraq tal-annimali li tkopri t-Taqsima 1.1.5.2. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

L-għajnuna għandha x’taqsam biss ma’ investimenti ambjentali (it-Taqsima 1.1.1. tal-Linji Gwida)?

iva

le

Jekk iva, ara t-Taqsima 1.1.1.4. tal-Folju ta’ Informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna għall-investiment b’rabta mal-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u mal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli.

2.

L-għajnuna ambjentali timmira għal għanijiet oħra bħal servizzi ta’ taħriġ u ta’ konsulenza li jgħinu lill-produtturi agrikoli (it-Taqsima 1.1.10. tal-Linja Gwida)?

iva

le

Jekk iva, ara t-Taqsima 1.1.10. tal-Folju ta’ Informazzjoni Supplimentari dwar l-għajnuna għall-għoti ta’ appoġġ tekniku fis-settur agrikolu.

3.

Xi oħrajn?

Agħti deskrizzjoni sħiħa tal-miżuri …

4.

Id-dokumentazzjoni li turi li l-għajnuna mill-Istat hi konformi u koerenti mal-Programm rilevanti tal-Iżvilupp Rurali mehmuża man-notifika?

iva

le

Jekk iva, żid id-dokumentazzjoni hawn taħt jew ehmiżha ma’ dan il-Folju ta’ Informazzjoni Supplimentari.

Jekk le, din id-dokumentazzjoni hi meħtieġa f’konformità mal-punt (47) tal-Linji Gwida.

1.   L-GĦAN TAL-MIŻURA

1.1.

Għal liema wieħed minn dawn l-oqsma, l-impenji ta’ trattament xieraq tal-annimali jipprovdu standards imtejbin?

(a)

l-ilma, l-għalf u l-indukrar tal-annimali skont il-ħtiġijiet naturali tat-trobbija tal-annimali;

(b)

il-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni, bħall-allokazzjonijiet ta’ spazju ikbar, materjali tal-bejta, materjali ta’ arrikkiment, dawl naturali;

(c)

l-aċċess għal barra;

(d)

prattiki li jevitaw mutilazzjoni u/jew kastrazzjoni ta’ annimali jew f’każijiet speċifiċi meta l-mutilazzjoni u/jew il-kastrazzjoni tal-annimali jitqiesu meħtieġa, ikun hemm dispożizzjoni għall-użu ta’ anestetiċi, analġeżija u mediċina anti-infjammatorja jew immunokastrazzjoni.

(Agħti deskrizzjoni dettaljata)

Jekk il-miżura inkwistjoni diġà ġiet applikata fl-imgħoddi, x’kienu r-riżultati f’termini ta’ trattament xieraq tal-annimali?

2.   IL-KRITERJI TAL-ELIĠIBBILTÀ

2.1.

L-għajnuna se tingħata lill-impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja li huma bdiewa attivi fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (232) tal-Linji Gwida, din l-għajnuna tista’ tingħata biss lill-impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja li huma bdiewa attivi.

2.2.

Ikkonferma li mhu se tingħata l-ebda għajnuna li tikkumpensa għall-impenji ta’ trattament xieraq tal-annimali li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħrajn:

iva

le

Jekk le, skont il-punt (233) tal-Linji Gwida ma tistax tingħata għajnuna għall-impenji ta’ trattament xieraq tal-annimali li ma jkunux jinvolvu aktar minn sempliċiment l-applikazzjoni tal-istandards obbligatorji u tar-rekwiżiti.

2.3.

Iddeskrivi x’inhuma l-istandards obbligatorji u r-rekwiżiti msemmijin fil-mistoqsija 2.2 u spjega kif l-impenji ta’ trattament xieraq tal-annimali jinvolvu aktar mill-applikazzjoni tagħhom.

2.4.

L-għajnuna se tingħata b’mod esklussiv lil bdiewa li jieħdu impenji ta’ trattament xieraq tal-annimali għal perjodu minn sena sa seba’ snin li jista’ jiġġedded?

iva

le

2.5.

Il-kuntratt se jiġġedded b’mod awtomatiku?

iva

le

Jekk iva, skont il-punt (236) tal-Linji Gwida, il-kuntratt jeħtieġ jagħti dettalji dwar it-tiġdid filwaqt li l-mekkaniżmu tat-tiġdid irid jiġi spjegat lill-Kummissjoni bħala parti min-notifika.

3.   L-AMMONT TAL-GĦAJNUNA

3.1.

Speċifika l-ammont massimu ta’ għajnuna għat-trattmanet xieraq tal-annimali li se jingħata:

… (ħlas massimu ta’ EUR 500/unità tal-bhejjem);

Jekk l-ammont jaqbeż il-EUR 500/unità tal-bhejjem, iġġustifika l-kompatibbiltà tiegħu mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 1.1.5.2. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida, fosthom billi tagħti dettalji dwar it-tqassim tal-ammont.

3.2.

L-għajnuna tingħata fis-sena?

iva

le

Jekk le, agħti r-raġunijiet li jiġġustifikaw dak il-perjodu:

3.3.

L-ammont ta’ appoġġ annwali hu kkalkolat skont:

(a)

id-dħul mitluf,

(b)

l-ispejjeż addizzjonali minħabba l-impenn mogħti,

(c)

meta meħtieġ, il-ħtieġa li jingħata kumpens għall-ispejjeż tat-tranżazzjoni?

iva

le

Spjega l-metodu użat għall-kalkolu biex jiġi stabbilit l-ammont ta’ għajnuna annwali u speċifika d-dħul mitluf, l-ispejjeż addizzjonali u l-ispejjeż tat-tranżazzjoni possibbli.

3.4.

Il-livell ta’ referenza għall-kalkolu tad-dħul mitluf u l-ispiża addizzjonali li tiġġarrab minħabba l-impenji meħudin, l-istandards u r-rekwiżiti hu kif imsemmi fil-mistoqsija 2.2?

iva

le

Jekk le, spjega l-livell ta’ referenza li tqies:

3.5.

Il-pagamenti jsiru għal kull unità tal-bhejjem?

iva

le

Jekk le, spjega r-raġunijiet li jiġġustifikaw il-metodu magħżul kif ukoll l-inizjattivi meħudin biex ikun żgurat li tinżamm konformità mal-ammonti massimi fis-sena kif stipulati fil-punt (240) tal-Linji Gwida u fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

3.6.

L-Istat Membru beħsiebu jagħti għajnuna għall-ispejjeż tat-tranżazzjoni mġarrba billi jieħu impenji ta’ trattament xieraq tal-annimali?

iva

le

Jekk iva, agħti prova ta’ dawn l-ispejjeż tat-tranżazzjoni, pereżempju billi tippreżenta paragun tal-ispejjeż mal-ispejjeż ta’ impriżi li ma jidħux dawn l-impenji ta’ trattament xieraq tal-annimali.

3.7.

L-Istat Membru beħsiebu jagħti għajnuna għall-ispejjeż tat-tranżazzjoni biex jissoktaw l-impenji ta’ trattament xieraq tal-annimali li diġà ttieħdu fl-imgħoddi?

iva

le

Jekk iva, uri li dawn l-ispejjeż tat-tranżazzjoni għadhom jiġġarrbu jew li qed jiġġarrbu spejjeż ġodda tat-tranżazzjoni.

3.8.

L-ispejjeż tat-tranżazzjoni se jiġu kkalkulati skont il-medja tal-l-ispejjeż u/jew skont il-medja tal-irziezet?

iva

le

Jekk iva, bħalma jeżiġi l-punt (239) tal-Linji Gwida, uri li b’mod partikolari, l-intrapriżi l-kbar mhumiex qed jiġu kkumpensati żżejjed.

4.   IL-KLAWŻOLA TA’ REVIŻJONI

4.1.

Għall-operazzjonijiet inklużi f’din l-għajnuna, ġiet prevista xi klawżola ta’ reviżjoni?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (724) tal-Linji Gwida, l-Istat Membru hu obbligat li jipprovdi klawżola ta’ reviżjoni ħalli jiżgura l-aġġustament tal-operazzjonijiet fil-każ ta’ emendi tal-istandards obbligatorji, ir-rekwiżiti jew l-obbligi rilevanti msemmija fit-Taqsima 1.5.1.2. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida li jridu jinqabżu mill-impenji msemmija f’dik it-Taqsima.

4.2.

Din l-għajnuna tmur lil hinn mill-perjodu ta’ programmazzjoni tal-iżvilupp rurali 2014-2020?

iva

le

Jekk iva, skont il-punt (725) tal-Linji Gwida, l-Istat Membru hu obbligat li jipprovdi klawżola ta’ reviżjoni ħalli jiżgura l-aġġustament tal-operazzjonijiet fil-qafas ġuridiku ta’ dan il-perjodu ta’ programmazzjoni tal-iżvilupp rurali.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.1.6.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA RIGWARD IL-PAGAMENTI TA’ NATURA 2000 U L-PAGAMENTI TAD-DIRETTIVA QAFAS DWAR L-ILMA

Dan il-folju jużawh l-Istati Membri sabiex jinnotifikaw għajnuniet mill-Istat marbutin ma’ Natura 2000 u mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (24) , kif deskritta fit-Taqsima 1.1.6. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-UE għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.   L-GĦAN TAL-MIŻURA

1.1.

Il-miżura għandha x’taqsam ma’ kumpens lil impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja jew lil maniġers oħrajn tal-artijiet?

iva

le

Jekk il-miżura għandha x’taqsam ukoll mal-maniġers l-oħra tal-artijiet, agħti ġustifikazzjoni dettaljata skont il-punt (243) tal-Linji Gwida.

1.2.

Il-miżura li mmirata biex tikkumpensa lill-bdiewa għall-ispejjeż imġarrba u d-dħul mitluf minħabba żvantaġġi fiż-żoni kkonċernati li għandhom x’jaqsmu mal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (25) (“id-Direttiva dwar il-Ħabitats”), id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) (“id-Direttiva dwar l-Għasafar”) u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma?

iva

le

Jekk le, il-punt (244) tal-Linji Gwida ma jippermettix li l-għajnuna tikkumpensa spejjeż oħrajn minbarra dawk marbutin mal-iżvantaġġi relatati mal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħabitats, tad-Direttiva dwar l-Għasafar u tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.

1.3.

L-għajnuna li hi marbuta mad-Direttiva dwar il-Ħabitats u mad-Direttiva dwar l-Għasafar, qed tingħata biss b’rabta mal-iżvantaġġi li joħolqu r-rekwiżiti li jmorru lil hinn mill-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba stipulata fl-Artikolu 94 u fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1306/2013 u l-kriterji rilevanti u l-attivitajiet minimi kif stabbiliti skont l-Artikolu 4(1)(c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013?

iva

le

1.4.

L-għajnuna li hi marbuta mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma qed tingħata biss b’rabta mar-rekwiżiti speċifiċi imsemmija fil-punt (246) tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk le, il-punt (246) tal-Linji Gwida ma jippermettux li l-għajnuna tikkumpensa spejjeż oħra ħlief dawk relatati mar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti f’dak il-punt.

2.   IL-KRITERJI TAL-ELIĠIBBILTÀ

2.1.

L-ispejjeż imġarrba u d-dħul mitluf minħabba l-iżvantaġġi fiż-żoni kkonċernati b’rabta mal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħabitats, tad-Direttiva dwar l-Għasafar u tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.

iva

le

2.1.1.

Jekk iva, agħti d-dettalji kollha dwar id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttivi inkwistjoni.

2.1.2.

Jekk le, il-punt (244) tal-Linji Gwida ma jippermettix li l-għajnuna tikkumpensa spejjeż oħrajn minbarra dawk marbutin mal-iżvantaġġi relatati mal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħabitats, tad-Direttiva dwar l-Għasafar u tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.

2.2.

L-għajnuna tingħata biss b’rabta ma’ rekwiżiti speċifiċi li ddaħħlu bid-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, li huma konformi mal-programmi tal-miżuri tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċin tax-xmara sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali ta’ dik id-Direttiva u jmorru lil hinn mill-miżuri meħtieġa biex tiġi implimentata leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-ilma?

iva

le

2.2.1.

Jekk le, iġġustifika l-kompatibbiltà tagħha mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 1.1.6. tal-Linji Gwida

2.3.

L-għajnuna tingħata b’rabta ma’ rekwiżiti speċifiċi li jmorru lil hinn mil-livell ta’ protezzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti meta ġiet adottata d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma kif stabbilit fl-Artikolu 4(9) ta’ dik id-Direttiva, u li jimponu bidliet kbar fit-tip ta’ użu tal-art, u/jew restrizzjonijiet kbar fil-prattika tal-biedja li jwasslu għal telf importanti fid-dħul?

iva

le

2.3.1.

Jekk le, agħti l-elementi kollha li jiġġustifikaw il-kompatibbiltà tagħha mad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 1.1.6 tal-Linji Gwida.

3.   L-AMMONT TAL-GĦAJNUNA

3.1.

Speċifika l-ammont massimu ta’ għajnuna, abbażi taż-żona agrikola użata (UAA):

(a)

… (ħlas inizjali massimu ta’ Natura 2000 għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin ta’ 500 EUR/ettaru)

(b)

… (ħlas normali massimu ta’ Natura 2000 ta’ 200 EUR/ettaru)

(c)

… (ammont minimu ta’ 500 EUR/ettaru b’rabta mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma).

3.2.

Spjega l-miżuri meħudin biex ikun żgurat li l-ħlasijiet ikunu stabbiliti f’livell li jevita kumpens żejjed

4.   INFORMAZZJONI OĦRA

4.1.

Id-dokumentazzjoni li turi li l-għajnuna mill-Istat hi konformi u koerenti mal-Programm rilevanti tal-Iżvilupp Rurali mehmuża man-notifika?

iva

le

Jekk iva, żid id-dokumentazzjoni hawn taħt jew ehmiżha ma’ dan il-Folju ta’ Informazzjoni Supplimentari.

Jekk le, din id-dokumentazzjoni hi meħtieġa f’konformità mal-punt (47) tal-Linji Gwida.

4.2.

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.1.7.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA LIL ŻONI LI JAFFAĊĊJAW RESTRIZZJONIJIET NATURALI JEW OĦRAJN SPEĊIFIĊI

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat bil-għan li tikkumpensa għal restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi f’ċerti żoni, li tkopri t-Taqsima 1.1.7. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-UE għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”). Din it-Taqsima tapplika għal impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja.

1.

Iż-żona li taffaċċja restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi għandha tingħażel abbażi tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Speċifika l-paragrafu tal-Artikolu 32 li skontu ngħażlet iż-żona u li jiddeskrivi r-restrizzjoni inkwistjoni.

2.

Ikkalkola l-ħlasijiet (l-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf) meta mqabblin ma’ żoni li mhumiex affettwati minn restrizzjonijiet naturali jew oħrajn speċifiċi, filwaqt li jitqiesu l-ħlasijiet skont il-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

3.

Waqt il-kalkolu tal-ispejjeż addizzjonali u tad-dħul mitluf, meta ġġustifikat kif xiearq, l-Istat Membru se jagħmel distinzjoni bejn il-livell tal-ħlas li jqis is-severità tar-restrizzjoni naturali permanenti misjuba li taffettwa l-attivitajiet tal-biedja, u s-sistema tal-biedja?

iva

le

4.

L-għajnuna se tingħata darba fis-sena għal kull ettaru ta’ żona agrikola?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (257) tal-Linji Gwida din l-għajnuna ma tistax tingħata.

5.

X’se jkun l-ammont minimu u massimu tal-għajnuna għal kull ettaru fis-sena taż-żona tal-benefiċjarju li jirċievi l-għajnuna?

L-ammont minimu: … L-ammont massimu: …

L-għajnuna trid tiġi stabbilita bejn dawn l-ammonti minimi u massimi: Ammont minimu ta’ EUR 25 għal kull ettaru fis-sena bħala medja taż-żona tal-benefiċjarju li jirċievi l-għajnuna, u ammont massimu ta’ EUR 250 għal kull ettaru fis-sena; l-ammont massimu jista’ jilħaq l-EUR 450 għal kull ettaru fis-sena f’żoni muntanjużi kif definiti fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

6.

Jekk l-ammonti massimi jaqbżu l-ammont massimu awtorizzat, l-Istat Membru jista’ jispjega ċ-ċirkostanzi speċifiċi li jiġġustifikawhom?

7.

L-Istati Membri jridu jipprovdu għad-digressività tal-għajnuna ‘l fuq minn livell minimu ta’ erja għal kull azjenda, li għandu jiġi ddefinit, għajr jekk l-għotja jkollha x’taqsam biss mal-ammont minimu għal kull ettaru fis-sena kif stabbilit fil-punt (258) ta’ dawn il-Linji Gwida. Għal dak l-għan, l-Istat Membru jista’ jispeċifika d-daqs tal-irziezet li se jibbenefikaw minn din l-għajnuna?

8.

Minbarra l-għajnuna pprovduta f’din l-iskema, l-Istat Membru se jagħti għajnuna skont din il-miżura lil benefiċjarji f’żoni li kienu eliġibbli skont l-Artikolu 36(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 (27)?

iva

le

Jekk iva, għall-benefiċjarji fiż-żoni li ma għadhomx eliġibbli wara d-delimitazzjoni l-ġdida msemmija fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, din l-għajnuna se tkun digressiva tul perjodu massimu ta’ erba’ snin mid-data meta titlesta d-delimitazzjoni skont l-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u mhux iktar tard mill-2018 b’mhux iktar minn 80 % tal-ħlas medju stabbilit fil-programm tal-iżvilupp rurali għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 jew, jekk il-miżura tkun ingħatat b’mod esklussiv minn fondi nazzjonali, fid-deċiżjoni rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat, skont l-Artikolu 36(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, u li tintemm mhux iktar tard mill-2020 b’mhux iktar minn 20 %?

iva

le

Speċifika l-ammonti tal-ħlasijiet:

Meta l-livell tal-ħlas jilħaq il-EUR 25 minħabba d-digressività, l-Istat Membru jista’ jibqa’ jagħti l-għajnuna f’dan il-livell sakemm jitlesta l-perjodu ta’ eliminazzjoni gradwali.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.1.8.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦALL-BIEDJA ORGANIKA

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat favur il-biedja organika kif deskritt fit-Taqsima 1.1.8. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.   IL-KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI U L-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1.1.

L-għajnuna hija allokata biss għall-produzzjoni agrikola primarja?

iva

le

Jekk le, skont it-Taqsima 1.1.8. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida, l-għajnuna tista’ tingħata biss għall-produzzjoni agrikola primarja.

1.2.

Il-benefiċjarji huma azjendi agrikoli jew gruppi ta’ azjendi agrikoli li jieħdu impenn minn jeddhom li jżommu jew jaqilbu għal prattiki u metodi tal-biedja organika kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (28)? Min huma l-bdiewa attivi?

iva

le

Jekk le, skont it-Taqsima 1.1.8. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida, l-għajnuna tista’ tingħata biss jekk jintlaħqu dawk il-kundizzjonijiet.

2.   L-IMPENJI

2.1.

L-għajnuna tingħata biss għal impenji li jmorru lil hinn minn dawn l-istandards u r-rekwiżiti:

(a)

l-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 1306/2013;

(b)

il-kriterji rilevanti u l-attivitajiet minimi kif stabbilit skont l-Artikolu 4(1)(c)(ii) u (iii) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013;

(c)

ir-rekwiżiti minimi rilevanti applikabbli għall-użu ta’ fertilizzanti u prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti;

(d)

rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħrajn stabbiliti fil-liġi nazzjonali?

iva

le

Jekk le, skont it-Taqsima 1.1.8. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida, l-għajnuna tista’ tingħata biss għall-impenji li jmorru lil hinn minn dawn l-istandards u r-rekwiżiti.

2.2.

L-impenji se jitwettqu tul perjodu inizjali ta’ ħamsa sa seba’ snin?

iva

le

Jekk le, skont it-Taqsima 1.1.8 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida, l-għajnuna tista’ tingħata biss jekk tinżamm konformità ma’ dak il-perjodu inizjali, soġġetta għall-eċċezzjonijiet u l-estensjonijiet imsemmija fil-mistoqsijiet 2.3, 2.4 u 2.5.

2.3.

Jekk l-għajnuna tingħata għall-qlib lejn il-biedja organika, se jkun previst perjodu inizjali iqsar mill-perjodu msemmi fil-mistoqsija 2.2 li jkun jikkorrispondi għall-perjodu tal-qlib?

iva

le

Jekk iva, x’se tkun id-durata ta’ dak il-perjodu?

… snin

2.4.

Jekk l-għajnuna tingħata għall-manutenzjoni tal-biedja organika, se tkun prevista estensjoni annwali wara li jintemm il-perjodu inizjali msemmi fil-mistoqsija 2.2?

iva

le

2.5.

Għal impenji ġodda li jkollhom x’jaqsmu mal-manutenzjoni direttament wara l-impenn imwettaq fil-perjodu inizjali msemmi fil-mistoqsija 2.2, se jkun previst perjodu iqsar?

iva

le

Jekk iva, x’se tkun id-durata ta’ dak il-perjodu?

… snin

2.6.

Jekk rilevanti, spjega kif se tinżamm konformità mar-regoli għall-ħlasijiet relatati maż-żona stipulati fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u kull att delegat adottat skont dik id-dispożizzjoni:

3.   IL-PERJODIĊITÀ U L-ISPEJJEŻ ELIĠIBBLI

3.1.

L-għajnuna se tkopri dawn l-ispejjeż?

(a)

parti mill-ispejjeż addizzjonali u t-telf fid-dħul li jiġġarrbu minħabba l-impenji;

iva

le

Jekk iva, liema parti mill-ispejjeż: …%

(b)

l-ispejjeż addizzjonali u t-telf fid-dħul kollha li jiġġarrbu minħabba l-impenji;

iva

le

(c)

l-ispejjeż tat-tranżazzjoni b’valur massimu ta’ 20 % tal-primjum imħallas għall-impenn;

iva

le

(d)

l-ispejjeż tat-tranżazzjoni b’valur massimu ta’ 30 % tal-primjum imħallas għall-impenn, għal impenji li jieħdu l-gruppi tal-azjendi agrikoli.

iva

le

3.2.

L-għajnuniet imsemmijin fil-mistoqsijiet 3.1.(c) u 3.1.(d) se jitħallsu fis-sena?

iva

le

Jekk le, skont it-Taqsima 1.1.8. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida, dawk l-għajnunijiet jistgħu jingħataw biss fis-sena.

3.3.

Jekk il-kumpens għall-ispejjeż tat-tranżazzjoni li jikkawżaw l-impenji tal-qlib lejn il-biedja organika jkunu soġġett għal notifika, agħti provi konvinċenti ta’ dawn l-ispejjeż, pereżempju billi tippreżenta paraguni tal-ispejjeż ma’ azjendi agrikoli li ma ħadux impenji bħal dawn.

3.4.

Beħsiebek tagħti għajnuna mill-Istat għall-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet biex jissoktaw l-impenji tal-biedja organika li diġà ttieħdu fl-imgħoddi?

iva

le

3.5.

Jekk iva, agħti prova li dawn l-ispejjeż għadhom jiġġarrbu jew li qed jiġġarrbu spejjeż ġodda tat-tranżazzjoni:

3.6.

Għall-ispejjeż tat-tranżazzjoni kkalkulati skont il-medja tal-ispejjeż u/jew il-medja tal-irziezet, uri li b’mod partikolari l-intrapriżi l-kbar ma jirċivux kumpens żejjed.

3.7.

Tista’ tikkonferma li mhu se tingħata l-ebda għajnuna għall-impenji koperti minn xi miżura agri-ambjentali jew klimatika, jew għall-ispejjeż koperti minn xi għajnuna maħsuba sabiex tħeġġeġ il-parteċipazzjoni fis-sistemi tal-kwalità?

iva

le

Jekk le, skont it-Taqsima 1.1.8 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida, ma tista’ tingħata l-ebda għajnuna għall-biedja organika għal impenji koperti minn xi miżura agri-ambjentali jew klimatika, jew għall-ispejjeż koperti minn għajnuna maħsuba biex tħeġġeġ il-parteċipazzjoni fis-sistemi tal-kwalità.

3.8.

Beħsiebek tagħti għajnuna għall-investiment fil-produzzjoni primarja u/jew l-ipproċessar/kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti organiċi?

iva

le

Jekk iva, imla t-Taqsimiet 1.1.1.1. jew 1.1.1.4 korrispondenti tal-Folju ta’ Informazzjoni Supplimentari.

4.   IT-TIP U L-AMMONT TA’ GĦAJNUNA

4.1.

X’tip ta’ għajnuna hemm il-ħsieb li tingħata?

(a)

għajnuna għal kull ettaru fis-sena għal għelejjel annwali;

(b)

għajnuna għal kull ettaru fis-sena għal għelejjel perenni speċjalizzati;

(c)

għajnuna għal kull ettaru fis-sena għal użu ieħor tal-art.

4.2.

Speċifika l-ammonti li hemm il-ħsieb li jingħataw:

(a)

għajnuna għal għelejjel annwali: EUR … għal kull ettaru (mhux aktar minn EUR 600 għal kull ettaru);

(b)

għajnuna għal għelejjel perennjali speċjalizzati: EUR … għal kull ettaru (mhux aktar minn EUR 900 għal kull ettaru);

c)

għajnuna għal użu ieħor tal-art: EUR … għal kull ettaru (mhux aktar minn EUR 450 għal kull ettaru).

4.3.

Beħsiebek taqbeż il-limitu massimu previst għat-tipi ta’ għajnuna li se tingħata?

iva

le

4.4.

Jekk iva, indika l-ammont tal-għajnuna maħsuba biex tingħata, spjega ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li fuqhom qed tibbaża l-ħsieb li tagħti tal-ammont ta’ għajnuna, u ġġustifika l-ammont propost b’ċifri:

5.   IL-KLAWŻOLA TA’ REVIŻJONI

5.1.

Għall-operazzjonijiet inklużi f’din l-għajnuna, ġiet prevista xi klawżola ta’ reviżjoni?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (724) tal-Linji Gwida, l-Istat Membru hu obbligat li jipprovdi klawżola ta’ reviżjoni ħalli jiżgura l-aġġustament tal-operazzjonijiet fil-każ ta’ emendi tal-istandards obbligatorji, ir-rekwiżiti jew l-obbligi rilevanti msemmija fit-Taqsima 1.1.8. tal-Linji Gwida li jridu jinqabżu mill-impenji msemmija f’dik it-Taqsima.

5.2.

Din l-għajnuna tmur lil hinn mill-perjodu ta’ programmazzjoni tal-iżvilupp rurali 2014-2020?

iva

le

Jekk iva, skont il-punt (725) tal-Linji Gwida, l-Istat Membru hu obbligat li jipprovdi klawżola ta’ reviżjoni ħalli jiżgura l-aġġustament tal-operazzjonijiet fil-qafas ġuridiku ta’ dan il-perjodu ta’ programmazzjoni tal-iżvilupp rurali.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.1.9.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI TAL-PRODUTTURI TAL-PRODOTTI AGRIKOLI FL-ISKEMI TAL-KWALITÀ

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat li hija mfassla sabiex tħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta’ produtturi tal-prodotti agrikoli fi skemi tal-kwalità kif deskritt fit-Taqsima 1.1.9. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.   IL-KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI U L-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1.1.

L-għajnuna hija allokata biss għall-produtturi tal-prodotti agrikoli?

iva

le

Jekk le, skont it-Taqsima 1.1.9. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida, l-għajnuna tista’ tingħata biss jekk tintlaħaq dik il-kundizzjoni.

1.2.

L-għajnuna msemmija fil-punt (280)(a) tal-Linji Gwida hija allokata biss għall-bdiewa attivi?

iva

le

Jekk le, skont it-Taqsima 1.1.9. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida, l-għajnuna tista’ tingħata biss jekk tintlaħaq dik il-kundizzjoni.

2.   L-ISPEJJEŻ ELIĠIBBLI

2.1.

L-għajnuna tkopri tal-inqas waħda minn dawn l-ispejjeż eliġibbli b’rabta mal-iskema tal-kwalità kif jissemma fil-punt (282) tal-Linji Gwida?

(a)

l-ispejjeż għal parteċipazzjoni ġdida fl-iskemi tal-kwalità;

(b)

l-ispejjeż għall-miżuri obbligatorji tal-kontroll b’rabta mal-iskemi tal-kwalità meħuda skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew f’isem l-awtoritajiet kompetenti;

(c)

l-ispejjeż tal-attivitajiet ta’ riċerka tas-suq, it-tfassil u l-iddisinjar tal-prodotti u għat-tħejjija ta’ applikazzjonijiet għar-rikonoxximent tal-iskemi tal-kwalità.

2.2.

Ikkonferma li mhu se tingħata l-ebda għajnuna għall-ispejjeż ta’ kontroll imġarrbin mill-benefiċjarji stess, jew meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tistabbilixxi li l-ispejjeż ta’ kontroll għandhom jiġġarrbu biss mill-produtturi tal-prodotti agrikoli u mill-gruppi ta’ dawn, bla ma tispeċifika l-livell proprju tal-imposti.

Ikkonfermat

3.   IT-TIP TA’ SKEMA U L-AĊĊESSIBBILTÀ

Għal liema tip ta’ skema tingħata l-għajnuna għal parteċipazzjoni ġdida?

Skemi tal-kwalità stabbiliti skont dawn ir-Regolamenti u d-dispożizzjonijiet:

(i)

it-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tat-Titolu II tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (29) fejn jidħol l-inbid;

iva

le

(ii)

ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilll (30);

iva

le

(iii)

ir-Regolament (KE) Nru 834/2007;

iva

le

(iv)

ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31);

iva

le

(v)

ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32).

iva

le

Skemi ta’ kwalità, inklużi l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni tal-azjendi agrikoli, għall-prodotti agrikoli, li l-Istati Membri jqisuhom konformi ma’ dawn il-kriterji:

(a)

l-ispeċifiċità tal-prodott finali fi skemi ta’ kwalità bħal dawn trid tistrieħ fuq obbligi ċari li jiggarantixxu:

(i)

il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott, jew

(ii)

il-metodi speċifiċi tal-biedja jew tal-produzzjoni, jew

(iii)

kwalità tal-prodott finali li taqbeż sew l-istandards tal-komoditajiet kummerċjali fejn jidħlu s-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti, it-trattament xieraq tal-annimali jew il-ħarsien ambjentali;

(b)

l-iskema ta’ kwalità għandha tinfetaħ għall-produtturi kollha;

(c)

l-iskema ta’ kwalità jrid ikollha speċifikazzjonijiet tal-prodott finalili jkunu vinkolanti filwaqt li xi awtorità pubblika jew xi korp indipendenti tal-ispezzjoni jrid jivverifika li din konformi ma’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet;

(d)

l-iskema ta’ kwalità trid tkun trasparenti u tiżgura t-traċċabbiltà sħiħa tal-prodotti agrikoli.

Skemi ta’ ċertifikazzjoni volontarji tal-prodotti agrikoli li l-Istat Membru jqishom konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji gwida tal-aqwa prattiki tal-UE għat-tħaddim tal-iskemi ta’ ċertifikazzjoni volontarji għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (33).

4.   L-AĊĊESS GĦALL-ISKEMA

L-għajnuna hi aċċessibbli għall-impriżi kollha eliġibbli fiż-żona kkonċernata, b’kundizzjonijiet definiti b’mod oġġettiv?

iva

le

Jekk le, skont it-Taqsima 1.1.9. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida, l-għajnuna tista’ tingħata biss jekk tintlaħaq dik il-kundizzjoni.

5.   IL-PERJODIĊITÀ

L-għajnuna msemmija fil-punt (280)(a) tal-Linji Gwida se tingħata bħala ħlas ta’ inċentiv annwali, li l-livell tiegħu jiġi stabbilit skont il-livell tal-ispejjeż stabbiliti li jiġġarrbu bil-parteċipazzjoni fi skemi tal-kwalità, għal durata massima ta’ ħames snin?

iva

le

Jekk le, skont it-Taqsima 1.1.9. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida, l-għajnuna tista’ tingħata biss jekk jintlaħqu dawk il-kundizzjonijiet.

6.   L-AMMONT/INTENSITÀ TAL-GĦAJNUNA U L-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-ĦLAS

6.1.

X’inhu l-ammont tal-għajnuna msemmi fil-punt (280)(a) tal-Linji Gwida, li jrid jingħata lil kull benefiċjarju fis-sena?

Skont it-Taqsima 1.1.9. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida, l-għajnuna hija limitata għal EUR 3 000 għal kull benefiċjarju fis-sena.

6.2.

X’inhi l-intensità tal-għajnuna msemmija fil-punt (280)(b) u (c) tal-Linji Gwida?

…% l-ispejjeż reali mġarrba

Skont it-Taqsima 1.1.9. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida, l-għajnuna tista’ tilħaq il-100 % tal-ispejjeż reali mġarrba.

6.3.

Ikkonferma li l-għajnuniet imsemmijin fil-punt (280)(b) u (c) tal-Linji Gwida mhumiex se jinvolvu ħlasijiet diretti lill-benefiċjarji u se jitħallsu lill-korp responsabbli mill-miżuri ta’ kontroll, lill-fornitur tar-riċerka jew lill-fornitur tal-konsulenza:

Ikkonfermat

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.1.10.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦALL-GĦOTI TA’ APPOĠĠ TEKNIKU FIS-SETTUR AGRIKOLU

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat bil-għan li jingħata appoġġ tekniku lis-settur agrikolu kif deskritt fit-Taqsima 1.1.10. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-UE għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI (Imla din it-Taqsima u t-Taqsima rilevanti ta’ hawn taħt skont l-għan tal-għajnuna mill-Istat)

1.1.

L-għajnuna hija applikata għas-settur agrikolu, inkluża l-produzzjoni agrikola primarja, l-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli?

iva

le

L-għajnuna għas-servizzi ta’ sostituzzjoni tal-irziezet tista’ tingħata biss lill-impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja.

1.2.

Min huma l-benefiċjarji tal-għajnuna?

(a)

bdiewa;

(b)

gruppi ta’ produtturi;

(c)

oħrajn (semmi):

1.3.

L-għajnuna hija disponibbli għal min hu eliġibbli fiż-żona kkonċernata b’kundizzjonijiet definiti b’mod oġġettiv?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

1.4.

Meta l-appoġġ tekniku jagħtuh xi gruppi ta’ produtturi jew organizzazzjonijiet oħrajn, l-aċċess għas-servizz qed isir bil-patt u l-kundizzjoni tas-sħubija ta’ dawn il-gruppi jew organizzazzjonijiet?

iva

le

Jekk iva, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

1.5.

Il-kontribuzzjoni ta’ dawk li mhumiex membri għall-ispejjeż amministrattivi tal-grupp jew tal-organizzazzjoni konċernata, imsemmija fil-mistoqsija 1.4, hija limitata għall-ispejjeż biex jingħata s-servizz?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.   GĦAJNUNA GĦAT-TRASFERIMENT TAL-GĦARFIEN U GĦALL-AZZJONIJIET TAL-INFORMAZZJONI (it-Taqsima 1.1.10.1.)

2.1.

Liema tip minn fost dawn it-tipi ta’ għajnuna jista’ jiġi ffinanzjat bl-iskema ta’ għajnuna jew bil-miżura individwali?

(a)

it-taħriġ vokazzjonali u l-kisba tal-ħiliet, inklużi korsijiet ta’ taħriġ, sessjonijiet ta’ ħidma u kkowċjar;

(b)

attivitajiet tal-wiri;

(c)

azzjonijiet tal-informazzjoni;

(d)

għajnuna li tkopri skambji tal-maniġment tal-irziezet għal żmien qasir u ż-żjarat fl-irziezet.

2.2.

Liema, minn dawn l-ispejjeż eliġibbli, tkopri l-miżura?

(a)

l-ispejjeż tal-organizzazzjoni ta’ taħriġ vokazzjonali, l-azzjonijiet għall-kisba tal-ħiliet, l-attivitajiet tal-wiri jew l-attivitajiet informattivi;

(b)

l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni u l-ispejjeż per diem tal-parteċipanti;

(c)

l-ispiża tal-għoti tas-servizzi ta’ sostituzzjoni meta l-parteċipanti jkunu assenti;

(d)

l-ispejjeż marbutin ma’ proġetti tal-wiri.

2.3.

Fil-każ ta’ proġetti tal-wiri, x’jinkludu l-ispejjeż eliġibbli?

(a)

il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art biss tkun eliġibbli sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż kollha eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;

(b)

ix-xiri jew il-kiri b’opzjoni ta’ xiri ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi;

(c)

l-ispejjeż ġenerali marbutin man-nefqa msemmija fil-punt (293)(d)(i)-(ii) tal-Linji Gwida, bħal miżati tal-perit, tal-inġinier u tal-konsultazzjoni, miżati relatati ma’ konsulenza fuq is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi l-istudji tal-fattibbiltà;

(d)

ix-xiri jew l-iżvilupp ta’ softwer tal-kompjuter u x-xiri ta’ privattivi, liċenzji, drittijiet tal-awtur u marki kummerċjali;

(e)

l-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf relatati mal-proġett tal-wiri fuq skala żgħira.

L-ispejjeż eliġibbli huma limitati għal dawk elenkati fil-punt (293) tal-Linji Gwida.

2.4.

L-istudji dwar il-fattibbiltà jibqgħu nefqa eliġibbli anki meta, abbażi tar-riżultati tagħhom, ma ġġarrbet l-ebda nefqa skont il-punt (293)(d)(i)-(ii) tal-Linji Gwida?

iva

le

2.5.

Jekk beħsiebek tagħti għajnuna għall-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf relatati mal-proġett tal-wiri fuq skala żgħira, iġġustifikaha.

2.6.

L-ispejjeż imsemmija fil-punt (293)(d)(i) sa (iv) tal-Linji Gwida huma eliġibbli biss sakemm dawn jintużaw għall-proġett tal-wiri u għat-tul taż-żmien tal-proġett tal-wiri.

iva

le

2.7.

Il-korpi li jipprovdu s-servizzi ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ informazzjoni għandhom il-kapaċitajiet xierqa mil-lat ta’ kwalifiki tal-persunal u taħriġ regolari biex iwettqu dawk il-kompiti?

iva

le

2.8.

L-għajnuna se tingħata fil-forma ta’:

(a)

servizzi ssussidjati;

(b)

ħlasijiet diretti ta’ flus lill-produtturi biss fil-forma ta’ rimborż tal-spejjeż fil-fatt imġarrbin?

L-għajnuna msemmija fil-punt (293)(a) u (c) u fil-punt (293)(d)(i) sa (iv) tal-Linji Gwida ma tistax tinvolvi ħlasijiet diretti lill-benefiċjarji.

2.9.

Bħala eċċezzjoni għall-mistoqsija 2.8, min jirċievi l-għajnuna msemmija fil-punt (293)(a) u (c) u fil-punt (293)(d)(i) sa (iv) tal-Linji Gwida se jkun il-fornitur tat-trasferiment tal-għarfien u tal-azzjoni tal-informazzjoni?

iva

le

Inkella, l-għajnuna għall-ispejjeż tal-għoti tas-servizzi ta’ sostituzzjoni msemmija fil-punt (293)(c) tal-Linji Gwida tista’ titħallas direttament lill-fornitur tas-servizzi ta’ sostituzzjoni, u l-għajnuna għall-proġetti tal-wiri fuq skala żgħira msemmija fil-punt (293)(d)(i) sa (iv) tal-Linji Gwida tista’ titħallas direttament lill-benefiċjarji.

2.10.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 2.9 hija le, iġġustifikaha.

2.11.

L-għajnuna msemmija fil-punt (293)(d)(v) tal-Linji Gwida se titħallas direttament lill-benefiċjarji?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.12.

Iddikjara l-intensità massima tal-għajnuna (mhux aktar minn 100 %)…

2.13.

Fil-każ l-ispejjeż eliġibbli msemmijin fil-punt (293)(d) tal-Linji Gwida, l-ammont massimu tal-għajnuna hu limitat għal EUR 100 000 tul perjodu ta’ liet snin fiskali?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

3.   GĦAJNUNA GĦAL SERVIZZI TA’ KONSULENZA (it-Taqsima 1.1.10.2.)

3.1.

L-għajnuna hija mfassla biex tgħin lill-impriżi attivi fis-settur agrikolu u lill-bdiewa żgħażagħ biex jibbenefikaw mis-servizzi ta’ konsulenza ħalli jtejbu l-prestazzjoni ekonomika u ambjentali kif ukoll l-ekoloġizzazzjoni u r-reżiljenza tal-azjenda u/jew l-investiment tagħhom?

iva

le

3.2.

Il-konsulenza se tkopri tal-inqas wieħed minn dawn l-elementi:

(a)

L-obbligi li jġibu magħhom ir-rekwiżiti ta’ ġestjoni statutorji u/jew l-istandards għall-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin stipulati fil-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013;

(b)

Il-prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent kif stabbiliti fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u l-manutenzjoni taż-żona agrikola kif jissemma fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament;

(c)

Miżuri mmirati biex jiġu modernizzati l-irziezet, tissaħħaħ il-kompetittività, għall-integrazzjoni settorjali, għall-innovazzjoni, għall-orjentazzjoni tas-suq kif ukoll biex issir promozzjoni tal-intraprenditorija;

(d)

Rekwiżiti definiti mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma;

(e)

Rekwiżiti definiti mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34), u b’mod partikolari l-konformità mal-prinċipji ġenerali tal-ġestjoni integrata tal-pesti kif jissemma fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Id-Direttiva dwar il-Pestiċidi”) (35);

(f)

Standards tas-sikurezza okkupazzjonali u standards tas-sikurezza marbutin mal-irziezet;

(g)

Konsulenza speċifika lill-bdiewa li qed jistabbilixxu ruħhom għall-ewwel darba, inkluża l-konsulenza fuq is-sostenibbiltà ekonomika u ambjentali.

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

3.3.

Il-konsulenza dwar waħda jew iktar mill-għażliet imsemmija fil-mistoqsija 3.2, tal-inqas hi marbuta ma’ xi prijorità waħda tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali?

iva

le

Jekk jogħġbok agħti dettalji:

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

3.4.

Liema, minn dawn it-tipi ta’ konsulenza, se tiffinanzja l-iskema ta’ għajnuna jew il-miżura individwali?

(a)

konsulenza fuq l-informazzjoni marbuta mal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-bijodiversità u l-protezzjoni tal-ilmijiet kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament Nru 1306/2013;

(b)

konsulenza fuq kwistjonijiet marbutin mal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjenda agrikola, inklużi l-aspetti tal-kompetittività;

(c)

konsulenza għall-iżvilupp ta’ ktajjen qosra tal-provvista, il-biedja organika u l-aspetti tas-saħħa tat-trobbija tal-bhejjem;

(d)

konsulenza fuq kwistjonijiet oħrajn.

Iddeskrivi l-miżuri maħsuba:

3.5.

L-għajnuna trid tingħata lill-fornitur tas-servizzi ta’ konsulenza u ma tistax tinvolvi ħlasijiet diretti lill-benefiċjarji:

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

3.6.

Il-korpi magħżulin għall-konsulenza għandhom ir-riżorsi xierqa mil-lat ta’ persunal kwalifikat u mħarreġ b’mod regolari, u l-esperjenza u l-affidabbiltà tal-konsulenza fir-rigward tal-oqsma li fihom jagħtu konsulenza?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

3.7.

Il-konsulenza tingħata b’mod parzjali fi grupp?

iva

le

Meta ġustifikata u xierqa, il-konsulenza tista’ tingħata b’mod parzjali fi grupp, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni tal-individwu li juża s-servizzi tal-konsulenza.

3.8.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 3.7 hija iva, iġġustifikaha.

3.9.

L-ammont tal-għajnuna hu limitat għal EUR 1 500 għal kull parir?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

3.10.

Meta jagħtu konsulenza, il-fornituri tas-servizz ta’ konsulenza jieħdu l-impenn li jirrispettaw l-obbligi tal-kunfidenzjalità msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

4.   GĦAJNUNA GĦAL SERVIZZI TA’ SOSTITUZZJONI FL-IRZIEZET (it-Taqsima 1.1.10.3.)

4.1.

L-uniċi benefiċjarji ta’ din l-għajnuna huma l-impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

4.2.

L-għajnuna trid tingħata lill-fornitur tas-servizzi ta’ sostituzzjoni fl-irziezet u ma tistax tinvolvi ħlasijiet diretti lill-produtturi:

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

4.3.

L-għajnuna għandha tkopri l-ispejjeż reali mġarrba għas-sostituzzjoni ta’ bidwi, ta’ persuna fiżika li hi membru ta’ familja li tgħix f’azjenda agrikola, jew ħaddiem fl-azjenda agrikola, meta dan ma jmurx għax-xogħol minħabba mard, inkluż mard tal-ulied, vaganzi, liv tal-maternità u tal-ġenituri, servizz militari obbligatorju jew f’każ ta’ mewt?

iva

le

L-ispejjeż eliġibbli huma limitati għal dawk elenkati fil-punt (310) tal-Linji Gwida.

4.4.

Id-durata totali tas-sostituzzjoni, għajr is-sostituzzjoni għal-liv tal-maternità u tal-ġenituri u waqt servizz militari obbligatorju, tkopriha l-għajnuna limitata għal tliet xhur fis-sena għal kull benefiċjarju?

iva

le

F’każijiet ġustifikati kif xieraq, id-durata totali tas-sostituzzjoni tista’ tiġi awtorizzata għal perjodu ta’ żmien itwal.

4.5.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 4.4 hija le, iġġustifikaha.

4.6.

F’kull każ, id-durata totali tas-sostituzzjoni għal-liv tal-maternità u tal-ġenituri koperta bl-għajnuna hija limitata għal sitt xhur?

iva

le

F’każijiet ġustifikati kif xieraq, is-sostituzzjoni għal-liv tal-maternità u tal-ġenituri tista’ tiġi awtorizzata għal perjodu ta’ żmien itwal.

4.7.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 4.6 hija le, iġġustifikaha.

4.8.

F’kull każ, id-durata totali tas-sostituzzjoni għal servizz militari obbligatorju koperta bl-għajnuna hija limitata għal sitt xhur?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

4.9.

Iddikjara l-intensità massima tal-għajnuna (mhux aktar minn 100 %)

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.1.11.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦAL KOPERAZZJONI FIS-SETTUR AGRIKOLU

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat bil-għan ta’ koperazzjoni fis-settur agrikolu kif deskritt fit-Taqsima 1.1.11. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-UE għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.   IT-TIP TA’ GĦAJNUNIET

1.1.

Il-koperazzjoni hija applikabbli għas-settur agrikolu, inklużi l-produzzjoni agrikola primarja, l-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli?

iva

le

1.2.

Il-koperazzjoni tinvolvi tal-inqas żewġ entitajiet, bħal:

(a)

approċċi ta’ koperazzjoni fost atturi differenti fis-settur agrikolu, il-katina alimentari (iżda biss jekk ir-riżultat tal-ipproċessar ikun prodott agrikolu) u atturi oħrajn attivi fis-settur agrikolu li jagħtu sehemhom biex jintlaħqu l-għajnijiet u l-prijoritajiet tal-politika dwar l-iżvilupp rurali, fosthom il-gruppi tal-produtturi, il-koperattivi u l-orgaizzazzjoni interprofessjonali;

(b)

it-twaqqif ta’ raggruppamenti u netwerks fis-settur agrikolu;

(c)

it-twaqqif u t-tħaddim ta’ gruppi operazzjonali tal-EIP għall-produttività u s-sostenibbiltà tal-agrikoltura kif imsemmi fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

2.   L-ISPEJJEŻ ELIĠIBBLI U L-INTENSITÀ TAL-GĦAJNUNA

2.1.

L-għajnuna se tingħata għall-koperazzjoni marbuta ma’ dawn l-attivitajiet:

(a)

proġetti pilota;

(b)

l-iżvilupp ta’ prodotti, prattiki, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-setturi agrikolu u alimentari (sa fejn għandhom x’jaqsmu l-prodotti agrikoli);

(c)

koperazzjoni fost l-operaturi ż-żgħar fis-settur agrikolu biex jorganizzaw proċessi ta’ ħidma konġunta u biex issir kondiviżjoni tal-faċilitajiet u tar-riżorsi;

(d)

koperazzjoni orizzontali u vertikali fost l-atturi fil-katina tal-provvista ħalli jitwaqqfu pjattaformi loġistiċi li jippromwovu l-ktajjen qosra tal-provvista u s-swieq lokali;

(e)

attivitajiet promozzjonali f’kuntest lokali li jkollhom x’jaqsmu mal-iżvilupp ta’ ktajjen qosra tal-provvista u swieq lokali;

(f)

azzjoni konġunta bil-għan li jittaffa t-tibdil fil-klima jew bil-għan ta’ adattament għalih;

(g)

approċċi komuni għall-proġetti ambjentali u għall-prattiki ambjentali li qed jitħaddmu, fosthom il-ġestjoni effiċjenti tal-ilma, l-użu tal-enerġija rinnovabbli (36) u l-priżervazzjoni tal-art agrikola;

(h)

koperazzjoni orizzontali u vertikali fost l-atturi fil-katina tal-provvista fil-produzzjoni sostenibbli tal-bijomassa li tintuża fil-produzzjoni tal-ikel jekk din twassal għal prodott agrikolu u fil-produzzjoni tal-enerġija għall-konsum tagħha stess;

(i)

l-implimentazzjoni, b’mod partikolari minn gruppi ta’ sieħba pubbliċi u privati ħlief dawk definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37), tal-istrateġiji tal-iżvilupp lokali ħlief dawk definiti fl-Artikolu 2(19) ta’ dak ir-Regolament li jindirizzaw waħda jew aktar mill-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali.

2.2.

Fil-każ tal-għajnuna biex jitwaqqfu r-raggruppamenti u n-netwerks, din se tingħata biss lil raggruppamenti u netwerks iffurmati ġodda u lil dawk li se jibdew attività li hi ġdida għalihom?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (317) tal-Linji Gwida din l-għajnuna ma tistax tingħata.

2.3.

L-għajnuna għal proġetti pilota u għall-iżvilupp ta’ prodotti, prattiki u proċessi u teknoloġiji ġodda fis-settur agrikolu u alimentari (f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti agrikoli) tista’ tingħata lil atturi individwali wkoll. Meta l-għajnuna tingħata lil atturi individwali, ir-riżultati tal-proġetti jew tal-attivitajiet appoġġjati se jitqassmu?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (318) tal-Linji Gwida din l-għajnuna ma tistax tingħata.

2.4.

L-għajnuna għat-twaqqif u l-iżvilupp ta’ ktajjen qosra tal-provvista, kif imsemmi fil-punt (316)(d) u (e) tal-Linji Gwida, se tkopri biss ktajjen tal-provvista li jinvolvu xejn iktar minn intermedjarju wieħed bejn bidwi u konsumatur?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (319) tal-Linji Gwida din l-għajnuna ma tistax tingħata.

2.5.

L-għajnuna se tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, b’mod partikolari mal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (320) tal-Linji Gwida din l-għajnuna ma tistax tingħata.

Jekk iva, spjega kif se tkun żgurata din il-konformità.

2.6.

L-għajnuna tista’ tingħata biex tkopri dawn l-ispejjeż eliġibbli diment li jkunu marbutin ma’ attivitajiet agrikoli:

(a)

l-istudji taż-żona kkonċernata, l-istudji tal-fattibbiltà, u t-tfassil ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jew ta’ strateġija tal-iżvilupp lokali għajr dik imsemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(b)

l-ispejjeż għall-animazzjoni taż-żona kkonċernata sabiex ikun jista’ jsir proġett territorjali kollettiv jew proġett li jrid jitwettaq minn grupp operazzjonali tal-EIP għall-produttività u s-sostenibbiltà tal-agrikoltura kif imsemmi fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013; fil-każ tar-raggruppamenti, l-animazzjoni tista’ tikkonċerna wkoll l-organizzazzjoni ta’ taħriġ, netwerks bejn il-membri u r-reklutaġġ ta’ membri ġodda;

(c)

l-ispejjeż operazzjonali tal-koperazzjoni, bħalma huma l-paga tal-“koordinatur”;

(d)

l-ispejjeż diretti ta’ proġetti speċifiċi marbuta mal-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, pjan ambjentali, strateġija tal-iżvilupp lokali li mhix dik imsemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jew azzjonijiet oħrajn maħsuba għall-innovazzjoni inkluż l-ittestjar; l-ispejjeż diretti jridu jkunu limitati għall-ispejjeż eliġibbli tal-għajnuna għall-investiment, kif speċifikat fit-Taqsima 1.1.1.1 dwar l-għajnuna għall-investiment, tal-Parti II tal-Linji Gwida;

(e)

l-ispejjeż tal-attivitajiet promozzjonali.

2.7.

L-għajnuna se tkun limitata għal perjodu massimu ta’ seba’ snin ħlief għall-azzjoni ambjentali kollettiva f’każijiet ġustifikati kif xieraq?

iva

le

Iġġustifika l-azzjonijiet ambjentali kollettivi li jaqbżu s-seba’ snin:

2.8.

L-għajnuna sejra tingħata sa: … % tal-ispejjeż eliġibbli.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.2.1.1.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA LI TAGĦMEL TAJJEB GĦALL-ĦSARA LI JIKKAWŻAW DIŻASTRI NATURALI JEW OKKORRENZI EĊĊEZZJONALI

Dan il-folju jużawh l-Istati Membri sabiex jinnotifikaw kull miżura ta’ għajnuna mill-Istat li titfassal biex tikkumpensal-ħsara fil-produzzjoni agrikola jew fil-mezzi tal-produzzjoni agrikola li jikkawżaw diżastri naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali kif deskritta fit-Taqsima 1.2.1.1. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-UE għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

Liema diżastri naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali kkawżaw (jew li jistgħu jikkawżaw, fil-każ ta’ skema qafas tal-għajnuna ex-ante  (38)) ħsara u li allura hemm bżonn kumpens?

2.

Meta seħħ l-avveniment speċifikat fil-mistoqsija 1?

3.

Indika l-aħħar data meta tista’ titħallas l-għajnuna.

4.

L-awtoritajiet pubbliċi kompetenti tal-Istat Membru rrikonoxxew b’mod formali li seħħ diżastru naturali jew xi okkorrenza eċċezzjonali?

iva

le

5.

Uri rabta diretta bejn l-okkorrenza eċċezzjonali jew id-diżastru naturali u l-ħsara ġarrbet l-azjenda agrikola attiva fil-produzzjoni agrikola primarja, fl-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli.

6.

Lil min titħallas l-għajnuna? L-għajnuna titħallas direttament lill-azjenda agrikola kkonċernata, jew lil grupp jew organizzazzjoni tal-produtturi li l-azjenda agrikola hija membru tagħha?

7.

Jekk l-għajnuna titħallas lil grupp jew organizzazzjoni tal-produtturi, kif inhu żgurat li l-ammont tal-għajnuna ma jaqbiżx l-ammont ta’ għajnuna li għalih hija eliġibbli dik l-azjenda agrikola?

8.

Ippreżenta valutazzjoni mill-aktar preċiża tal-ħsara li ġarrbu l-benefiċjarji potenzjali.

9.

Għall-għajnuna huma eliġibbli biss dawk l-ispejjeż tal-ħsara li jiġġarrbu bħala konsegwenza diretta tad-diżastru naturali jew tal-okkorrenza eċċezzjonali?

iva

le

10.

Il-konsegwenza diretta msemmija fil-mistoqsija 9 hija vvalutata minn awtorità pubblika, espert indipendenti rikonoxxut minn awtorità tal-għotja jew minn impriża tal-assigurazzjoni?

iva

le

Jekk iva, għid liema: ……………………………………….

11.

X’tip ta’ kumpens tkopri l-għajnuna? Tista’ tingħata aktar minn tweġiba waħda.

(a)

kumpens għall-ħsara materjali lil bini, tagħmir, makkinarju, ħażniet u mezzi tal-produzzjoni;

(b)

kumpens għat-telf fid-dħul li tikkawża l-qerda sħiħa jew parzjali tal-produzzjoni agrikola u tal-mezzi tal-produzzjoni agrikola primarja.

12.

Il-ħsara se tiġi kkalkulata fil-livell tal-benefiċjarju individwali?

iva

le

13.

Fil-każ tal-ħsara materjali kif speċifikata fil-mistoqsija 11, din il-ħsara tiġi kkalkulata skont l-ispiża tat-tiswija jew il-valur ekonomiku tal-assi affettwat qabel id-diżastru naturali jew l-okkorrenza eċċezzjonali?

iva

le

14.

Sabiex tiġi kkalkulata l-produzzjoni agrikola annwali tal-benefiċjarju, se jintużaw l-indiċijiet?

iva

le

15.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 14 hija iva, il-metodu tal-kalkolu użat se jippermetti li jinstab it-telf reali tal-benefiċjarju fis-sena partikolari?

iva

le

16.

Il-kejl tal-firxa tat-telf ikkaġunat se jsir apposta skont il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull tip ta’ prodott billi jintużaw:

(a)

indiċijiet bijoloġiċi (il-kwantità ta’ telf fil-bijomassa) jew indiċijiet ekwivalenti ta’ telf fir-rendiment stabbiliti fil-livell tar-razzett, lokali, reġjonali jew nazzjonali, jew

(b)

indiċijiet tat-temp (inkluża l-kwantità ta’ xita u t-temperatura) stabbiliti fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali?

iva

le

17.

Jekk it-tweġiba tal-punti (a) u (b) tal-mistoqsija 16 hija iva, l-Istat Membru kif beħsiebu jiżgura li l-kalkoli rispettivi huma rappreżentattivi, u mhux imsejsa fuq rendimenti għoljin b’mod li mhux normali, u ma jwasslux għal kumpens żejjed lil xi benefiċjarju?

18.

Id-diżastru naturali jew l-okkorrenza eċċezzjonali affettwaw żona wiesgħa bl-istess mod?

iva

le

19.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 18 hija iva, il-ħlasijiet tal-għajnuna se jkunu bbażati fuq il-medji tat-telf?

iva

le

20.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 19 hija iva, l-Istat Membru kif beħsiebu jiżgura li l-medji tat-telf imsemmija fil-mistoqsija 19 huma rappreżentattivi u ma jwasslux għal kumpens żejjed lil xi benefiċjarju?

21.

Il-ħlasijiet li jingħataw lill-benefiċjarju tal-għajnuna, fosthom permezz ta’ poloz tal-assigurazzjoni, jitnaqqsu mill-ammont tal-ispejjeż eliġibbli?

iva

le

22.

L-Istat Membru kif beħsiebu jiżgura li kull spiża oħra mhux imġarrba minħabba d-diżastru naturali jew l-okkorrenza eċċezzjonali se titnaqqas mill-ammont tal-ispejjeż eliġibbli?

23.

Indika l-intensità grossa massima tal-għajnuna bħala persentaġġ tal-ispejjeż eliġibbli.

Din il-mistoqsija tapplika jekk tiġi notifikata skema qafas tal-għajnuna ex ante li tikkumpensal-ħsarat tad-diżastri naturali:

24.

Iddikjara biċ-ċar b’liema kundizzjonijiet tingħata l għajnuna f’każ ta’ terrimot, valanga, uqigħ ta’ massa ta’ materjal mill-art u għargħar kif ukoll f’każ ta’ tromba, urugan, żbroff ta’ vulkan u nirien kbar.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.2.1.2.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA LI TIKKUMPENSAL-ĦSARA LI JIKKAWŻAW AVVENIMENTI KLIMATIĊI AVVERSI LI JISTGĦU JITQABBLU MA’ DIŻASTRU NATURALI

Dan il-folju jużawh l-Istati Membri sabiex jinnotifikaw kull miżura ta’ għajnuna mill-Istat li titfassal biex tikkumpensal-ħsara fil-produzzjoni agrikola jew fil-mezzi tal-produzzjoni agrikola li jikkawżaw avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jitqabblu ma’ diżastru naturali kif deskritta fit-Taqsima 1.2.1.2. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-UE għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

Liema avveniment klimatiku avvers li jista’ jitqabbel ma’ diżastru naturali jiġġustifika l-għajnuna?

2.

Meta seħħ l-avveniment klimatiku avvers li jista’ jitqabbel ma’ diżastru naturali u li ssemma fil-mistoqsija 1?

3.

Indika l-aħħar data meta tista’ titħallas l-għajnuna.

4.

Uri għalfejn l-avveniment klimatiku avvers jista’ jitqabbel ma’ diżastru naturali.

5.

L-għajnuna se tingħata biss għall-produzzjoni agrikola primarja?

iva

le

6.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rrikonoxxiet formalment li seħħ l-avveniment klimatiku avvers li jista’ jitqabbel ma’ diżastru naturali?

iva

le

7.

Uri rabta diretta bejn l-avveniment klimatiku avvers li jista’ jitqabbel ma’ diżastru naturali u l-ħsara mġarrba mill-azjenda agrikola attiva fil-produzzjoni agrikola primarja.

8.

Il-kriterji li skonthom ġie rikonoxxut formalment l-avveniment klimatiku avvers li jista’ jitqabbel ma’ diżastru naturali, kienu stabbiliti minn qabel?

iva

le

9.

Agħti l-informazzjoni meteoroloġika ta’ sostenn li tkun xierqa b’rabta mal-avveniment klimatiku avvers ikkonċernat.

10.

L-għajnuna titħallas direttament lil:

(a)

l-azjenda agrikola kkonċernata attiva fil-produzzjoni agrikola primarja, jew

(b)

grupp jew organizzazzjoni tal-produtturi li tagħhom huma membri l-azjendi agrikoli msemmija fil-punt (a).

11.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 10 hija l-punt (b), spjega kif inhu żgurat li l-ammont tal-għajnuna ma jaqbiżx l-ammont ta’ għajnuna li għaliha hija eliġibbli kull azjenda agrikola rispettiva?

12.

Indika l-ispejjeż eliġibbli għall-għajnuna:

(a)

kumpens għat-tnaqqis fid-dħul tal-benefiċjarju minħabba l-qerda sħiħa jew parzjali tal-prodott agrikolu u tal-mezzi tal-produzzjoni li kkawżat l-okkorrenza ta’ avveniment klimatiku avvers li jista’ jitqabbel ma’ diżastru naturali kif imsemmi fil-punt (354)(b) tal-Linji Gwida;

(b)

kumpens għall-ħsara materjali fil-bini tal-irziezet u fit-tagħmir tal-irziezet, il-ħażniet u l-mezzi tal-produzzjoni li kkawża avveniment klimatiku avvers li jista’ jitqabbel ma’ diżastru naturali kif imsemmi fil-punt (354)(a) tal-Linji Gwida.

13.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 12 hija l-punt (a), it-telf fid-dħul se jitkejjel billi jitnaqqas ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti agrikoli prodotti fis-sena meta seħħ l-avveniment klimatiku avvers li jista’ jitqabbel ma’ diżastru naturali, jew fis-snin ta’ wara affettwati mill-qerda sħiħa jew parzjali tal-mezzi tal-produzzjoni, bil-prezz medju tal-bejgħ miksub matul dik is-sena; mir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità annwali medja tal-prodotti agrikoli li ġew prodotti tul il-perjodu ta’ qabel ta’ tliet snin jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perjodu preċedenti ta’ ħames snin (mingħajr l-akbar u l-iżgħar ammont) bil-prezz medju tal-bejgħ miksub?

iva

le

14.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 13 hija iva, l-ispejjeż li jġarrab il-benefiċjarju minħabba l-avveniment klimatiku avvers li jista’ jitqabbel ma’ diżastru naturali, se jiżdiedu mal-ammont li jagħti l-kalkolu tat-telf fid-dħul?

iva

le

15.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 13 hija iva, l-ammonti li ngħataw mill-poloz tal-assigurazzjoni u l-ispejjeż mhux imġarrba minħabba l-avveniment klimatiku avvers li jista’ jitqabbel ma’ diżastru naturali (pereżempju minħabba n-nuqqas ta’ ħsad), se jitnaqqsu mill-ammont li jagħti l-kalkolu tat-telf fid-dħul?

iva

le

16.

Sabiex tiġi kkalkulata l-produzzjoni agrikola annwali tal-benefiċjarju, se jintużaw l-indiċijiet?

iva

le

17.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 16 hija iva, il-metodu tal-kalkolu użat se jippermetti li jinstab it-telf reali tal-benefiċjarju fis-sena partikolari?

iva

le

18.

Il-metodu li jkejjel il-firxa tat-telf ikkaġunat se jkun apposta skont il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull tip ta’ prodott agrikolu billi jintużaw:

(a)

indiċijiet bijoloġiċi (jiġifieri ngħidu aħna l-kwantità ta’ telf tal-bijomassa) jew indiċijiet ekwivalenti ta’ telf fir-rendiment stabbiliti fil-livell tar-razzett, lokali, reġjonali jew nazzjonali, jew

(b)

indiċijiet tat-temp (inkluża l-kwantità ta’ xita u t-temperatura) stabbiliti fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali?

iva

le

19.

L-avveniment klimatiku avvers li jista’ jitqabbel ma’ diżastru naturali affettwa żona wiesgħa bl-istess mod?

iva

le

20.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 19 hija iva, il-ħlasijiet tal-għajnuna se jkunu bbażati fuq il-medji tat-telf?

iva

le

21.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 20 hija iva, l-Istat Membru kif beħsiebu jiżgura li l-medji tat-telf imsemmija fil-mistoqsija 20 huma rappreżentattivi, u mhux imsejsa fuq rendimenti għoljin b’mod li mhux normali, u ma jwasslux għal kumpens żejjed lil xi benefiċjarju?

22.

L-għajnuna se tiġi kkalkulata abbażi tal-ispiża tat-tiswija jew il-valur ekonomiku tal-assi affettwat qabel l-avveniment klimatiku avvers li jista’ jitqabbel ma’ diżastru naturali?

iva

le

23.

Il-kalkolu tat-telf se jsir fil-livell tal-benefiċjarju individwali?

iva

le

24.

Indika l-intensità grossa massima tal-għajnuna bħala persentaġġ tal-ispejjeż eliġibbli.

25.

Iż-żoni affettwati mill-avveniment klimatiku avvers li jista’ jitqabbel ma’ diżastru naturali, qed jaffaċċjaw restrizzjonijiet naturali?

iva

le

26.

Il-kumpens mogħti se jitnaqqas b’50 % jekk il-bidwi kkonċernat ma jkollux kopertura tal-assigurazzjoni li tkopri tal-inqas 50 % tal-produzzjoni annwali medja tiegħu jew tad-dħul relatat mal-produzzjoni tiegħu u l-iktar riskji klimatiċi statistikament spissi fl-Istat Membru jew fir-reġjun ikkonċernat?

iva

le

Jekk le, id-deroga minn din il-kundizzjoni hija possibbli biss jekk l-Istat Membru kapaċi juri b’mod konvinċenti li, minkejja l-isforzi raġonevoli kollha, ma kien hemm l-ebda assigurazzjoni affordabbli disponibbli li tkopri l-iktar riskji klimatiċi statistikament spissi fl-Istat Membru jew fir-reġjun ikkonċernat meta seħħet il-ħsara.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.2.1.3.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA BIEX JIĠU MIĠĠIELDA L-MARD TAL-ANNIMALI U L-PESTI TAL-PJANTI

Dan il-folju jużawh l-Istati Membri sabiex jinnotifikaw kull miżura ta’ għajnuna mill-Istat għall-ispejjeż tal-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali u tal-pesti tal-pjanti u għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara li jikkawżaw il-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti kif deskritt fit-Taqsima 1.2.1.3. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-UE għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

Liema mard tal-annimali jew pest tal-pjanti huwa involut?

2.

L-għajnuna se tingħata biss lil impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja?

iva

le

3.

L-għajnuna se titħallas biss:

(a)

b’rabta ma’ mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti li għalihom jeżistu regoli tal-Unjoni jew nazzjonali, kemm jekk stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva;

(b)

bħala parti minn:

(i)

programm pubbliku fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew reġjonali għall-prevenzjoni, il-kontroll jew il-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali jew il-pest tal-pjanta kkonċernat, jew

(ii)

miżuri ta’ emerġenza imposti mill-awtorità pubblika kompetenti, jew

(iii)

miżuri biex jinqered jew jiġi kkontrollat il-pest tal-pjanti implimentati skont id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE (39).

4.

Man-notifika ehmeż deskrizzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni kkonċernati.

5.

Rigward il-ħsara li jikkawżaw il-pesti tal-pjanti, l-Istat Membru implimenta l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva dwar il-Pestiċidi (40) u l-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (41) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill?

iva

le

6.

L-għajnuna hija marbuta ma’ mard tal-annimali jew pest tal-pjanti, li dwarha l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tistabbilixxi li l-imposti għall-miżuri meħuda jrid iġarrabhom il-benefiċjarju?

iva

le

7.

Il-mard tal-annimali jew il-pest tal-pjanti ġew ikkaġunati b’mod deliberat jew b’negliġenza tal-benefiċjarju?

iva

le

8.

Fil-każ tal-mard tal-annimali, wieġeb jekk din il-marda tissemmiex fil-lista ta’ mard tal-annimali stabbilita mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali jew fil-lista ta’ mard u żoonożi tal-annimali li hemm fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 (42).

iva

le

9.

Meta ġġarrbu l-ispiża jew it-telf minħabba l-mard tal-annimali jew il-pest tal-pjanti?

10.

Indika l-aħħar data meta tista’ titħallas l-għajnuna.

11.

L-ispejjeż li ma ġġarrbux direttament minħabba mard tal-annimali jew pest tal-pjanti u li kellhom jiġġarrbu b’xi mod ieħor mill-benefiċjarju, huma eliġġibbli għall-għajnuna?

iva

le

12.

Jekk qed nittrattaw miżuri tal-prevenzjoni (jiġifieri miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-mard tal-annimali jew mal-pesti tal-pjanti li għandhom ma faqqgħux), immarka l-ispejjeż li huma eliġibbli għall-għajnuna:

(a)

verifiki tas-saħħa;

(b)

analiżijiet;

(c)

testijiet u miżuri ta’ analiżi oħrajn;

(d)

ix-xiri, il-ħażna, l-amministrazzjoni u t-tqassim ta’ tilqimiet, mediċini, sustanzi għat-trattamenti tal-annimali u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

(e)

it-tbiċċir jew il-qtil preventiv ta’ annimali jew qerda ta’ prodotti tal-annimali u ta’ għelejjel, u t-tindif u d-diżinfettar tal-azjenda u t-tagħmir.

13.

Jekk qed nittrattaw miżuri tal-kontroll jew tal-eradikazzjoni (jiġifieri miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-mard tal-annimali li dwarhom awtorità kompetenti għarfet formalment it-tifqigħa, jew li għandhom x’jaqsmu mal-pesti tal-pjanti li dwarhom awtorità kompetenti għarfet formalment il-preżenza), immarka l-ispejjeż li huma eliġibbli għall-għajnuna:

(a)

testijiet u miżuri oħra ta’ skrinjar fil-każ ta’ mard tal-annimali, inklużi testijiet tal-enċefalopatija sponġiformi trażmissibbli (it-TSE) u t-testijiet tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (il-BSE);

(b)

ix-xiri, il-ħażna, l-amministrazzjoni u t-tqassim ta’ tilqimiet, mediċini, sustanzi għat-trattamenti tal-annimali u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti;

(c)

it-tbiċċir jew il-qtil u l-qerda ta’ annimali u l-qerda ta’ prodotti marbuta magħhom jew il-qerda ta’ pjanti, inklużi dawk li jmutu jew li jinqerdu b’tilqimiet jew b’miżuri oħrajn maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti, u t-tindif u d-diżinfettar tal-azjenda u t-tagħmir.

14.

Speċifika kif se tingħata l-għajnuna.

(a)

in natura;

(b)

l-ispejjeż reali jinraddu lura lill-benefiċjarju.

15.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 14hija l-punt (b), wieġeb jekk l-ispejjeż eliġibbli humiex dawk imsemmijin fil-punti (374)(d) u (375)(b) tal-Linji Gwida.

iva

le

16.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 15 hija le, il-pjanti huma kkonċernati?

iva

le

17.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 16 hija iva, wieġeb jekk l-ispejjeż eliġibbli humiex imsemmijin fil-punti (374)(e) u (375)(c) tal-Linji Gwida.

iva

le

18.

Fil-każ ta’ għajnuna li tagħmel tajjeb għall-ħsara li jakkawżaw il-mard tal-annimali jew il-pesti tal-pjanti, il-kumpens jiġi kkalkulat b’rabta ma’:

(a)

il-valur tas-suq tal-annimali mbiċċra jew maqtula jew li mietu jew tal-prodotti tal-annimali jew tal-pjanti li nqerdu, minħabba l-mard tal-annimali jew il-pesti tal-pjanti u bħala parti minn programm pubbliku jew miżura msemmija fil-punt (366)(b) tal-Linji Gwida?

iva

le

(b)

it-telf fid-dħul minħabba obbligi ta’ kwarantina u diffikultajiet fil-ħżin mill-ġdid, fit-tħawwil mill-ġdid u fin-newba obbligatorja tal-uċuħ tar-raba’?

iva

le

19.

L-għajnuna se tkun limitata għal telf jew ħsara li jikkawżaw il-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti u li għalihom l-awtorità kompetenti:

(a)

irrikonoxxiet formalment li seħħet tifqigħa, fil-każ ta’ mard tal-annimali, jew

(b)

irrikonoxxiet formalment il-preżenza tagħhom, fil-każ ta’ pesti tal-pjanti?

20.

L-Istat Membru jieħu l-impenn li l-għajnuna u kull ħlas ieħor li jirċievi l-benefiċjarju, inklużi l-ħlasijiet minħabba miżuri nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn jew poloz tal-assigurazzjoni għall-istess spejjeż eliġibbli mhumiex se jaqbżu l-100 % tal-ispejjeż eliġibbli?

iva

le

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.2.1.4.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦAL STOKK MITLUF

Dan il-folju jużawh l-Istati Membri sabiex jinnotifikaw kull miżura ta’ għajnuna mill-Istat għall-istokk mitluf kif deskritt fit-Taqsima 1.2.1.4. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-UE għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

L-għajnuna se tingħata biss lil impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja?

iva

le

2.

Indika l-ispejjeż eliġibbli għall-għajnuna u l-intensitajiet tal-għajnuna applikabbli:

(a)

l-ispejjeż għat-tneħħija ta’ stokk mitluf: ….%

(b)

l-ispejjeż għall-qerda ta’ dan l-istokk mitluf: ….%

(c)

l-ispejjeż għat-tneħħija u l-qerda tal-istokk mitluf meta l-għajnuna jiffinanzjawha miżati jew kontribuzzjonijiet obbligatorji maħsuba biwx jiffinanzjaw it-tneħħija u l-qerda ta’ dan l-istokk mitluf, diment li dawn il-miżati jew il-kontribuzzjonijiet ikunu limitati għas-settur tal-laħam u imposti direttament fuqu: ….%

(d)

l-ispejjeż għat-tneħħija u għall-qerda tal-istokk mitluf meta jkun hemm obbligu li jsiru testijiet tat-TSE fuq l-istokk mitluf ikkonċernat jew fil-każ ta’ tifqigħa ta’ mard tal-annimali msemmi fil-lista tal-mard tal-annimali stabbilita mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali jew fil-lista ta’ mard tal-annimali u żoonożi li hemm fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 (43): ….%

3.

L-għajnuna tiddependi mill-eżistenza ta’ programm ta’ monitoraġġ konsistenti li jiżgura r-rimi sikur tal-istokk mitluf kollu fl-Istat Membru?

iva

le

4.

L-għajnuna tinvolvi ħlas dirett ta’ flus lill-impriżi attivi fis-settur tat-trobbija tal-bhejjem?

iva

le

5.

L-għajnuna se titħallas lil operaturi ekonomiċi li huma downstream attiv mill-impriżi attivi fis-settur tat-trobbija tal-bhejjem, u li jipprovdu servizzi marbutin mat-tneħħija u l-qerda tal-istokk mitluf?

iva

le

6.

L-għajnuna se tingħata għall-ispejjeż ta’ rimi tal-iskart tal-biċċerija?

iva

le

7.

L-għajnuna se tingħata għall-investimenti mwettqin b’rabta mar-rimi tal-iskart tal-biċċerija?

iva

le

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.2.1.5.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA LI TIKKUMPENSAL-ĦSARA LI JIKKAWŻAW L-ANNIMALI PROTETTI

Dan il-folju jużawh l-Istati Membri sabiex jinnotifikaw kull miżura ta’ għajnuna mill-Istat li hija mfassla biex tikkumpensal-ħsara li jikkawżaw l-annimali protetti kif deskritt fit-Taqsima 1.2.1.5 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

L-uniċi benefiċjarji ta’ din l-għajnuna huma l-impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.

Il-benefiċjarji talbu miżuri preventivi raġonevoli, li huma proporzjonati għar-riskju ta’ ħsara li kkawżaw l-annimali protetti fiż-żona kkonċernata?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern biss jekk tiġi ppreżentata prova ċara li turi li hu impossibbli li jittieħdu miżuri preventivi bħal dawn.

3.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 2 hija iva, indika x’tip ta’ miżuri preventivi ntalbu (pereżempju ċnut tas-sikurezza meta possibbli jew klieb tal-għassa mal-bhejjem).

4.

Liema annimal protett ikkawża l-ħsara li għaliha huwa previst il-kumpens?

5.

X’tip ta’ ħsara kkawża?

6.

Uri rabta kawżali diretta bejn il-ħsarat li ġarrbet l-azjenda agrikola attiva fil-produzzjoni agrikola primarja u l-imġiba tal-annimali protetti.

7.

L-għajnuna titħallas direttament lill-azjenda agrikola kkonċernata jew lil grupp jew organizzazzjoni tal-produtturi li dik l-impriża hija membru tagħha?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

8.

Jekk l-għajnuna titħallas lil grupp jew organizzazzjoni tal-produtturi, l-ammont tal-għajnuna jaqbeż l-ammont ta’ għajnuna li hija eliġibbli għalih l-impriża?

iva

le

Jekk iva, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

9.

Meta seħħ l-avveniment li kkawża l-ħsara?

L-iskema tal-għajnuna trid tkun stabbilita fi żmien tliet snin wara li jkunu seħħew it-telf jew il-ħsara.

10.

Indika l-aħħar data meta tista’ titħallas l-għajnuna.

L-għajnuna trid titħallas fi żmien erba’ snin wara li jkunu seħħew it-telf jew il-ħsara.

11.

Il-ħsara hija kkalkolata fil-livell tal-benefiċjarju individwali?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

12.

X’tip ta’ kumpens tkopri l-għajnuna? Tista’ tingħata aktar minn tweġiba waħda.

(a)

kumpens għall-annimali maqtula jew għall-pjanti meqruda;

(b)

kumpens għall-ispejjeż indiretti mġarrba;

(c)

kumpens għal ħsara materjali f’tagħmir, f’makkinarju u bini tal-irziezet u fi stokkijiet.

L-għajnuna għall-investimenti f’miżuri ta’ prevenzjoni tal-ħsara kkawżata minn annimali protetti, tista’ tingħata bil-kundizzjonijiet tat-Taqsima 1.1.1.1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida u mhux tat-Taqsima 1.2.1.5. tal-Linji Gwida.

13.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 12 hija l-punt (a), l-ispejjeż eliġibbli huma kkalkulati skont il-valur tas-suq tal-annimali maqtula jew tal-pjanti meqruda?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

14.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 12 hija l-punt (b), indika b’mod eżawrjenti kull spiża indiretta li tista’ titħallas lura (bħall-ispejjeż veterinarji li ġġarrbu minħabba t-trattament tal-annimali protetti u l-ispejjeż tal-ħidma b’rabta mat-tiftix tal-annimali mitlufa).

15.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 12 hija l-punt (c), il-ħsara materjali hija kkalkulata skont l-ispiża tat-tiswija jew il-valur ekonomiku tal-assi affettwat qabel l-avveniment dannuż?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

16.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 12 hija l-punt (c), l-għajnuna taqbeż l-ispiża tat-tiswija jew it-tnaqqis fil-valur tas-suq ġust ikkawżati bl-avveniment dannuż, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-proprjetà eżatt qabel u eżatt wara l-avveniment?

iva

le

Jekk iva, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

17.

L-għajnuna hija ristretta għal ħsara mġarrba bħala konsegwenza diretta tal-avveniment dannuż?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

18.

Liema korp minn dawn hu responsabbli biex jivvaluta l-ispejjeż eliġibbli?

(a)

awtorità pubblika;

(b)

espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità awtorizzanti;

(c)

impriża tal-assigurazzjoni.

L-ispejjeż se jkunu eliġibbli biss jekk il-valutazzjoni tkun saret minn waħda minn dawn it-tliet korpi msemmija fil-punti (a), (b) u (c).

19.

Il-ħlasijiet l-oħra li jirċievi l-benefiċjarju tal-għajnuna, bħal pereżempju mill-poloz tal-assigurazzjoni, jitnaqqsu mill-ammont tal-ispejjeż eliġibbli?

iva

le

20.

L-ispejjeż li ma ġġarrbux minħabba l-avveniment dannuż, u li l-benefiċjarju kien iġġarrab b’mod ieħor, jitnaqqsu mill-ammont tal-għajnuna?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

21.

Kif se jkun żgurat li se jiġi evitat il-kumpens żejjed li jaf iġib miegħu it-taħlit ta’ din l-għajnuna ma’ strumenti ta’ appoġġ nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn jew ma’ skemi tal-assigurazzjoni privata?

22.

Indika l-intensità grossa tal-għajnuna bħala persentaġġ tal-ispejjeż eliġibbli diretti.

23.

Indika l-intensità grossa tal-għajnuna bħala persentaġġ tal-ispejjeż eliġibbli indiretti.

Il-kumpens għall-ispejjeż indiretti ma jistax jaqbeż it-80 % tal-ispejjeż eliġibbli indiretti totali.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.2.1.6.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦALL-PAGAMENT TAL-PRIMJUMS TAL-ASSIGURAZZJONI

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat li hija mfassla biex tikkumpensal-pagament tal-primjums tal-assigurazzjoni kif deskritt fit-Taqsima 1.2.1.6. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-UE għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

Il-miżura tal-għajnuna tipprevedi l-ħlas ta’ primjums tal-assigurazzjoni favur kumpaniji attivi fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli

iva

le

Jekk iva,skont il-punt (406) tal-Linji Gwida, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza biss għajnuna għall-ħlas ta’ primjums tal-assigurazzjoni lil impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja.

2.

Speċifika liema ħsarat se tkopri l-assigurazzjoni li għalihom se jkun iffinanzjat b’mod parzjali l-primjum skont il-miżura tal-għajnuna notifikata:

Il-ħsara li kkawżaw diżastri naturali jew okkorrenzi eċċezzjonali, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jitqabblu ma’ diżastru naturali, mard tal-annimali u pesti tal-pjanti, it-tneħħija u l-qerda ta’ stokk mitluf, u l-ħsara li jikkawżaw l-annimali protetti, kif jissemma fit-Taqsimiet 1.2.1.1. sa 1.2.1.5. tal-Linji Gwida, kif ukoll minn avvenimenti klimatiċi avversi oħrajn.

Ħsarat minħabba inċidenti ambjentali.

3.

Għal primjums tal-assigurazzjoni għal assigurazzjoni kontra telf ikkaġunat minn aċċidenti ambjentali, l-okkorrenza tal-aċċident ambjentali ġiet rikonoxxuta b’mod formali bħala tali mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru?

iva

le

3.1.

Jekk iva, l-Istat Membru uża kriterji stabbiliti minn qabel li abbażi tagħhom jitqies li ngħata r-rikonoxximent formali msemmi?

iva

le

3.2.

Sabiex tiġi kkalkulata l-produzzjoni agrikola annwali tal-benefiċjarju u l-firxa tat-telf, intużaw l-indiċijiet?

iva

le

4.

L-għajnuna hija limitata għall-assigurazzjoni pprovduta minn kumpanija waħda tal-assigurazzjoni jew grupp ta’ kumpaniji?

iva

le

Jekk iva, skont il-punt (407) tal-Linji Gwida, il-Kummissjoni ma tistax tawtorizza għajnuna biex jitħallsu primjums tal-assigurazzjoni jekk din tkun limitata għal assigurazzjoni pprovduta minn kumpanija waħda tal-assigurazzjoni jew minn grupp ta’ kumpaniji.

5.

L-għajnuna tingħata bil-patt u l-kundizzjoni li l-kuntratt tal-assigurazzjoni jsir ma’ kumpanija stabbilita fl-Istat Membru?

iva

le

Jekk iva, skont il-punt (407) tal-Linji Gwida, il-Kummissjoni ma tistax tawtorizza għajnuna biex jitħallsu primjums tal-assigurazzjoni li jkunu jikkostitwixxu xkiel għat-tħaddim tas-suq intern għas-servizzi tal-assigurazzjoni.

6.

L-għajnuna tkopri programm tar-riassigurazzjoni?

iva

le

Jekk iva, agħti l-informazzjoni meħtieġa kollha biex il-Kummissjoni tkun tista’ tikkontrolla xi komponenti possibbli tal-għajnuna fil-livelli differenti involuti (jiġifieri fil-livell tal-kumpanija tal-assigurazzjoni/tar-riassigurazzjoni) u l-kompatibbiltà tal-għajnuna proposta mas-suq komuni. B’mod partikolari, ippreżenta biżżejjed informazzjoni biex il-Kummissjoni tkun tista’ tivverifika li l-benefiċjarju aħħari tal-għajnuna jkun il-bidwi.

7.

X’inhuma l-ispejjeż eliġibbli?

(a)

l-ispiża tal-primjums tal-assigurazzjoni kontra t-telf li kkawżaw l-avvenimenti msemmijin fil-mistoqsija 2.

(b)

l-ispejjeż assoċjati ma’ skema tar-riassigurazzjoni. Speċifika:

8.

X’inhu l-livell massimu tal-għajnuna propost? (bħala persentaġġ)

L-intensità grossa tal-għajnuna ma tistax taqbeż il-65 % tal-ispiża tal-primjum tal-assigurazzjoni, ħlief għall-għajnuna biex jitneħħa u jinqered l-istokk mitluf għax f’dan il-każ l-intensità tal-għajnuna ma tistax taqbeż il-100 % tal-ispiża tal-primjum tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-primjums tal-assigurazzjoni biex jitneħħa l-istokk mitluf u l-75 % tal-ispiża tal-primjum tal-assigurazzjoni fir-rigward ta’ primjums tal-assigurazzjoni biex jinqered dan l-istokk mitluf.

9.

L-ammont tal-primjum tal-assigurazzjoni eliġibbli għall-appoġġ se jkun limitat permezz ta’ limitu massimu?

iva

le

Jekk iva, x’se jkun il-limitu massimu? …………………………………

10.

Il-ħlasijiet tal-assigurazzjoni se jkunu limitati sabiex jikkumpensaw għal xejn iktar mill-ispiża li tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata mill-avvenimenti msemmija fil-mistoqsija 2?

iva

le

11.

Il-ħlasijiet tal-assigurazzjoni jeħtieġu jew jispeċifikaw it-tip jew il-kwantità tal-produzzjoni fil-ġejjieni?

iva

le

Skont il-punt (410) tal-Linji Gwida, il-ħlasijiet tal-assigurazzjoni jistgħu jikkumpensaw biss l-ispiża li tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata mill-avvenimenti msemmijin fil-mistoqsija 2 u ma jistgħux jeħtieġu jew jispeċifikaw it-tip jew il-kwantità tal-produzzjoni fil-ġejjieni.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.2.1.7.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦALL-KONTRIBUZZJONIJIET FINANZJARJI GĦAL FONDI MUTWI

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat li hija mfassla biex tikkumpensal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi kif deskritt fit-Taqsima 1.2.1.7. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

Il-miżura tal-għajnuna tipprevedi kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi favur kumpaniji kbar u/jew kumpaniji attivi fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli?

iva

le

Jekk iva, skont il-punt (415) tal-Linji Gwida, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza biss għajnuna għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi lil impriżi attivi fil-produzzjoni agrikola primarja.

2.

Speċifika liema ħsarat se jkopri l-fond mutwu li għalih se titħallas b’mod parzjali l-kontribuzzjoni finanzjarja skont il-miżura tal-għajnuna notifikata:

Il-ħsara li jikkawżaw avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jitqabblu ma’ diżastru naturali, mard tal-annimali u pesti tal-annimali, kif jissemma fit-Taqsimiet 1.2.1.2. u 1.2.1.3. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida.

Ħsarat minħabba inċidenti ambjentali.

3.

Għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi biex jitħallas kumpens għall-ħsarat ikkaġunati minn aċċidenti ambjentali, l-okkorrenza tal-aċċident ambjentali ġiet rikonoxxuta b’mod formali bħala tali mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (419) tal-Linji Gwida, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru trid tirrikonoxxi formalment l-okkorrenza tal-inċident ambjentali.

3.1.

Jekk iva, l-Istat Membru uża kriterji stabbiliti minn qabel li abbażi tagħhom jitqies li ngħata r-rikonoxximent formali msemmi?

iva

le

3.2.

Sabiex tiġi kkalkulata l-produzzjoni agrikola annwali tal-benefiċjarju u l-firxa tat-telf, intużaw l-indiċijiet?

iva

le

4.

X’inhuma l-ispejjeż eliġibbli?

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi biex jitħallas kumpens lill-bdiewa għall-ħsarat imsemmijin fil-mistoqsija 2, li huwa marbut mal-ammonti mħallsin mill-fond mutwu bħala kumpens finanzjarju lill-impriżi attivi fis-settur agrikolu primarju.

Ma hemm l-ebda spiża oħra eliġibbli.

5.

X’inhu l-livell ta’ għajnuna propost? (bħala persentaġġ)

Ir-rata massima tal-għajnuna hija 65 % tal-ispejjeż eliġibbli.

6.

L-ammont tal-ispiża eliġibbli għall-appoġġ se jkun limitat?

iva

le

6.1.

Jekk iva, kif se jkun limitat?

Il-limitu massimu għal kull fond: …

Xieraq għal kull membru/affiljat għal-limiti massimi tal-fond: …

7.

Il-fond mutwu ġie akkreditat mill-awtorità kompetenti skont il-liġi nazzjonali?

iva

le

8.

Il-fond mutwu għandu politika trasparenti fejn jidħlu l-ħlasijiet lill-fond u teħid tal-flus minnu?

iva

le

9.

Il-fond mutwu għandu regoli ċari li jattribwixxu r-responsabbiltajiet għal kull dejn imġarrab?

iva

le

Skont il-punt (416) tal-Linji Gwida, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tapprova l-għajnuna, il-mistoqsijiet 7, 8 u 9 ta’ dan il-Folju ta’ Informazzjoni Supplimentari jridu jitwieġbu fl-affermattiv.

10.

Ġew definiti regoli għall-kostituzzjoni u l-ġestjoni tal-fond mutwu, b’mod partikolari biex jitħallas il-kumpens, kif ukoll għall-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-konformità ma’ dawn ir-regoli?

iva

le

11.

L-arranġamenti tal-fond mutwu jipprovdu għal penali fil-każ ta’ negliġenza min-naħa tal-impriża?

iva

le

Skont il-punt (417) tal-Linji Gwida, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tapprova l-għajnuna, il-mistoqsijiet 10 u 11 ta’ dan il-Folju ta’ Informazzjoni Supplimentari jridu jitwieġbu fl-affermattiv.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.2.2.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI GĦAL GĦAJNUNA GĦALL-GĦELUQ TAL-KAPAĊITÀ TAL-PRODUZZJONI

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat li hija mfassla biex tippromwovi l-għeluq ta’ kapaċità minħabba raġunijiet ambjentali, sanitarji, etiċi, u ta’ saħħa tal-annimali, tal-pjanti jew tal-bniedem kif deskritt fit-Taqsima 1.2.2. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

Il-miżura ppjanata tistabbilixxi li,

(a)

irid ikun hemm kontroparti mill-benefiċjarju tal-għajnuna;

(b)

l-intrapriżi f’diffikultà huma esklużi mill-miżura;

(c)

ma jistax ikun hemm kumpens eċċessiv tat-telf fil-valur kapitali tal-assi?

iva

le

Jekk le, skont it-Taqsima 1.2.2. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida, l-għajnuna tista’ tingħata biss jekk jintlaħqu dawk il-kundizzjonijiet.

1.   L-GĦELUQ TAL-KAPAĊITÀ MINĦABBA RAĠUNIJIET TA’ SAĦĦA TAL-ANNIMALI, TAL-PJANTI JEW TAL-BNEDMIN JEW MINĦABBA RAĠUNIJIET SANITARJI, ETIĊI JEW AMBJENTALI

1.1.

X’inhi r-raġuni għall-għeluq tal-kapaċità:

(a)

is-saħħa tal-annimali;

(b)

is-saħħa tal-pjanti;

(c)

is-saħħa tal-bniedem;

(d)

raġunijiet sanitarji;

(e)

raġunijiet etiċi;

(f)

raġunijiet ambjentali.

Spjega r-raġunjiet bis-sħiħ:

1.2.

Il-miżura hija skema tal-għajnuna jew għajnuna individwali?

(a)

skema tal-għajnuna;

(b)

għajnuna individwali.

1.2.1.

Jekk hija skema tal-għajnuna, din jistgħu jaċċessawha l-impriżi eliġibbli kollha li jinsabu fl-istess sitwazzjoni fattwali bl-istess kundizzjonijiet?

iva

le

1.3.

Iddeskrivi l-iskema tal-għajnuna jew il-miżura individwali, fosthom ir-raġunijiet u l-ħtieġa tal-miżura.

1.4.

Il-kontroparti mill-benefiċjarji tal-għajnuna.

1.4.1.

Kemm se jingħalaq mill-kapaċità tal-impriżi kkonċernati:

(a)

għeluq sħiħ tal-kapaċità;

(b)

għeluq parzjali tal-kapaċità.

Jekk għeluq parzjali tal-kapaċità, iġġustifikah:

1.4.2.

Il-benefiċjarju ħa impenji legalment vinkolanti li l-għeluq tal-kapaċità tal-produzzjoni kkonċernata huwa definit u irriversibbli u li l-benefiċjarju mhux se jibda l-istess attività xi mkien ieħor; u l-impenji huma vinkolanti fuq kull xerrej futur tal-art/faċilità kkonċernata?

iva

le

1.4.3.

Għall-għajnuna huma eliġibbli biss dawk l-impriżi li fil-fatt kienu qed jipproduċu, u dawk il-kapaċitajiet tal-produzzjoni biss li fil-fatt kienu qed jagħmlu użu kostanti tul l-aħħar ħames snin qabel l-għeluq tal-kapaċità. Hekk huwa l-każ għall-benefiċjarji ta’ din il-miżura?

iva

le

1.5.

Għall-għajnuna huma eliġibbli biss dawk l-impriżi li jissodisfaw l-istandards tal-Unjoni?

iva

le

Iridu jitħallew barra dawk l-impriżi li ma jissodisfawx dawn l-istandards u li xorta waħda se jkollhom iwaqqfu l-produzzjoni.

1.6.

Effetti ambjentali negattivi.

1.6.1.

Sabiex jiġu evitati l-erożjoni u effetti negattivi oħrajn fuq l-ambjent, is-sidien tal-art agrikola miftuħa mneħħija mill-produzzjoni jridu jissodisfaw wieħed mill-impenji msemmija fil-punti (a), (b) jew (c). Liema wieħed minn dawn l-impenji, impenja ruħu li jissodisfa l-benefiċjarju ta’ din il-miżura?

(a)

Li l-art agrikola miftuħa jsaġġarha jew jibdilha f’żona naturali fi żmien sentejn mill-għeluq b’tali mod li jiżgura li jiġu evitati l-effetti negattivi fuq l-ambjent.

(b)

Li l-art iżommha f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba, skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (44), u skont ir-regoli ta’ implimentazzjoni rilevanti, bil-għan li jerġa’ juża l-art agrikola wara 20 sena ta’ għeluq effettiv.

(c)

Li jiżgura li l-għeluq tal-installazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 (45) isir f’konformità mal-Artikoli 11 u 22 ta’ dik id-Direttiva li teżiġi li jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi evitat kull riskju ta’ tniġġis u li s-sit tal-operazzjoni jerġa’ lura fi stat sodisfaċenti.

Iddeskrivi kif il-benefiċjarju se jissodisfa l-impenn:

1.7.

L-ispejjeż eliġibbli.

1.7.1.

X’inhuma l-ispejjeż eliġibbli?

(a)

It-telf fil-valur tal-assi – imkejjel bħala l-valur tal-bejgħ attwali tal-assi.

(b)

Jekk tingħalaq il-kapaċità minħabba raġuni ambjentali, ħlas ta’ inċentiv addizzjonali li ma jkunx jaqbeż l-20 % tal-valur tal-assi.

(c)

L-ispejjeż biex tinqered il-kapaċità tal-produzzjoni.

(d)

L-ispejjeż soċjali obbligatorji li jiġġarrbu minħabba l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni.

F’din il-miżura, l-ebda spiża mhi eliġibbli ħlief dawk imsemmija fil-punti (a) sa (d).

L-għajnuna għall-afforestazzjoni u għall-konverżjoni tal-art f’żoni tan-natura trid tingħata skont ir-regoli stabbiliti fit-Taqsimiet 2.1.1 u 2.1.2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida u r-regoli dwar l-investiment mhux produttiv stabbiliti fit-Taqsima 1.1.1.1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida.

1.8.

L-intensità tal-għajnuna.

1.8.1.

Liema intensitajiet tal-għajnuna ntgħażlu?

(a)

Għat-telf fil-valur tal-assi (mhux aktar minn 120 % meta l-għeluq isir minħabba raġunijiet ambjentali, u mhux aktar minn 100 % minħabba r-raġunijiet l-oħrajn elenkati fil-punt 1.1 hawn fuq).

(b)

Għal kumpens tal-ispejjeż biex tinqered il-kapaċità tal-produzzjoni (mhux aktar minn 100 %).

(c)

Biex titpaċa l-ispiża soċjali obbligatorja li tiġġarrab bl-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ għeluq (mhux aktar minn 100 %).

2.   L-GĦELUQ TAL-KAPAĊITÀ MINĦABBA RAĠUNIJIET OĦRAJN

2.1.

X’inhi r-raġuni għall-għeluq tal-kapaċità:

(a)

ir-ristrutturar ta’ settur;

(b)

id-diversifikazzjoni;

(c)

irtirar bikri.

2.2.

Il-miżura hija skema tal-għajnuna?

iva

le

Il-miżuri għall-għeluq tal-kapaċità minħabba r-raġunijiet imsemmijin fil-mistoqsija 2.1 hawn fuq iridu jkunu parti minn skema tal-għajnuna.

2.3.

Jista’ jkun żgurat li mhu se tingħata l-ebda għajnuna li xxekkel il-mekkaniżmi tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (440) tal-Linji Gwida, mhu se tingħata l-ebda għajnuna li xxekkel il-mekkaniżmi tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli.

2.4.

X’inhuma s-setturi tkopri l-iskema?

2.5.

Dawk is-setturi msemmija fil-mistoqsija 2.4 huma soġġetti għal limiti jew kwoti tal-produzzjoni?

iva

le

Jekk iva, iddeskrivi:…

L-iskemi tal-għajnuna li japplikaw għas-setturi soġġetti għal limiti jew kwoti tal-produzzjoni se jiġu evalwati każ b’każ.

2.6.

Dawk is-setturi msemmija fil-mistoqsija 2.4 jistgħu jitqiesu li jaqbżu l-kapaċità fil-livell reġjonali jew nazzjonali?

iva

le

Jekk iva, iddeskrivi:…

2.7.

L-għajnuna hi parti minn programm b’għanijiet definiti u bi skeda taż-żmien speċifika maħsuba għar-ristrutturar tas-setturi, għad-diversifikazzjoni jew għal irtirar bikri?

iva

le

Jekk iva, iddeskrivi l-programm:…

2.8.

X’inhi d-durata tal-iskema tal-għajnuna ppjanata?

Skont il-punt (442) tal-Linji Gwida, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza dan it-tip ta’ għajnuniet biss meta dawn jipprovdu għal durata limitata. Normalment, id-durata tal-iskemi bl-għan li jnaqqsu l-kapaċità minħabba waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-mistoqsija 2.1 ta’ dan il-Folju ta’ Informazzjoni Supplimentari għandha tkun limitata għal perjodu ta’ xejn iktar minn sitt xhur biex jinġabru l-applikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni u 12-il xahar oħra għall-għeluq propju.

Jekk id-durata hi itwal minn dik stabbilita hawn fuq, iġġustifikaha.

Il-Kummissjoni mhix se taċċetta skemi tal-għajnuna b’durata itwal minn tliet snin għax l-esperjenza turi li dawn jistgħu iwasslu biex jiġu posposti l-bidliet meħtieġa.

2.9.

L-iskema tal-għajnuna hija aċċessibbli għall-operaturi ekonomiċi kollha fis-setturi kkonċernati u bl-istess kundizzjonijiet; u hija sistema trasparenti tas-sejħiet għall-interess li ssejjaħ pubblikament lill-impriżi kollha potenzjalment interessati sabiex jieħdu sehem?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (443) tal-Linji Gwida, il-Kummissjoni ma tistax tawtorizza din l-iskema tal-għajnuna jekk ma jkunx żgurat li se tiġi ssodisfata dik il-kundizzjoni.

2.10.

L-organizzazzjoni tal-iskema tal-għajnuna titmexxa b’tali mod li la teħtieġ u lanqas tiffaċilita ftehimiet antikompetittivi jew prattiki miftehmin bejn l-impriżi kkonċernati?

iva

le

Iddeskrivi kif dan ikun żgurat:

2.11.

Il-kontroparti mill-benefiċjarju tal-għajnuna.

2.11.1.

Kemm se jingħalaq mill-kapaċità tal-impriża kkonċernata:

(a)

għeluq sħiħ tal-kapaċità;

(b)

għeluq parzjali tal-kapaċità.

Jekk l-għeluq tal-kapaċità hu parzjali, iġġustifikah:

2.11.2.

Il-benefiċjarji tal-għajnuna ħadu impenji legalment vinkolanti li l-għeluq tal-kapaċità tal-produzzjoni kkonċernata huwa definit u irriversibbli u li l-benefiċjarju tal-għajnuna mhux se jibda l-istess attività xi mkien ieħor; u l-impenji huma vinkolanti fuq kull xerrej futur tal-art/faċilità kkonċernata?

iva

le

2.11.3.

Għall-għajnuna huma eliġibbli biss dawk l-impriżi li fil-fatt kienu qed jipproduċu, u dawk il-kapaċitajiet tal-produzzjoni biss li fil-fatt kienu qed jagħmlu użu kostanti tul l-aħħar ħames snin qabel l-għeluq tal-kapaċità. Hekk huwa l-każ għall-benefiċjarji ta’ din il-miżura?

iva

le

2.12.

Għall-għajnuna huma eliġibbli biss dawk l-impriżi li jissodisfaw l-istandards tal-Unjoni?

iva

le

Iridu jitħallew barra dawk l-impriżi li ma jissodisfawx dawn l-istandards u li xorta waħda se jkollhom iwaqqfu l-produzzjoni.

2.13.

Effetti ambjentali negattivi.

2.13.1.

Sabiex jiġu evitati l-erożjoni u effetti negattivi oħrajn fuq l-ambjent, is-sidien tal-art agrikola miftuħa mneħħija mill-produzzjoni jridu jissodisfaw wieħed mill-impenji msemmija fil-punti (a), (b) u (c). Liema wieħed minn dawn l-impenji, impenja ruħu li jissodisfa l-benefiċjarju ta’ din il-miżura?

(a)

Li l-art agrikola miftuħa jsaġġarha jew jibdilha f’żona naturali fi żmien sentejn mill-għeluq b’tali mod li jiżgura li jiġu evitati l-effetti negattivi fuq l-ambjent.

(b)

Li l-art iżommha f’kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba, skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, u skont ir-regoli ta’ implimentazzjoni rilevanti, bil-għan li jerġa’ juża l-art agrikola wara 20 sena ta’ għeluq effettiv.

(c)

Li jiżgura li l-għeluq tal-installazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill isir f’konformità mal-Artikoli 11 u 22 ta’ dik id-Direttiva li teżiġi li jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi evitat kull riskju ta’ tniġġis u li s-sit tal-operazzjoni jerġa’ lura fi stat sodisfaċenti.

Iddeskrivi kif il-benefiċjarju se jissodisfa l-impenn:

2.14.

Liema huma l-ispejjeż eliġibbli?

(a)

It-telf fil-valur tal-assi – imkejjel bħala l-valur tal-bejgħ attwali tal-assi.

(b)

L-ispejjeż biex tinqered il-kapaċità tal-produzzjoni.

(c)

L-ispejjeż soċjali obbligatorji li jiġġarrbu bl-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-għeluq.

F’din il-miżura, l-ebda spiża mhi eliġibbli ħlief dawk imsemmija fil-punti (a), (b) u (c).

L-għajnuna għall-afforestazzjoni u għall-konverżjoni tal-art f’żoni tan-natura trid tingħata skont ir-regoli stabbiliti fit-Taqsimiet 2.1.1 u 2.1.2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida u r-regoli dwar l-investimenti mhux produttivi stabbiliti fit-Taqsima 1.1.1.1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida.

2.15.

L-intensità tal-għajnuna.

2.15.1.

Liema intensitajiet tal-għajnuna ntgħażlu?

(a)

Għat-telf fil-valur tal-assi (mhux aktar minn 100 %)

(b)

Għal kumpens tal-ispejjeż biex tinqered il-kapaċità tal-produzzjoni (mhux aktar minn 100 %).

(c)

Biex titpaċa l-ispiża soċjali obbligatorja li tiġġarrab bl-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ għeluq (mhux aktar minn 100 %).

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.3.1.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA LIS-SETTUR TAT-TROBBIJA TAL-ANNIMALI

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat li tappoġġa lis-settur tat-trobbija tal-annimali kif deskritt fit-Taqsima 1.3.1. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.   L-ISPEJJEŻ ELIĠIBBLI

1.1.

Liema, minn dawn l-ispejjeż eliġibbli, tkopri l-miżura?

(a)

l-ispejjeż amministrattivi biex jinħolqu u jinżammu l-kotba tal-merħla?

(b)

testijiet sabiex tinstab il-kwalità ġenetika jew ir-rendiment tal-bhejjem (testijiet li jsiru minn partijiet terzi jew f’isimhom)?

Din l-għajnuna ma tgħoddx għall-kontrolli li jagħmel is-sid tal-bhejjem u għall-kontrolli ta’ rutina dwar il-kwalità tal-ħalib.

2.   L-AMMONT TA’ GĦAJNUNA

2.1.

Speċifika r-rata massima ta’ appoġġ pubbliku mogħti bħala volum tal-ispejjeż eliġibbli:

(a)

… biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi għat-twaqqif u ż-żamma tal-kotba tal-merħla (mhux aktar minn 100 %);

(b)

għall-ispejjeż tat-testijiet biex tinstab il-kwalità ġenetika jew ir-rendiment tal-bhejjem (mhux aktar minn 70 %);

2.2.

X’miżuri ttieħdu biex jiġi evitat kumpens żejjed lill-benefiċjarju u biex tiġi verifikata l-konformità mal-intensitajiet tal-għajnuna msemmijin fil-mistoqsija 2.1?

2.3.

Iddeskrivi l-ispejjeż eliġibbli li trid tkopri l-għajnuna:

L-ispejjeż eliġibbli huma limitati għal dawk elenkati fil-punt (449) tal-Linji Gwida.

L-għajnuna għandha tingħata in natura u ma għandhiex tinvolvi ħlasijiet diretti lill-benefiċjarji skont il-punt (447) tal-Linji Gwida.

3.   IL-BENEFIĊJARJI

3.1.

L-għajnuna hija limitata għal impriżi li jissodisfaw id-definizzjoni tal-Unjoni ta’ intrapriżi żgħar u medji?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (446) tal-Linji Gwida, il-kumpaniji l-kbar iridu jiġu esklużi milli jirċievu għajnuna.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.3.2.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦALL-PROMOZZJONI TAL-PRODOTTI AGRIKOLI

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni tal-prodotti agrikoli kif deskritti fit-Taqsima 1.3.2. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

Fejn se titwettaq il-miżura?

(a)

fis-suq ta’ Stat Membru ieħor.

(b)

fis-suq lokali.

(c)

f’pajjiż terz.

2.

Min se jwettaq il-kampanja?

(a)

gruppi tal-produtturi jew organizzazzjonijiet oħra, ikun x’ikun id-daqs tagħhom;

(b)

ħaddieħor (spjega): …

3.

L-Istat Membru jista’ jressaq kampjuni jew mudelli tal-materjal promozzjonali lill-Kummissjoni?

iva

le

Jekk le, iġġustifikaha.

4.

Jekk il-materjal promozzjonali msemmi fil-mistoqsija 3 mhux disponibbli bħalissa, l-Istat Membru jista’ jimpenja ruħu li jagħti dan il-materjal aktar ‘il quddiem u fil-każ qabel titnieda l-kampanja promozzjonali?

iva

le

5.

Agħti lista eżawrjenti tal-ispejjeż eliġibbli.

6.

Min huma l-benefiċjarji tal-għajnuna?

(a)

bdiewa;

(b)

gruppi tal-produtturi u/jew organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(c)

impriżi attivi fl-ipproċessar u fl-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli;

(d)

ħaddieħor (semmi):

7.

Il-benefiċjarji tal-għajnuna biex jiġu organizzati l-kompetizzjonijiet, il-fieri jew l-wirjiet huma limitati għall-SMEs?

iva

le

8.

Meta l-miżura promozzjonali titwettaq minn gruppi jew organizzazzjonijiet tal-produtturi oħrajn, il-parteċipazzjoni se tkun soġġetta għas-sħubija ta’ dawn il-gruppi jew l-organizzazzjonijiet?

iva

le

Jekk iva, skont il-punt (459) tal-Linji Gwida, l-ebda għajnuna ma tista’ tingħata għal kampanji promozzjonali bħal dawn.

9.

Il-kampanja promozzjonali se tiġi allokata għal prodotti ta’ kwalità koperti minn skema tal-kwalità kif imsemmi fil-punt (282) tal-Linji Gwida?

iva

le

10.

Jekk le, l-Istat Membru jista’ jiżgura li l-kampanja promozzjonali se jkollha xorta ġenerika u se ssir għall-ġid ta’ kull produttur tat-tipi ta’ prodotti kkonċernati?

iva

le

11.

Il-kampanja promozzjonali se tikkonforma mar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 (46) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u meta rilevanti mar-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar stabbiliti għal diversi prodotti?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (456) tal-Linji Gwida, l-ebda għajnuna ma tista’ tingħata għal kampanji promozzjonali bħal dawn.

12.

Il-kampanji promozzjonali se jaqbżu baġit annwali ta’ EUR 5 miljun?

iva

le

Jekk iva, skont il-punt (458) tal-Linji Gwida, il-kampanja promozzjonali trid tiġi notifikata għaliha.

13.

L-għajnuna trid tingħata:

(a)

in natura; jew

(b)

abbażi ta’ rimborż tal-ispejjeż reali mġarrba mill-benefiċjarju.

14.

Skont il-punt (461) tal-Linji Gwida, l-għajnuna għall-kampanji promozzjonali trid tingħata in natura. L-għajnuna se tingħata esklussivament b’servizzi sussidjati?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (461) tal-Linji Gwida, l-ebda għajnuna ma tista’ tingħata għal kampanji promozzjonali bħal dawn.

15.

Meta l-għajnuna tingħata in natura, l-għajnuna se tinkludi ħlasijiet diretti lill-benefiċjarji?

iva

le

Jekk iva, skont il-punt (462) tal-Linji Gwida, l-għajnuna tista’ titħallas biss lill-fornitur tal-miżuri promozzjonali.

16.

Il-kampanja promozzjonali se tinkludi attivitajiet promozzjonali li jwasslu għarfien xjentifiku u tagħrif fattwali fuq sistemi tal-kwalità, jew fuq prodotti agrikoli ġeneriċi u fuq il-benefiċċji nutrizzjonali tal-prodotti ġeneriċi u l-użi ssuġġeriti tagħhom; jew kampanji promozzjonali maħsuba għall-konsumatur organizzati fil-midja jew fi ħwienet tal-bejgħ bl-imnut?

iva

le

Jekk iva, skont il-punt (465) tal-Linji Gwida, ma jistgħu jissemmew impriżi, marki kummerċjali jew oriġini partikolari.

17.

Fil-każ ta’ kampanji promozzjonali maħsuba għall-konsumatur organizzati fil-midja jew fi ħwienet tal-bejgħ bl-imnut, dawn il-kampanji se jkunu maħsuba għal prodotti ta’ kumpanija jew kumpaniji partikolari?

iva

le

Jekk iva, skont il-punt (465) tal-Linji Gwida, din l-intenzjoni mhix permessa.

18.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 17 hija iva, il-kampanja promozzjonali se tkun maħsuba għal denominazzjonijiet mhux rikonoxxuti mill-UE b’referenza għall-oriġini tal-prodotti?

iva

le

19.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 18 hija iva, ir-referenza għall-oriġini tal-prodotti tikkorrispondi eżattament għar-referenzi li kienu rreġistrati mill-Unjoni?

iva

le

20.

Il-kampanja promozzjonali se tkun maħsuba għal prodotti li jużaw skemi oħrajn tal-kwalità li mhumiex l-iskemi għal denominazzjonijiet rikonoxxuti fl-UE?

iva

le

21.

It-tikketta tirreferi għall-oriġini nazzjonali tal-prodotti kkonċernati?

iva

le

Jekk iva, l-Istat Membru jrid juri li fil-messaġġ, ir-referenza għall-oriġini tal-prodotti se tkun sekondarja.

22.

Il-kampanja promozzjonali għandha xorta ġenerika u ssir għall-ġid tal-produtturi kollha tat-tip ta’ prodott ikkonċernat?

iva

le

23.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 22 hija iva, il-kampanja promozzjonali se ssir mingħajr referenza għall-oriġini tal-prodotti?

iva

le

Jekk le, skont it-Taqsima 1.3.2. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida, l-ebda għajnuna ma tista’ tingħata għal kampanji promozzjonali bħal dawn.

24.

Il-kampanja promozzjonali se tkun dedikata direttament għall-prodotti ta’ impriżi jew marki kummerċjali partikolari?

iva

le

Jekk iva, skont it-Taqsima 1.3.2. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida, l-ebda għajnuna ma tista’ tingħata għal kampanji promozzjonali bħal dawn.

25.

Sabiex jiġu organizzati kompetizzjonijiet, wirjiet u fieri jew għal parteċipazzjoni fihom, din hija r-rata tal-għajnuna:

sa 100 % (agħti r-rata eżatta: …%)

26.

Fil-każ ta’ kampanji promozzjonali, din hija l-intensità tal-għajnuna:

sa 50 % (agħti r-rata eżatta: …%) għal kampanji promozzjonali ffokati fuq prodotti ta’ kwalità, għax is-settur se jiffinanzja l-bqija tal-kampanja huwa stess;

sa 80 % (agħti r-rata eżatta: …%) għal kampanji promozzjonali ffokati fuq prodotti ta’ kwalità f’pajjiżi terzi;

sa 100 % (agħti r-rata eżatta: …%), għax is-settur se jikkontribwixxi tal-inqas 50 % tal-ispejjeż, tkun xi tkun il-forma tal-kontribuzzjoni;

sa 100 % (agħti r-rata eżatta: …%), għax il-kampanja promozzjonali hija għandha xorta ġenerika u ssir għall-ġid tal-produtturi kollha tat-tip ta’ prodott ikkonċernat.

27.

Il-kampanja għandha x’taqsam mal-miżuri tal-promozzjoni msemmija fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013?

iva

le

Jekk iva, skont il-punt (479) tal-Linji Gwida, il-Kummissjoni se tqis il-pagamenti nazzjonali li jagħtu l-Istati Membri bħala kompatibbli mas-suq intern jekk dawn ikunu konformi mal-prinċipju komuni tal-valutazzjoni tal-Linji Gwida u mar-regoli dwar l-għajnuna għal miżuri tal-promozzjoni stabbiliti fit-Taqsima 1.3.2. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.3.3.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦAR-REĠJUNI ULTRAPERIFERIĊI U GĦALL-GŻEJJER MINURI TAL-EĠEW

Dan il-folju jużawh l-Istati Membri sabiex jinnotifikaw kull miżura ta’ għajnuna mill-Istat għar-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer minuri tal-Eġew, kif spjegat fit-Taqsima 1.3.3. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-UE għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

L-għajnuna proposta għar-reġjuni ultraperiferiċi u għall-ġżejjer minuri tal-Eġew għandha x’taqsam ma’ dispożizzjonijiet oħra stabbiliti fil-Linji Gwida?

iva

le

Jekk iva, imla l-Folju ta’ Informazzjoni Supplimentari li jikkorrispondi mat-tip ta’ għajnuna notifikata.

Jekk le, imla dan il-Folju ta’ Informazzjoni Supplimentari.

2.

Il-miżura tinvolvi l-għoti ta’ għajnuna operattiva?

iva

le

3.

Fil-każ tar-reġjuni ultraperiferiċi, l-għajnuna hija maħsuba biex ittaffi r-restrizzjonijiet speċifiċi tagħhom fil-biedja minħabba l-iżolament, l-insularità u l-bogħod estrem tagħhom?

iva

le

3.1.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 3 hija iva, niżżel l-ammont tal-ispejjeż addizzjonali li jiġġarrbu minħabba dawn ir-restrizzjonijiet speċifiċi u l-metodu tal-kalkolu:

3.2.

L-Istat Membru kif jista’ jistabbilixxi r-rabta bejn l-ispejjeż addizzjonali msemmija fil-mistoqsija 3.1 u r-restrizzjonijiet speċifiċi li joħolqu dawn l-ispejjeż?

4.

Fil-każ tal-gżejjer minuri tal-Eġew, l-għajnuna hija maħsuba biex ittaffi r-restrizzjonijiet speċifiċi tagħhom fil-biedja f’dawk il-gżejjer minħabba l-insularità, iċ-ċokon, l-art muntanjuża u l-klima tagħhom, id-dipendenza ekonomika tagħhom fuq għadd żgħir ta’ prodotti u d-distanza tagħhom mis-swieq?

iva

le

4.1.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 4 hija iva, niżżel l-ammont tal-ispejjeż addizzjonali li jiġġarrbu minħabba dawn ir-restrizzjonijiet speċifiċi u l-metodu tal-kalkolu:

4.2.

L-Istat Membru kif jista’ jistabbilixxi r-rabta bejn l-ispejjeż addizzjonali msemmija fil-mistoqsija 4.1 u r-restrizzjonijiet speċifiċi li joħolqu dawn l-ispejjeż?

5.

L-għajnuna hi maħsuba biex tpaċi parti mill-ispejjeż addizzjonali tat-trasport tal-prodotti argikoli li jkunu ġew prodotti fir-reġjuni ultraperiferiċi jew fil-gżejjer minuri tal-Eġew?

iva

le

5.1.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 5 hija iva, din l-għajnuna se tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (d)?

(a)

il-benefiċjarji għandhom l-attività tal-produzzjoni tagħhom fir-reġjuni ultraperiferiċi jew fil-gżejjer minuri tal-Eġew;

(b)

l-għajnuna hija kwantifikabbli oġġettivament bil-quddiem skont ammont fiss jew proporzjon għal kull tunnellata/kilometru jew xi unità oħra rilevanti;

(c)

l-ispejjeż addizzjonali tat-trasport jiiġu kkakulati skont il-vjaġġ tal-prodotti fil-fruntieri nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat bil-mezz ta’ trasport li jġarrab l-inqas spejjeż għall-benefiċjarju, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż esterni għall-ambjent;

(d)

għir-reġjuni ultraperiferiċi, l-ispejjeż addizzjonali tat-trasport jistgħu jinkludu l-ispejjeż għat-trasport tal-prodotti agrikoli mill-post tal-produzzjoni tagħhom sal-postijiet fiż-żoni ultraperiferiċi fejn ikomplu jiġu proċessati.

5.2.

Jekk din l-għajnuna hija maħsuba biex tpaċi parti mill-ispejjeż addizzjonali tat-trasport tal-prodotti agrikoli, agħti prova li saru dawn l-ispejjeż addizzjonali u l-metodu tal-kalkolu użat biex jinstab l-ammont tal-ispejjeż addizzjonali tat-trasport (47):

5.3.

Agħti wkoll l-ammont massimu tal-għajnuna (skont proporzjon tal-għajnuna għal kull kilometru jew skont proporzjon tal-għajnuna għal kull kilometru u proporzjon tal-għajnuna għal kull ponderazzjoni ta’ unità) u l-persentaġġ tal-ispejjeż addizzjonali li tkopri l-għajnuna:

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.3.4.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦAL KONSOLIDAZZJONI TAL-ART AGRIKOLA

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat li tkopri l-ispejjeż tal-konsolidazzjoni tal-art agrikola kif deskritt fit-Taqsima 1.3.4. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

Il-miżura ta’ għajnuna hija parti minn programm ġenerali ta’ operazzjonijiet ta’ konsolidazzjoni tal-art agrikola mwettqin skont il-proċeduri stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru?

iva

le

2.

L-ispejjeż eliġibbli jinkludu b’mod esklussiv l-ispejjeż legali, amministrattivi u tal-istħarriġ tal-konsolidazzjoni tal-art?

iva

le

L-ispejjeż eliġibbli huma limitati għal dawk elenkati fil-punt (480) tal-Linji Gwida.

3.

X’inhi l-intensità massima tal-għajnuna ppjanata (mhux aktarminn 100 %)? ……

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

1.3.6.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦAR-RIĊERKA U GĦALL-IŻVILUPP FIS-SETTUR AGRIKOLU

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat għar-riċerka u għall-iżvilupp fis-settur agrikolu kif deskritt fit-Taqsima 1.3.6. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

L-għajnuna għandha x’taqsam ma’ prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat?

iva

le

Jekk iva, speċifika t-tip ta’ prodotti agrikoli:

2.

Il-proġett megħjun huwa ta’ interess għall-impriżi kollha attivi fis-settur jew is-subsettur agrikolu partikolari kkonċernat?

iva

le

Jekk iva, agħti prova:

3.

Din l-informazzjoni se tiġi ppubblikata fuq l-Internet qabel ma jibda l-proġett megħjun?

(a)

informazzjoni li l-proġett megħjun qed jitwettaq;

iva

le

(b)

l-għanijiet tal-proġett megħjun;

iva

le

(c)

data approssimattiva tal-pubblikazzjoni tar-riżultati mistennija mill-proġett megħjun;

iva

le

(d)

il-post fejn ir-riżultati mistennija mill-proġett megħjun jiġu ppubblikati fuq l-Internet;

iva

le

(e)

referenza li r-riżultati huma disponibbli għall-impriżi kollha attivi fis-settur agrikolu partikolari jew fis-subsettur ikkonċernat mingħajr l-ebda spiża?

iva

le

Jekk it-tweġiba tal-punt (a), (b), (c), (d) jew (e) hija iva, agħti prova u agħti l-indirizz web.

4.

Ir-riżultati tal-proġett megħjun se:

(a)

jiġu ppubblikati fuq l-Internet minn meta jintemm il-proġett megħjun jew minn meta kull informazzjoni dwar dawk ir-riżultati tingħata lill-membri ta’ xi organizzazzjoni partikolari, liema minnhom tiġi l-ewwel;

iva

le

(b)

jiġu ppubblikati fuq l-Internet, għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin minn meta jintemm il-proġett megħjun?

iva

le

Jekk it-tweġiba tal-punt (a) jew (b) hija iva, agħti prova:

5.

L-għajnuna tingħata direttament lill-organizzazzjoni tar-riċerka u t-tqassim tal-għarfien?

iva

le

Jekk iva, agħti prova:

6.

Il-miżura tinvolvi l-għoti ta’ għajnuna skont il-prezz tal-prodotti agrikoli lil impriżi attivi fis-settur agrikolu?

iva

le

Jekk le, agħti prova:

7.

Speċifika l-intensità tal-għajnuna (%): …………………………………………

8.

L-ispejjeż eliġibbli jinkludu dan li ġej?

(a)

l-ispejjeż tal-persunal relatati mar-riċerkaturi, mat-tekniċi u persunal ieħor ta’ sostenn li jkunu impjegati fuq il-proġett;

iva

le

Jekk iva, iddeskrivi dawn l-ispejjeż:

(b)

l-ispejjeż tal-istrumenti u t-tagħmir tal-proġett li jintużaw għall-proġett. Meta dawn l-istrumenti u t-tagħmir ma jintużawx għalkollox għall-proġett, jitqiesu eliġibbli biss l-ispejjeż tad-deprezzament li jikkorrispondu għal kemm itul il-proġett, kif ikkalkulati skont prinċipji aċċettati tal-kontabbiltà;

iva

le

Jekk iva, iddeskrivi dawn l-ispejjeż:

(c)

l-ispejjeż tal-bini u tal-art, skont kemm jintużaw tul il-perjodu tal-proġett. Fejn jidħol il-bini, jitqiesu eliġibbli biss l-ispejjeż ta ’ deprezzament li jikkorrispondu għal kemm itul il-proġett, kif kalkulati skont prinċipji aċċettati tal-kontabbiltà; u fejn jidħlu l-artijiet, huma eliġibbli l-ispejjeż tat-trasferiment kummerċjali jew l-ispejjeż tal-kapital realment imġarrba;

iva

le

Jekk iva, iddeskrivi dawn l-ispejjeż:

(d)

l-ispejjeż tar-riċerka kuntrattwali, l-għarfien u privattivi mixtrija jew liċenzjati mingħand sorsi barranin b’kundizzjonijiet normali tas-suq, kif ukoll l-ispejjeż tal-konsulenzi u s-servizzi ekwivalenti użati esklussivament għall-proġett;

iva

le

Jekk iva, iddeskrivi dawn l-ispejjeż:

(e)

l-ispejjeż ġenerali addizzjonali u spejjeż operattivi oħrajn, li jinkludu l-ispejjeż tal-materjali, fornimenti u prodotti simili, imġarrba direttament minħabba l-proġett.

iva

le

Jekk iva, iddeskrivi dawn l-ispejjeż:

ELEMENTI OĦRAJN LI JRIDU JITQIESU

9.

L-għajnuna tista’ tingħaqad ma’ għajnuna oħra?

iva

le

Jekk iva, iddeskrivi r-regoli tal-akkumulazzjoni applikabbli għall-iskema tal-għajnuna notifikata:

Spjega kif se tiġi verifikata l-konformità mar-regoli tal-akkumulazzjoni applikabbli għall-iskema tal-għajnuna notifikata:

Kundizzjonijiet speċjali għas-self bil-quddiem li jista’ jitħallas lura

10.

L-għajnuna lill-proġetti tar-riċerka u l-iżvilupp tingħata fl-għamla ta’ self bil-quddiem li jista’ jitħallas lura?

iva

le

11.

Jekk it-tweġiba tal-mistosija 10 hija iva, l-għajnuna tingħata fl-għamla ta’ self bil-quddiem li jista’ jitħallas lura bl-iskema notifikata espress bħala l-ekwivalenti tal-għotja grossa?

iva

le

Barra minn hekk, spjega l-metodoloġija sħiħa applikata u d-dejta verifikabbli sottostanti li fuqha tibbaża dik il-metodoloġija:

Kundizzjonijiet speċjali għal miżuri ta’ benefiċċju fuq it-taxxa

12.

L-għajnuna lill-proġetti tar-riċerka u l-iżvilupp sostnuti bl-iskema notifikata, tingħata fl-għamla ta’ benefiċċju fuq it-taxxa?

iva

le

13.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 12 hija iva, spjega kif inhuma kkalkulati l-intensitajiet tal-għajnuna:

Agħti dettalji dwar il-metodu tal-kalkolu użat:

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

2.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNIET GĦAS-SETTUR TAL-FORESTI

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat  (48) għas-settur tal-forestrija li tkopri t-Taqsima 2 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

Minbarra dan il-Folju, imla wkoll il-Folju ta’ Informazzjoni Ġenerali għan-notifika ta’ għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali (il-Parti III.12), biex jintwerew il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà għall-għajnuna mill-Istat u l-Folji 2.1 sa 2.9 korrispondenti dwar il-forestrija skont it-tip speċifiku ta’ għajnuna.

Agħti informazzjoni dwar il-bażi ġuridika prevista fil-liġi nazzjoni, jew l-abbozz tal-att li jipprovdi l-bażi ġuridika fil-liġi nazzjonali, flimkien ma’ xi dokumenti addizzjonali, fosthom il-metodoloġija tal-kalkolu u l-opinjoni tal-esperti, sabiex tingħata deskrizzjoni aktar dettaljata tal-miżura tal-għajnuna mill-Istat.

Jekk l-għajnuna għas-settur tal-forestrija trid tingħata skont ir-regoli tal-Unjoni li huma komuni għas-setturi kollha jew speċifiċi għall-kummerċ u l-industrija, sabiex tinnotifika miżura lis-servizzi tad-DĠ Kompetizzjoni trid tuża l-folji applikabbli għan-notifika ta’ dawk is-setturi.

1.   IL-KRITERJI ĠENERALI TAL-ELIĠIBBILTÀ

1.1.

L-għajnuna tilħaq l-għanijiet u tissodisfa kull kundizzjoni, inklużi dawk il-kundizzjonijiet dwar il-benefiċjarji tal-għajnuna stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (49), u kull att delegat u ta’ implimentazzjoni adottat skont dak ir-Regolament?

iva

le

Jekk le, il-Kummissjoni tiddikjara biss li għajnuna mill-Istat għas-settur tal-forestrija hija kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, jekk din l-għajnuna tkun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (ħlief għall-miżuri tat-Taqsimiet 2.8 u 2.9 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Linji Gwida).

1.2.

L-għajnuna hija maħsuba għall-investimenti fl-iffrankar tal-enerġija u fl-enerġiji rinnovabbli?

iva

le

1.2.1.

Jekk iva, l-għajnuna għandha x’taqsam ma’ investimenti fl-iffrankar tal-enerġija u fl-enerġiji rinnovabbli marbutin mal-użu tal-injam bħala materja prima jew sors tal-enerġija, li jkunu limitati għall-operazzjonijiet kollha tax-xogħol qabel l-ipproċessar industrijali (50)?

iva

le

Skont il-punt (495) tal-Linji Gwida, kull għajnuna oħra ħlief l-għajnuna għall-investimenti fl-iffrankar tal-enerġija u fl-enerġija rinnovabbli hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Linji Gwida peress li din l-għajnuna għandha tikkonforma mal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent u l-enerġija mill-2014 sal-2020 (51), ħlief meta din tkun eżentata mill-obbligu ta’ notifika.

1.3.

Ikkonferma li l-għajnuna mhix maħsuba għal industriji bbażati fuq il-foresti

iva

le

2.   IT-TIP TA’ GĦAJNUNA

2.1.

Investimenti fl-iżvilupp taż-żona tal-foresti u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti

Imla l-Folju 2.1

2.2.

Għajnuna għall-iżvantaġġi marbutin maż-żoni tal-foresti ta’ Natura 2000

Imla l-Folju 2.2

2.3.

Għajnuna għal servizzi tal-foresti-ambjent u klimatiċi u għall-konservazzjoni tal-foresti

Imla l-Folju 2.3

2.4.

Għajnuna għat-trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet tal-informazzjoni fis-settur tal-forestrija

Imla l-Folju 2.4

2.5.

Għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza fis-settur tal-forestrija

Imla l-Folju 2.5

2.6.

Għajnuna għall-koperazzjoni fis-settur tal-forestrija

Imla l-Folju 2.6

2.7.

Għajnuna tal-bidu ta’ negozju għal gruppi u organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-forestrija

Imla l-Folju 2.7

2.8.

Għajnuna oħra lis-settur tal-forestrija b’għanijiet ekoloġiċi, protettivi u rikreattivi

Imla l-Folju 2.8

2.9.

Għajnuna fis-settur tal-forestrija allinjata mal-miżuri tal-għajnuna agrikola

Imla l-formoli 2.9.1. jew 2.9.2.

3.   IL-BENEFIĊJARJI ELIĠIBBLI

3.1.

L-għajnuna tkopri miżuri tal-iżvilupp rurali kofinanzjati mill-FAEŻR?

iva

le

Jekk iva, għall-għajnuna jistgħu jkunu eliġibbli biss dawk il-benefiċjarji li huma elenkati fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 rigward il-miżura rispettiva tal-iżvilupp rurali. Iddeskrivi l-benefiċjarji eliġibbli:

3.2.

Għall-miżuri tal-għajnuna li mhumiex kofinanzjati mill-FAEŻR, iżda ffinanzjati esklussivament minn riżorsi nazzjonali, iddeskrivi l-benefiċjarji eliġibbli:

3.3.

Għall-miżuri tal-għajnuna li jkopru t-Taqsima 2.1.5 jew it-Taqsima 2.7 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni, l-SMEs biss jistgħu jkunu benefiċjarji tal-għajnuna?

iva

le

Għall-miżuri tal-għajnuna li tkopri t-Taqsima 2.1.5 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni, l-għajnuna tista’ tingħata wkoll lil detenturi privati tal-foresti, muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet tagħhom.

2.1.   INVESTIMENTI FL-IŻVILUPP TAŻ-ŻONA TAL-FORESTI U FIT-TITJIB TAL-VIJABBILTÀ TAL-FORESTI

1.1.

L-għajnuna tingħata bil-patt u l-kundizzjonali li jitressaq pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti kif meħtieġ mir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fil-każ ta’ għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR li tagħmel parti minn programm tal-iżvilupp rurali?

iva

le

1.2.

Jekk iva, agħti informazzjoni dettaljata dwar dak ir-rekwiżit, bħal pereżempju meta jkun meħtieġ, id-daqs tal-azjenda tal-foresta, deskrizzjoni tal-programm tal-iżvilupp rurali:

2.

Indika jekk l-ispejjeż eliġibbli għandhomx x’jaqsmu ma’ dawn:

(a)

il-bini, ix-xiri, inkluż il-kiri, jew it-titjib ta’ proprjetà immobbli b’art mixtrija biss li tkun eliġibbli sal-punt li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata; f’każijiet eċċezzjonali u ġġustifikati kif xieraq, il-limitu jista’ jiżdied iktar mill-persentaġġ għall-operazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-konservazzjoni ambjentali;

(b)

ix-xiri jew il-kiri b’opzjoni ta’ xiri ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi;

(c)

l-ispejjeż ġenerali marbuta man-nefqa msemmija fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma’ konsulenza dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi l-istudji dwar il-fattibbiltà; l-istudji dwar il-fattibbiltà jibqgħu nefqa eliġibbli anki meta, abbażi tar-riżultati tagħhom, ma tkun saret ebda nefqa skont il-punti (a) u (b);

(d)

ix-xiri jew l-iżvilupp ta’ softwer tal-kompjuter u x-xiri ta’ privattivi, liċenzji, drittijiet tal-awtur u marki kummerċjali;

(e)

l-ispejjeż biex jitwaqqfu pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti u l-istrument ekwivalenti tagħhom;

(f)

spejjeż oħrajn marbutin mal-miżuri speċifiċi tal-forestrija (bħal interventi ta’ darba), li jkunu konsistenti mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Iddeskrivi dawk l-ispejjeż u ġġustifika kif dawn għandhom x’jaqsmu mal-għan u n-natura tal-miżuri tal-forestrija mogħtija:

3.

Ikkonferma li l-għajnuna mhix se tingħata għal:

(a)

il-kapital operatorju;

(b)

spejjeż oħrajn marbutin ma’ kuntratti ta’ kiri, bħall-marġni tal-lokatur, l-ispejjeż tal-rifinanzjament tal-imgħax, l-ispejjeż ġenerali u l-miżati tal-assigurazzjoni.

4.

Ma’ xiex għandha x’taqsam l-għajnuna?

4.1.   

Għajnuna għat-tisġir u għall-ħolqien tal-imsaġar.

(it-Taqsima 2.1.1 tal-Linji Gwida)

4.1.1.

Ma’ xiex għandhom x’jaqsmu l-ispejjeż eliġibbli?

(a)

l-istabbiliment ta’ foresti u l-imsaġar fuq

art agrikola jew

art mhux agrikola

(b)

primjum annwali għal kull ettaru li jkopri l-ispejjeż tad-dħul agrikolu mitluf u tal-manutenzjoni, inklużi t-tindif kmieni u tard, għal perjodu massimu ta’ tnax-il sena.

Agħti aktar informazzjoni dwar l-ammonti tal-għajnuna u l-metodi ta’ kalkolu:

4.1.2.

Għal għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR li tagħmel parti minn programm tal-iżvilupp rurali, il-benefiċjarji ta’ din l-għajnuna huma detenturi tal-art privati u pubbliċi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom?

iva

le

Jekk iva, tista’ tingħata għajnuna għall-ispejjeż tal-istabbiliment u l-primjum annwali.

4.1.3.

L-Istat Membru jista’ jikkonferma li l-għajnuna tkopri biss l-ispejjeż tal-istabbiliment fil-każ ta’:

(a)

afforestazzjoni tal-art li tkun proprjetà ta’ awtoritajiet pubbliċi,

jew

(b)

siġar li jikbru malajr.

4.1.4.

L-Istat Membru jista’ jikkonferma li fil-każ li l-art tkun proprjetà tal-istat, l-għajnuna tista’ tingħata jekk il-korp li jieħu ħsieb din l-art ikun korp privat jew muniċipalità?

iva

le

4.1.5.

Jekk hemm benefiċjarji tal-għajnuna oħrajn minbarra dawk elenkati fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, l-Istat Membru jista’ jikkonferma li l-għajnuna mhix miżura kofinanzjata mill-FAEŻR, iżda ffinanzjata biss minn riżorsi nazzjonali:

iva

le

4.1.6.

Huwa minnu li mhu se tingħata l-ebda għajnuna għat-tħawwil ta’ siġar b’rotazzjoni qasira li jinqatgħu żgħar, siġar tal-Milied jew siġar li jikbru malajr għall-produzzjoni tal-enerġija:

iva

le

4.1.7.

L-ispeċijiet imħawlin jaqblu mal-kundizzjonijiet ambjentali u klimatiċi taż-żona u jikkonformaw mar-rekwiżiti ambjentali minimi?

iva

le

4.1.8.

Ikkonferma u agħti informazzjoni u deskrizzjoni addizzjonali, li l-għajnuna tikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti ambjentali minimi:

(a)

l-għażla tal-ispeċijiet li jridu jitħawlu, taż-żoni u tal-metodi li jridu jintużaw għandhom jevitaw l-afforestazzjoni mhux xierqa ta’ ħabitats sensittivi bħalma huma l-artijiet tal-pit u l-artijiet mistagħdra u l-effetti negattivi fuq żoni b’valur ekoloġiku kbir inklużi ż-żoni b’biedja ta’ valur naturali kbir. Fis-siti meqjusa ta’ Natura 2000 skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats u d-Direttiva dwar l-Għasafar, trid titħalla biss issir afforestazzjoni konsistenti mal-għanijiet tal-ġestjoni tas-siti kkonċernati u miftiehma mal-awtorità tal-Istat Membru responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ Natura 2000;

(b)

l-għażla tal-ispeċijiet, il-varjetajiet, l-ekotipi u l-provenjenzi tas-siġar trid tqis il-ħtieġa għar-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u għal diżastri naturali u l-kundizzjoni pedoloġika u idroloġika taż-żona kkonċernata, kif ukoll il-karattru invażiv potenzjali tal-ispeċijiet fil-kundizzjonijiet lokali. Il-benefiċjarju jrid jintrabat li jipproteġi u jieħu ħsieb il-foresti tal-anqas matul il-perjodu li għalih jitħallas il-primjum għad-dħul agrikolu mitluf u għall-manutenzjoni. Dan irid jinkludi l-indukrar, iż-żbir jew ir-ragħa, kif xieraq, fl-interess tal-iżvilupp tal-foresta fil-futur u r-regolamentazzjoni tal-kompetizzjoni b’veġetazzjoni erbaċea u fl-istess waqt tii evitata l-akkumulazzjoni ta’ materjal li jikber minn taħt suxxettibbli għan-nar. Għall-ispeċijiet li jikbru malajr, l-Istati Membri jridu jiddefinixxu ż-żmien minimu u massimu qabel il-qtugħ. Iż-żmien minimu ma jistax ikun anqas minn tmien snin u ż-żmien massimu ma jistax jaqbeż l-20 sena;

(c)

meta minħabba kundizzjonijiet ambjentali jew klimatiċi diffiċli, inklużi d-degradazzjoni ambjentali, it-tħawwil ta’ speċijiet tas-siġar perenni ma jistax ikun mistenni li se jwassal biex tinħoloq kopertura ta’ foresta kif definit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, l-Istat Membru jista’ jippermetti lill-benefiċjarju jistabbilixxi kopertura ta’ veġetazzjoni ta’ siġar oħra. Il-benefiċjarju jrid jipprovdi l-istess livell ta’ attenzjoni u protezzjoni kif applikabbli għall-foresti;

(d)

għat-tisġir li jwassal biex jissawru foresti ta’ daqs li jaqbeż ċertu limitu definit mill-Istati Membri, l-operazzjoni trid tikkonsisti minn:

(i)

it-tħawwil esklussiv ta’ speċijiet adattati għall-ekoloġija u/jew speċijiet reżiljenti għat-tibdil tal-klima fiż-żona bijoġeografika kkonċernata, u li valutazzjoni tal-impatti ma tkunx sabithom li jheddu l-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema, jew li jkollhom impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem; jew

(ii)

taħlita ta’ speċijiet tas-siġar li tal-inqas tkun tinkludi 10 % taż-żona b’siġar ta’ weraq wesgħin, jew tal-inqas tliet speċijiet jew varjetajiet, li 10 % taż-żona jkunu l-inqas speċi abbundanti fosthom.

4.1.9.

Fiż-żoni fejn it-tisġir hu diffiċli minħabba kundizzjonijiet pedoklimatiċi severi, ikkonferma li tista’ tingħata għajnuna biex jitħawlu speċijiet oħrajn ta’ siġar perenni bħal xtieli u arbuxelli xierqa għall-kundizzjonijiet lokali.

4.1.10.

L-għajnuna hija limitata għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli?

iva

le

4.2.   

Għajnuna għall-istabbiliment ta’ sistemi tal-agroforestrija

(it-Taqsima 2.1.2 tal-Linji Gwida)

4.2.1.

Ikkonferma li l-għajnuna tista’ tingħata għall-istabbiliment ta’ sistemi tal-użu tal-art fejn is-siġar jitkabbru flimkien mal-agrikoltura fuq l-istess art kif stipulat fil-punt (35)65. tal-Linji Gwida.

iva

le

Iddeskrivi l-miżura tal-għajnuna:

4.2.2.

Fil-każ ta’ għajnuna kkofinanzjata mill-FAEŻR li tagħmel parti minn programm tal-iżvilupp rurali, ikkonferma li l-għajnuna tista’ tingħata biss lil detenturi privati tal-art, muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet tagħhom.

iva

le

4.2.3.

Jekk hemm benefiċjarji oħrajn eliġibbli minbarra dawk imsemmija fil-mistoqsija 4.2.2, huwa minnu li l-miżura tal-għajnuna hi ffinanzjata esklussivament minn riżorsi naturali?

iva

le

4.2.4.

Ma’ xiex għandhom x’jaqsmu l-ispejjeż eliġibbli?

(a)

l-istabbiliment ta’ sistema tal-agroforestrija.

Jekk iva, l-għajnuna hija limitata għal 80 % tal-ispejjeż eliġibbli għall-investiment għall-istabbiliment ta’ sistemi tal-agroforestrija?

iva

le

(b)

primjum annwali għal kull ettaru għall-manutenzjoni.

Jekk iva, l-għajnuna hija limitata għal 100 % tal-primjum annwali?

iva

le

4.2.5.

Iddefinixxi d-durata tal-perjodu massimu (għal perjodu massimu ta’ ħames snin):

4.2.6.

Iddikjara l-għadd minimu u massimu ta’ siġar li jridu jitħawlu għal kull ettaru, u uri li dan iqis il-kundizzjonijiet pedoklimatiċi lokali u l-kundizzjonijiet ambjentali, l-ispeċijiet tal-foresta u l-ħtieġa li jkun żgurat użu agrikolu sostenibbli tal-art.

4.3.   

Għajnuna għall-prevenzjoni biex titreġġa’ lura l-ħsara li saret lill-foresti minħabba nirien tal-foresti, diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jitqabblu ma’ diżastru naturali, avvenimenti klimatiċi avversi oħrajn, pesti tal-pjanti u avvenimenti katastrofiċi

(it-Taqsima 2.1.3 tal-Linji Gwida)

4.3.1.

Fil-każ ta’ għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR, li tagħmel parti minn programm tal-iżvilupp rurali, huwa minnu li l-għajnuna tista’ tingħata biss lil detenturi privati u pubbliċi tal-foresti u lil korpi privati u pubbliċi oħrajn u l-assoċjazzjonijiet tagħhom?

iva

le

4.3.2.

Jekk jista’ jkun hemm benefiċjarji oħrajn minbarra dawk imsemmija fil-mistqosija 4.3.1, huwa minnu li l-għajnuna hi ffinanzjata esklussivament minn riżorsi nazzjonali?

iva

le

4.3.3.

Ma’ xiex għandhom x’jaqsmu l-ispejjeż eliġibbli?

(a)

l-istabbiliment ta’ infrastruttura protettiva (li fil-każ ta’ nirien, ikunu koperti wkoll l-ispejjeż tal-manutenzjoni);

Ikkonferma li mhu se tingħata l-ebda għajnuna għal attivitajiet marbutin mal-agrikoltura f’żoni koperti minn impenji agri-ambjent-klimatiċi.

iva

le

(b)

attivitajiet lokali u fuq skala żgħira għall-prevenzjoni min-nirien u minn perikli naturali oħrajn, anki permezz tal-annimali li jirgħu;

(c)

l-istabbiliment u t-titjib tal-faċilitajiet għall-monitoraġġ tan-nar fil-foresti, il-pesti u l-mard, kif ukoll tat-tagħmir tal-komunikazzjoni

(d)

l-irkupru tal-potenzjal tal-foresti li sofrew ħsara minħabba nirien, diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jitqabblu ma’ diżastri naturali, avvenimenti klimatiċi avversi oħra, pesti tal-pjanti, avvenimenti katastrofiċi u avvenimenti relatati mat-tibdil fil-klima.

4.3.4.

Ikkonferma li l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti rrikonoxxew formalment li seħħ avveniment milli jissemma fil-punt (d) tal-mistoqsija 4.3.3 u li dan l-avveniment, jew inkella l-miżuri adottati skont id-Direttiva 2000/29/KE għall-waqfien, l-eradikazzjoni jew il-konteniment ta’ organiżmi dannużi, wasslu biex jinqered tal-anqas 20 % tal-potenzjal rilevanti tal-foresta.

iva

le

4.3.5.

Fil-każ ta’ għajnuna għall-prevenzjoni ta’ ħsara f’foresta minn pesti tal-pjanti, trid tingħata prova xjentifika u rikonoxximent xjentifiku mingħand organizzazzjoni xjentifika pubblika tar-riskju tal-okkorrenza tal-pest tal-pjanta. Meta rilevanti, trid tingħata wkoll lista ta’ organiżmi dannużi li jaf jikkawżaw il-pest tal-pjanta.

4.3.6.

Ikkonferma li l-operazzjonijiet eliġibbli huma konsistenti mal-pjan ta’ protezzjoni tal-foresti stabbilit mill-Istat Membru u speċjalment mal-azzjonijiet ta’ prevenzjoni u rkupru maħsuba fil-pjan ta’ protezzjoni tal-foresti.

iva

le

4.3.7.

Skont il-pjan ta’ protezzjoni tal-foresti stabbilit mill-Istat Membri, iż-żona kkonċernata hija kklassifikata li għandha r-riskju ta’ nar fil-foresta minn medju sa għoli?

iva

le

Jekk iva, din għandha tkun eliġibbli għal għajnuna għall-prevenzjoni min-nirien.

4.3.8.

Ikkonferma li mhu se tingħata l-ebda għajnuna għat-telf fid-dħul li jikkawżaw in-nirien, id-diżastri naturali, l-avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jitqabblu ma’ diżastru naturali, xi avvenimenti klimatiċi avversi oħrajn, il-pesti tal-pjanti, l-avvenimenti katastrofiċi, l-avvenimenti relatati mat-tibdil fil-klima.

iva

le

4.3.9.

L-għajnuna hi maħsuba biex tissewwa l-ħsara minħabba l-pesti tal-pjanti?

iva

le

4.3.10.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 4.3.9 hija iva, l-Istat Membru implimenta d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2009/128/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex isir użu sostenibbli tal-pestiċidi u tal-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti?

iva

le

4.3.11.

L-għajnuna għall-ispejjeż imsemmijin fil-mistoqsija 4.3.3 hija limitata għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli?

iva

le

4.3.12.

Iddeskrivi x’miżuri se jittieħdu biex jiġi eskluż kumpens żejjed, b’mod partikolari sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna mogħtija għall-ispejjeż eliġibbli u kull pagament ieħor li jirċievi l-benefiċjarju, inklużi l-ħlasijiet minn miżuri nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn jew minn poloz tal-assigurazzjoni għall-istess spejjeż eliġibbli huma limitati għal 100 %.

4.4.   

Għajnuna għall-investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi tal-foresti

(it-Taqsima 2.1.4 tal-Linji Gwida)

4.4.1.

Fil-każ ta’ għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR, li tagħmel parti minn programm tal-iżvilupp rurali, huwa minnu li l-għajnuna tista’ tingħata biss lil persuni naturali, lil detenturi privati u pubbliċi tal-foresti u korpi privati u pubbliċi oħrajn u l-assoċjazzjonijiet tagħhom?

iva

le

4.4.2.

Jekk hemm benefiċjarji oħrajn eliġibbli minbarra dawk imsemmija fil-mistoqsija 4.4.1, huwa minnu li l-miżura tal-għajnuna hi ffinanzjata esklussivament minn riżorsi naturali?

iva

le

4.4.3.

Ma’ xiex għandhom x’jaqsmu l-ispejjeż eliġibbli?

(a)

it-twettiq tal-impenji meħudin għal għanijiet ambjentali għall-forniment ta’ servizzi tal-ekosistema;

(b)

t-tisħiħ tal-valur tal-kumdità pubblika tal-foresti u tal-imsaġar fiż-żona kkonċernata;

(c)

it-titjib tal-potenzjal ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tal-ekosistemi.

Jekk hemm xi benefiċċju ekonomiku fit-tul, iddeskrivih:

4.4.4.

L-għajnuna hija limitata għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli?

iva

le

4.5.   

Għajnuna għall-investimenti f’teknoloġiji tal-forestrija u fl-ipproċessar, il-mobilizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-foresti

(it-Taqsima 2.1.5 tal-Linji Gwida)

4.5.1.

Għall-investimenti appoġġjati fl-infrastruttura tal-enerġija rinnovabbli, li jikkonsmaw jew jipproduċu enerġija, ikkonferma l-konformità mal-istandards minimi għall-effiċjenza enerġetika, meta dawn l-istandards ikunu jeżistu f’livell nazzjonali.

iva

le

Iddeskrivi kull standard minimu bħal dan u l-applikazzjoni tiegħu fil-miżura:

4.5.2.

Jekk l-investimenti għandhom x’jaqsmu ma’ installazzjonijiet bi skop primarju li jipproduċu elettriku mill-bijomassa, ikkonferma li jintuża persentaġġ minimu tal-enerġija termali ġġenerata.

iva

le

Iddeskrivi dawn ir-rekwiżiti li jrid jintuża persentaġġ minimu ta’ enerġija termali, u l-applikazzjoni tagħhom fil-miżura:

4.5.3.

L-għajnuna għal proġetti fil-bijoenerġija hija limitata għall-bijoenerġija li tissodisfa l-kriterji tas-sostenibbiltà applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, fosthom bl-Artikolu 17(2) sa (6) tad-Direttiva 2009/28/KE?

iva

le

Iddeskrivi kull rekwiżit bħal dan u l-applikazzjoni tiegħu fil-miżura:

4.5.4.

Ikkonferma li l-għajnuna tista’ tingħata biss lil detenturi privati tal-foresti, muniċipalitajiet u l-assoċjazzjonijiet tagħhom jew lil SMEs jew impriżi li mhumiex SMEs li qegħdin fit-territorji ta’ Azores, Madeira, il-gżejjer Kanarji u l-gżejjer minuri tal-Eġew skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 (52) u d-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej.

iva

le

4.5.5.

Iddeskrivi l-benefiċjarji eliġibbli:

4.5.6.

Ma’ xiex għandhom x’jaqsmu l-ispejjeż eliġibbli?

(a)

investimenti li jsaħħu l-potenzjal tal-forestrija:

(i)

investimenti għal makkinarju u prattiki tal-ħsad li ma jagħmlux ħsara lill-ħamrija u lir-riżorsi;

(ii)

investimenti oħra.

(b)

ipproċessar, mobilizzazzjoni u kummerċjalizzazzjoni li jżidu l-valur tal-prodotti tal-foresti.

4.5.7.

Iddeskrivi l-miżura fid-dettall:

4.5.8.

Jekk l-investimenti huma marbutin mat-titjib tal-valur ekonomiku tal-foresti, agħti ġustifikazzjoni b’rabta mat-titjib mistenni fil-foresti f’azjenda waħda jew iktar u speċifika jekk humiex inklużi l-investimenti għal makkinarju u prattiki tal-ħsad li ma jagħmlux ħsara lill-ħamrija u lir-riżorsi:

4.5.9.

Fil-każ ta’ investimenti li huma relatati mal-użu tal-injam bħala materja prima jew sors tal-enerġija, dawk huma limitati għall-operazzjonijiet kollha tax-xogħol qabel l-ipproċessar industrijali?

iva

le

4.5.10.

Indika jekk l-intensitajiet tal-għajnuna mhumiex dawn:

(a)

L-għajnuna hija limitata għal 75 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi jew il-gżejjer minuri tal-Eġew?

iva

le

(b)

L-għajnuna hija limitata għal 50 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli f’reġjuni anqas żviluppati u fir-reġjuni kollha li l-PDG tagħhom għal kull ras tul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 kien inqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 għall-perjodu ta’ referenza iżda li l-PDG tagħhom għal kull ras jaqbeż il-75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27?

iva

le

(c)

L-għajnuna hija limitata għal 40 % tal-ammont eliġibbli għal investiment f’reġjuni oħrajn?

iva

le

4.6.   

Għajnuna għall-investimenti fl-infrastruttura relatata mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament tal-forestrija

(it-Taqsima 2.1.6 tal-Linji Gwida)

4.6.1.

Ma’ xiex għandhom x’jaqsmu l-ispejjeż eliġibbli?

(a)

investiment:

(i)

f’assi tanġibbli u/jew

(ii)

assi intanġibbli.

(b)

infrastruttura relatata ma’:

(i)

l-iżvilupp tal-foresti;

(ii)

il-modernizzazzjoni tal-foresti;

(iii)

l-adattament tal-foresti;

(c)

l-investimenti jinkludu:

(i)

aċċess għall-art tal-foresti;

(ii)

il-konsolidazzjoni u t-titjib tal-art;

(iii)

il-provvista u l-iffrankar tal-enerġija u tal-ilma.

4.6.2.

Iddeskrivi l-miżura fid-dettall:

4.6.3.

Indika jekk l-intensitajiet tal-għajnuna mhumiex dawn:

(a)

L-għajnuna hija limitata għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli fil-każ ta’:

(i)

investimenti mhux produttivi;

(ii)

investimenti maħsuba esklussivament biex jitjieb il-valur ambjentali tal-foresti;

(iii)

investimenti għal toroq tal-foresti li jinfetħu għall-pubbliku b’xejn u li jaqdu l-aspetti multifunzjonali tal-foresta?

iva

le

(b)

Fil-każ ta’ investimenti li jtejbu l-potenzjal ekonomiku fi żmien qasir jew fit-tul tal-foresti, l-għajnuna hija limitata għal 75 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi jew fil-gżejjer minuri tal-Eġew?

iva

le

(c)

Fil-każ tal-investimenti li jtejbu l-potenzjal ekonomiku tal-foresti fi żmien qasir jew fit-tul, l-għajnuna hija limitata għal 50 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli f’reġjuni anqas żviluppati u fir-reġjuni kollha li l-PDG tagħhom għal kull ras tul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013 kien inqas minn 75 % tal-medja tal-UE-25 għall-perjodu ta’ referenza iżda li l-PDG tagħhom għal kull ras jaqbeż il-75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27?

iva

le

(d)

Fil-każ ta’ investimenti li jtejbu l-potenzjal ekonomiku fi żmien qasir jew fit-tul tal-foresti, l-għajnuna hija limitata għal 40 % tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli f’reġjuni oħrajn?

iva

le

(e)

Fil-każ li jiġu appoġġatti investimenti fl-aċċess għall-art tal-forestrija, indika d-densità mejda tal-mogħdijiet/toroq tal-foresta fiż-żona kkonċernata, qabel u wara l-investiment (f’metri għal kull ettaru) …………………….…

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

2.2.   GĦAJNUNA GĦALL-IŻVANTAĠĠI MARBUTIN MAŻ-ŻONI TAL-FORESTI TA’ NATURA 2000

1.1.

Fil-każ ta’ miżura ta’ programm tal-iżvilupp rurali kofinanzjata mill-FAEŻR, huwa minnu li l-għajnuna tista’ tingħata lil detenturi privati tal-foresti u/jew lil assoċjazzjonijiet tad-detenturi privati tal-foresti

iva

le

1.2.

Jekk hemm benefiċjarji oħrajn eliġibbli minbarra dawk imsemmija fil-mistoqsija 1.1, huwa minnu li l-miżura tal-għajnuna hi ffinanzjata esklussivament minn riżorsi naturali?

iva

le

2.

L-għajnuna tingħata kull sena u għal kull ettaru ta’ foresta?

iva

le

3.

Indika ż-żoni kkonċernati minn dawn:

(a)

iż-żoni tal-foresti ta’ Natura 2000 magħżula skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats u d-Direttiva dwar l-Għasafar;

(b)

żoni delimitati oħrajn ta’ ħarsien naturali b’restrizzjonijiet ambjentali applikabbli għal foresti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats; diment li, meta l-miżura tkun kofinanzjata mill-FAEŻR bħala miżura tal-iżvilupp rurali, għal kull programm tal-iżvilupp rurali, dawk iż-żoni ma jkunux jaqbżu l-5 % taż-żoni magħżulin ta’ Natura 2000 koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tagħha; għal miżuri tal-għajnuna ffinanzjati esklussivament minn fondi nazzjonali, din ir-restrizzjoni territorjali msemmija ma tgħoddx.

4.

Indika l-ispejjeż eliġibbli:

(a)

l-ispejjeż addizzjonali mġarrbin minħabba l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħabitats u tad-Direttiva dwar l-Għasafar;

(b)

id-dħul mitluf minħabba l-iżvantaġġi fiż-żoni kkonċernati.

Iddeskrivi l-metodoloġija tal-kalkolu:

5.

Indika l-ammont għal kull ettaru fis-sena:

L-għajnuna minn din il-miżura hija limitata għal massimu ta’ EUR 500 għal kull ettaru fis-sena fil-perjodu inizjali li ma jaqbiżx il-ħames snin u għal mhux aktar minn EUR 200 għal kull ettaru minn hemm ‘il quddiem. Jekk jinqabżu l-ammonti massimi, iġġustifika dawk l-ammonti maqbuża, filwaqt li tqis u tiddeskrivi ċ-ċirkustanzi speċifiċi kif spjegat fil-programm tal-żvilupp rurali jew xi mkien ieħor (meta l-miżura tkun iffinanzjata esklussivament minn riżorsi naturali):

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

2.3.   GĦAJNUNA GĦAL SERVIZZI TAL-FORESTI-AMBJENT U KLIMATIĊI U GĦALL-KONSERVAZZJONI TAL-FORESTI

1.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

1.1.

Fil-każ ta’ għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR li tagħmel parti minn programm tal-iżvilupp rurali, huwa minnu li l-għajnuna tista’ tingħata biss lil detenturi privati u pubbliċi ta’ foresti u korpi pubbliċi u tal-liġi privata oħrajn u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u li fil-każ ta’ foresti proprjetà tal-istat, l-għajnuna tista’ tingħata biss jekk il-korp li jieħu ħsieb din il-foresta jkun korp privat jew muniċipalità?

iva

le

1.1.1.

Jekk hemm benefiċjarji oħrajn eliġibbli minbarra dawk imsemmija fil-mistoqsija 1.1, huwa minnu li l-għajnuna hi ffinanzjata esklussivament minn riżorsi naturali?

iva

le

1.1.2.

Fil-każ ta’ għajnuna għall-konservazzjoni u l-promozzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi tal-foresta, speċifika l-benefiċjarji eliġibbli:

(a)

entitajiet pubbliċi;

(b)

entitajiet privati.

Agħti aktar informazzjoni fuq il-benefiċjarji eliġibbli:

1.2.

Iddeskrivi l-impenji volontarji li jridu jittieħdu u indika jekk imorrux lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji rilevanti li jistabbilixxi l-att nazzjonali dwar il-forestrija jew li tistabbilixxi xi leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti oħra.

Indika:

(a)

ir-rekwiżiti obbligatorji relevanti kif identifikati fil-programm tal-iżvilupp rurali, fil-każ ta’ miżura ta’ programm tal-iżvilupp rurali:

(b)

ir-rekwiżiti obbligatorji relevanti, fil-każ ta’ miżuri tal-għajnuna ffinanzjati esklussivament minn fondi nazzjonali, u ddeskrivihom fid-dettall jew ehmiżhom mad-dokumentazzjoni:

(c)

Niżżel id-durata tal-impenji meħudin (bejn 5 u 7 snin): …

(d)

Jekk id-durata tal-perjodu tal-impenn hija itwal, iġġustifika għaliex titqies meħtieġa fil-każ tat-tip partikolari ta’ impenn.

1.3.

Liema, minn fost dawn il-ħlasijiet, għandhom x’jaqsmu mal-ispejjeż eliġibbli?

(a)

il-ħlasijiet li jikkumpensaw lill-benefiċjarji għall-ispejjeż addizzjonali (kollha jew parti minnhom) li jġarrbu minħabba l-impenji;

Iddikjara l-ammont:

(b)

il-ħlasijiet li jikkumpensaw lill-benefiċjarji għad-dħul mitluf li jġarrbu minħabba l-impenji meħudin;

Iddikjara l-ammont:

(c)

il-ħlasijiet li jkopru l-ispejjeż tat-tranżizzjoni sa mhux aktar minn 20 % tal-primjum imħallas għall-impenji volontarji tal-foresti-ambjent. Għalfejn dan hu meħtieġ?

(d)

fil-każ ta’ operazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-konservazzjoni tal-ambjent, tista’ tingħata għajnuna bħala ħlas wieħed b’rata fissa jew ta’ darba għal kull unità għall-impenji volontarji biex ma jsirx użu kummerċjali tas-siġar u tal-foresti, li jiġi kkalkulat skont l-ispejjeż addizzjonali mġarrba u d-dħul mitluf.

Iddeskrivi l-metodoloġija tal-kalkolu:

1.4.

L-għajnuna tingħata għal kull ettaru ta’ foresta?

iva

le

Fil-każ ta’ għajnuna kofinanzjata mill-FAEŻR li tagħmel parti minn programm tal-iżvilupp rurali, l-għajnuna għal azjendi tal-foresti li taqbeż ċertu limitu definit mill-Istat Membru, tingħata bil-patt u l-kundizzjoni li jitressaq pjan ta’ ġestjoni tal-foresta jew strument ekwivalenti konformi mal-ġestjoni sostenibbli tal-foresta?

iva

le

Agħmel referenza għall-informazzjoni rilevanti minn pjan ta’ ġestjoni tal-foresta jew minn strument ekwivalenti konformi mal-ġestjoni sostenibbli tal-foresta kif stipulat mill-Konferenza Ministerjali tal-1993 dwar il-protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa (53).

1.5.

L-għajnuna hija limitata għal mhux aktar minn EUR 200 għal kull ettaru fis-sena (ħlief fejn tidħol l-għajnuna deskritta fil-mistoqsija 1.6)?

iva

le

Jekk l-ammont jaqbeż il-EUR 200 għal kull ettaru fis-sena, iġġustifikah filwaqt li tqis iċ-ċirkustanzi speċifiċi ġġustifikati fil-programmi tal-iżvilupp rurali (fil-każ ta’ miżura ta’ programm tal-iżvilupp rurali) jew xi mkien ieħor f’din in-notifika.

1.6.

L-għajnuna tingħata għal operazzjonijiet għall-konservazzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi?

iva

le

X’jinkludu l-operazzjonijiet?

(a)

azzjonijiet immirati: azzjonijiet li jippromwovu l-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġbir u l-użu ta’ riżorsi ġenetiċi fil-forestrija, inklużi inventarji bbażati fuq l-Internet ta’ riżorsi ġenetiċi li bħalissa huma kkonservati in situ, inkluża l-konservazzjoni f’azjenda fil-foresta, ta’ ġabriet u bażijiet tad-dejta ex situ;

(b)

azzjonijiet konċertati: azzjonijiet li jippromwovu l-iskambju ta’ informazzjoni għall-konservazzjoni, il-karatterizzazzjoni, il-ġbir u l-użu ta’ riżorsi ġenetiċi fil-forestrija tal-Unjoni, bejn l-organizzazzjonijiet kompetenti fl-Istati Membri;

(c)

azzjonijiet ta’ akkumpanjament: azzjonijiet ta’ informazzjoni, tixrid u konsultazzjoni li jinvolvu organizzazzjonijiet mhux governattivi u lil partijiet interessati oħra rilevanti, korsijiet tat-taħriġ u t-tħejjija ta’ rapporti tekniċi.

Iddeskrivi fid-dettall l-operazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-konservazzjoni u mal-promozzjoni ta’ riżorsi ġenetiċi tal-foresti:

1.7.

L-għajnuna hija limitata għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli?

iva

le

2.   IL-KLAWŻOLA TA’ REVIŻJONI

2.1.

Għall-operazzjonijiet inklużi f’din l-għajnuna, ġiet prevista xi klawżola ta’ reviżjoni?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (724) tal-Linji Gwida, l-Istat Membru hu obbligat li jipprovdi klawżola ta’ reviżjoni ħalli jiżgura l-aġġustament tal-operazzjonijiet fil-każ ta’ emendi tal-istandards obbligatorji, ir-rekwiżiti jew l-obbligi rilevanti msemmija fit-Taqsima 2.4. tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Linji Gwida li jridu jinqabżu mill-impenji msemmija f’dik it-Taqsima.

2.2.

Din l-għajnuna tmur lil hinn mill-perjodu ta’ programmazzjoni tal-iżvilupp rurali 2014-2020?

iva

le

Jekk iva, skont il-punt (725) tal-Linji Gwida, l-Istat Membru hu obbligat li jipprovdi klawżola ta’ reviżjoni ħalli jiżgura l-aġġustament tal-operazzjonijiet fil-qafas ġuridiku ta’ dan il-perjodu ta’ programmazzjoni.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

2.4.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦAT-TRASFERIMENT TAL-GĦARFIEN U GĦAL AZZJONIJIET TAL-INFORMAZZJONI FIS-SETTUR TAL-FORESTRIJA

1.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

1.1.

Min huma l-benefiċjarji tal-għajnuna?

1.2.

L-għajnuna hija disponibbli għal min hu eliġibbli fiż-żona kkonċernata b’kundizzjonijiet definiti b’mod oġġettiv?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

1.3.

Meta t-trasferiment tal-għarfien u l-azzjonijiet tal-informazzjoni jagħmluhom gruppi tal-produtturi jew organizzazzjonijiet oħrajn, l-aċċess għas-servizz qed jingħata bil-patt u l-kundizzjoni ta’ sħubija fi gruppi jew organizzazzjonijiet bħal dawn?

iva

le

Jekk iva, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

1.4.

Il-kontribuzzjoni ta’ dawk li mhumiex membri għall-ispejjeż amministrattivi tal-grupp jew tal-organizzazzjoni konċernata hija limitata għall-ispejjeż biex jingħata s-servizz?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.   L-GĦAJNUNA GĦAT-TRASFERIMENT TAL-GĦARFIEN U GĦAL AZZJONIJIET TAL-INFORMAZZJONI

2.1.

Liema tip minn fost dawn it-tipi ta’ għajnuna jista’ jiġi ffinanzjat bl-iskema tal-għajnuna jew bil-miżura individwali?

(a)

it-taħriġ vokazzjonali u l-kisba tal-ħiliet, inklużi korsijiet ta’ taħriġ, sessjonijiet ta’ ħidma u kkowċjar;

(b)

attivitajiet tal-wiri;

(c)

azzjonijiet tal-informazzjoni;

(d)

l-għajnuna li tkopri l-iskambju tal-maniġment tal-foresti għal żmien qasir u ż-żjarat fil-foresti.

2.2.

Liema minn dawn l-ispejjeż eliġibbli tkopri l-miżura tal-għajnuna?

(a)

l-ispejjeż biex jiġu organizzati taħriġ vokazzjonali, l-azzjonijiet għall-kisba tal-ħiliet, l-attivitajiet tal-wiri jew l-attivitajiet informattivi;

(b)

l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni u l-ispejjeż per diem tal-parteċipanti;

(c)

l-ispiża tal-għoti tas-servizzi ta’ sostituzzjoni meta l-parteċipanti jkunu assenti;

(d)

l-ispejjeż marbutin ma’ proġetti tal-wiri.

2.3.

Fil-każ ta’ proġetti tal-wiri, x’jinkludu l-ispejjeż eliġibbli tal-investiment?

(a)

il-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli, bl-art biss tkun eliġibbli sa limitu li ma jaqbiżx l-10 % tal-ispejjeż kollha eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata;

(b)

ix-xiri jew il-kiri b’opzjoni ta’ xiri ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi;

(c)

l-ispejjeż ġenerali marbuta man-nefqa msemmija fil-punti (a) u (b), bħal tariffi tal-perit, tal-inġinier u tal-konsultazzjoni, tariffi relatati ma’ konsulenza dwar is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi l-istudji dwar il-fattibbiltà;

(d)

ix-xiri jew l-iżvilupp ta’ softwer tal-kompjuter u x-xiri ta’ privattivi, liċenzji, drittijiet tal-awtur u marki kummerċjali.

L-ispejjeż eliġibbli huma limitati għal dawk elenkati fil-punti (293) u (565) tal-Linji Gwida.

2.4.

L-istudji dwar il-fattibbiltà jibqgħu nefqa eliġibbli anki meta, abbażi tar-riżultati tagħhom, ma tkun iġġarrbet l-ebda nefqa skont il-punt (293)(d)(i)-(ii) tal-Linji Gwida?

iva

le

2.5.

Ġew definiti d-durata u l-kontenut tal-iskambji tal-maniġment tal-foresta għal żmien qasir u ż-żjarat fil-foresti?

iva

le

Ipprovdi d-dettalji:

mill-programm tal-iżvilupp rurali: …

jew hawnhekk, f’dan il-Folju: …

2.6.

Indika fuq xiex jiffukaw dawk l-iskemi u l-iskambji:

(a)

teknoloġiji u/jew metodi sostenibbli tal-forestrija;

(b)

l-iżvilupp ta’ opportunitajiet kummerċjali ġodda

(c)

l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda

(d)

it-titjib tar-reżiljenza tal-foresti

(e)

oħrajn, semmi:

2.7.

Il-korpi li jipprovdu s-servizzi ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ informazzjoni għandhom il-kapaċitajiet xierqa mil-lat ta’ kwalifiki tal-persunal u taħriġ regolari biex iwettqu dawk il-kompiti?

iva

le

2.8.

Kif se tingħata l-għajnuna?

(a)

in natura permezz ta’ servizzi sussidjati;

(b)

bl-għamla ta’ ħlasijiet diretti ta’ flus lill-benefiċjarji biss fl-għamla ta’ rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni u l-ispejjeż per diem tal-parteċipanti.

L-għajnuna msemmija fil-punt (293)(a) u fil-punt (293)(d)(i) sa (iv) tal-Linji Gwida ma tistax tinvolvi ħlasijiet diretti lill-benefiċjarji.

2.9.

Dak li se jirċievi l-għajnuna msemmi fil-punt (293)(a) u fil-punt (d)(i) sa (iv) tal-Linji Gwida se jkun il-fornitur tat-trasferiment tal-għarfien u tal-azzjoni tal-informazzjoni?

iva

le

2.10.

Iddikjara l-intensità massima tal-għajnuna (mhux aktar minn 100 %) …

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

2.5.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦAL SERVIZZI TA’ KONSULENZA FIS-SETTUR TAL-FORESTRIJA

1.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

1.1.

Min huma l-benefiċjarji tal-għajnuna?

1.2.

L-għajnuna hija disponibbli għal min hu eliġibbli fiż-żona kkonċernata b’kundizzjonijiet definiti b’mod oġġettiv?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

1.3.

Meta l-għoti ta’ servizzi ta’ konsulenza jsir minn gruppi tal-produtturi jew organizzazzjonijiet oħrajn, l-aċċess għas-servizz qed jingħata bil-patt u l-kundizzjoni ta’ sħubija fi gruppi jew organizzazzjonijiet bħal dawn?

iva

le

Jekk iva, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

1.4.

Il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż amministrattivi tal-grupp jew tal-organizzazzjoni konċernata mingħand dawk li mhumiex membri hija limitata għall-ispejjeż biex jiġi pprovdut s-servizz?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.   L-GĦAJNUNA GĦAL SERVIZZI TA’ KONSULENZA

2.1.

Liema wieħed minn dawn it-tipi ta’ għajnuna jistgħu jiġu ffinanzjati bl-iskema tal-għajnuna/il-miżura individwali (54)?

(a)

tgħin lill-impriżi attivi fis-settur tal-forestrija jibbenefikaw mill-użu ta’ servizzi ta’ konsulenza biex titjieb il-prestazzjoni ekonomika u ambjentali kif ukoll l-ekoloġizzazzjoni u r-reżiljenza tal-klima tal-impriża tagħhom, tal-intrapriża u/jew l-investiment tagħhom;

(b)

konsulenza fuq kwistjonijiet oħrajn.

Iddeskrivi l-miżuri maħsuba:

2.2.

Il-konsulenza lill-impriżi fis-settur tal-forestrija se tkopri tal-inqas xi wieħed minn dawn l-elementi?

(a)

l-obbligi rilevanti skont

id-Direttiva dwar il-Ħabitats

id-Direttiva dwar l-Għasafar

id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma;

(b)

kwistjonijiet marbutin mal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjenda tal-foresta;

(c)

xi kwistjonijiet oħrajn, bħal:

2.3.

L-għajnuna tingħata lill-fornitur tas-servizzi ta’ konsulenza u ma tinvolvix ħlasijiet diretti lil impriżi attivi fis-settur tal-forestrija (il-benefiċjarji):

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.4.

Il-korpi magħżulin għall-konsulenza għandhom ir-riżorsi xierqa mil-lat ta’ persunal kwalifikat u mħarreġ b’mod regolari, u l-esperjenza u l-affidabbiltà tal-konsulenza fir-rigward tal-oqsma li fihom jagħtu konsulenza?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.5.

Il-konsulenza tingħata parzjalment fi grupp?

iva

le

Filwaqt li tqis is-sitwazzjoni tal-utent individwali tas-servizzi ta’ konsulenza, iġġustifika meta l-konsulenza tingħata parzjalment fi grupp:

2.6.

L-ammont tal-għajnuna hu limitat għal EUR 1 500 għal kull parir?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.7.

Meta tingħata konsulenza, il-fornituri tas-servizz ta’ konsulenza jieħdu l-impenn li jirrispettaw l-obbligi tal-kunfidenzjalità msemmijin fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013?

iva

le

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

2.6.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA BL-ISKOP TA’ KOPERAZZJONI FIS-SETTUR TAL-FORESTRIJA

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat bl-iskop ta’ koperazzjoni fis-settur tal-forestrija kif deskritt fit-Taqsima 2.6 tal-Linji Gwida tal-UE għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”). Għal għajnuna bl-iskop ta’ koperazzjoni fis-settur tal-forestrija li tkun relatata ma’ koperazzjoni orizzontali u vertikali fost l-atturi tal-katina tal-provvista fil-produzzjoni sostenibbli tal-bijomassa għall-produzzjoni tal-enerġija u l-proċessi industrijali u għat-turiżmu rurali, irid jimtela l-Folju li jkopri t-Taqsima 3.10 tal-Parti II tal-Linji Gwida.

1.   IT-TIP TA’ GĦAJNUNIET

1.1.

Tal-inqas, il-koperazzjoni tinvolvi:

żewġ entitajiet fis-settur tal-forestrija;

entità fis-settur tal-forestrija u entità fis-settur agrikolu.

1.2.

L-għajnuna tingħata sabiex tippromwovi għamliet ta’ koperazzjoni li għall-ġid tas-settur tal-forestrija, u b’mod partikolari tinvolvi:

(a)

approċċi ta’ koperazzjoni fost atturi differenti fis-settur tal-forestrija u atturi oħrajn attivi fis-settur tal-forestrija li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet u jinkisbu l-prijoritajiet tal-politika dwar l-iżvilupp rurali, inklużi l-gruppi tal-produtturi, il-koperattivi u l-organizzazzjoni interprofessjonali;

(b)

it-twaqqif ta’ raggruppamenti u netwerks fis-settur tal-forestrija;

(c)

it-twaqqif u t-tħaddim ta’ gruppi operazzjonali tal-EIP għall-produttività u s-sostenibbiltà tal-forestrija kif imsemmi fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

2.   L-ISPEJJEŻ ELIĠIBBLI U L-INTENSITÀ TAL-GĦAJNUNA

2.1.

L-għajnuna se tingħata għall-koperazzjoni marbuta ma’ dawn l-attivitajiet:

(a)

proġetti pilota;

(b)

l-iżvilupp ta’ prodotti, prattiki, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-settur tal-forestrija;

(c)

koperazzjoni fost l-operaturi ż-żgħar biex jorganizzaw proċessi ta’ ħidma konġunta u biex issir kondiviżjoni tal-faċilitajiet u tar-riżorsi;

(d)

koperazzjoni orizzontali u vertikali fost l-atturi fil-katina tal-provvista ħalli jitwaqqfu pjattaformi loġistiċi li jippromwovu l-ktajjen qosra tal-provvista u s-swieq lokali;

(e)

attivitajiet promozzjonali f’kuntest lokali relatati mal-iżvilupp ta’ katina qasira tal-provvista u s-swieq lokali;

(f)

azzjoni konġunta bil-għan li jittaffa t-tibdil fil-klima jew bil-għan ta’ adattament għalih;

(g)

approċċi komuni għall-proġetti ambjentali u għall-prattiki ambjentali li qed jitħaddmu, fosthom il-ġestjoni effiċjenti tal-ilma, l-użu tal-enerġija rinnovabbli u l-priżervazzjoni tal-pajsaġġi agrikoli;

(h)

koperazzjoni orizzontali u vertikali fost l-atturi fil-katina tal-provvista fil-produzzjoni sostenibbli tal-bijomassa li tintuża fil-produzzjoni tal-ikel jekk din twassal għal prodott agrikolu u fil-produzzjoni tal-enerġija għall-konsum tagħha stess;

(i)

it-tfassil ta’ pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew strument ekwivalenti;

(j)

l-implimentazzjoni, b’mod partikolari minn gruppi ta’ sħab pubbliċi u privati ħlief dawk definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, tal-istrateġiji tal-iżvilupp lokali ħlief dawk definiti fl-Artikolu 2(19) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, li jindirizzaw waħda jew aktar mill-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali.

2.2.

Fil-każ tal-għajnuna biex jitwaqqfu r-raggruppamenti u n-netwerks, din se tingħata biss lil raggruppamenti u netwerks iffurmati ġodda u lil dawk li se jibdew attività li hi ġdida għalihom?

iva

le

Jekk le, skont il-Linji Gwida tal-Unjoni, din l-għajnuna ma tistax tingħata.

2.3.

L-għajnuna għal proġetti pilota u għall-iżvilupp ta’ prodotti, prattiki, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-settur tal-forestrija tista’ tingħata wkoll lil atturi individwali. Meta l-għajnuna tingħata lil atturi individwali, ir-riżultati tal-proġetti jew tal-attivitajiet appoġġati se jitqassmu?

iva

le

Jekk le, skont il-Linji Gwida tal-Unjoni, din l-għajnuna ma tistax tingħata.

2.4.

L-għajnuna se tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, b’mod partikolari mal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (706) tal-Linji Gwida din l-għajnuna ma tistax tingħata.

Jekk iva, spjega kif se tkun żgurata din il-konformità.

2.5.

L-għajnuna tista’ tingħata biex tkopri dawn l-ispejjeż eliġibbli diment li dawn ikollhom x’jaqsmu mal-attivitajiet fis-settur tal-forestrija:

(a)

l-ispejjeż tal-istudji taż-żona kkonċernata, l-istudji ta’ fattibbiltà, u t-tfassil ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jew pjan ta’ ġestjoni tal-foresta jew ekwivalenti jew strateġija tal-iżvilupp lokali għajr dik imsemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(b)

l-ispejjeż għall-animazzjoni taż-żona kkonċernata sabiex ikun jista’ jsir proġett territorjali kollettiv jew proġett li jrid jitwettaq minn grupp operazzjonali tal-EIP għall-produttività u s-sostenibbiltà tal-forestrija kif imsemmi fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013; fil-każ tar-raggruppamenti, l-animazzjoni tista’ tikkonċerna wkoll l-organizzazzjoni ta’ taħriġ, netwerks bejn il-membri u r-reklutaġġ ta’ membri ġodda;

(c)

l-ispejjeż operazzjonali tal-koperazzjoni, bħalma huma l-paga tal-“koordinatur”;

(d)

l-ispejjeż diretti ta’ proġetti speċifiċi marbuta mal-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, pjan ambjentali jew pjan ta’ ġestjoni tal-foresti jew ekwivalenti, strateġija tal-iżvilupp lokali li mhix dik imsemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jew azzjonijiet oħrajn maħsuba għall-innovazzjoni inkluż l-ittestjar; l-ispejjeż diretti relatati jridu jkunu limitati għall-ispejjeż eliġibbli u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna tal-għajnuna għall-investiment fis-settur tal-forestrija, kif speċifikat fit-Taqsima 2.1 tal-Parti II tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna għall-investiment;

(e)

l-ispejjeż tal-attivitajiet promozzjonali.

2.6.

L-għajnuna se tkun limitata għal perjodu massimu ta’ seba’ snin ħlief għall-azzjoni ambjentali kollettiva f’każijiet ġustifikati kif xieraq?

iva

le

Agħti l-ġustifikazzjoni għall-azzjonijiet ambjentali kollettivi li jaqbżu s-seba’ snin:

2.7.

L-għajnuna tingħata sa: …………% tal-ispejjeż eliġibbli mhux aktar minn 100 %, ħlief għall-ispejjeż diretti).

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

2.7.   GĦAJNUNA TAL-BIDU TA’ NEGOZJU GĦAL GRUPPI U ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-PRODUTTURI FIS-SETTUR TAL-FORESTRIJA

1.

Huwa minnu li l-għajnuna tingħata biss lil gruppi u organizzazzjonijiet tal-produtturi li huma SMEs u li ma tingħata l-ebda għajnuna lil (1) organizzazzjonijiet, entitajiet jew korpi tal-produzzjoni, bħal kumpaniji jew kooperattivi, b’għan ta’ ġestjoni ta’ azjenda tal-forestrija waħda jew iktar u li għalhekk huma produttur uniku jew (2) assoċjazzjonijiet oħrajn tal-forestrija li jwettqu kompiti, bħal appoġġ reċiproku u servizzi ta’ ġestjoni tal-foresta fl-azjenda tal-membri bla ma jkunu involuti fl-adattament konġunt tal-provvista tas-suq?

iva

le

Il-Kummissjoni ma tawtorizzax għajnuna skont it-Taqsima 2.7 tal-Parti II tal-Linji Gwida favur l-intrapriżi l-kbar.

2.

ikkonferma li l-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftehmin konklużi fil-qafas tal-grupp jew l-organizzazzjoni tal-produtturi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, u b’mod partikolari mal-Artikolu 101 u 102 tat-Trattat.

iva

le

3.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat irrikonoxxiet formalment lill-gruppi lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi skont sottomissjoni ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju?

iva

le

4.

L-Istat Membru huwa obbligat jivverifika li ntlaħqu l-għanijiet tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju matul perjodu ta’ ħames snin mid-data tar-rikonoxximent tal-grupp jew tal-organizzazzjoni tal-produtturi?

iva

le

5.

Jekk l-għajnuna hi ffinanzjata esklużivament mir-riżorsi nazzjonali, l-ispejjeż eliġibbli għandhom x’jaqsmu ma’:

(a)

il-kirja ta’ bini xieraq;

(b)

ix-xiri ta’ tagħmir tal-uffiċċju, inklużi l-ħardwer u s-softwer tal-kompjuter, l-ispejjeż tal-persunal amministrattiv, l-ispejjeż ġenerali u l-miżati legali u amministrattivi.

6.

Meta jinxtara l-bini msemmi fil-mistoqsija 5, l-ispejjeż se jkunu limitati għall-ispejjeż tal-kiri bir-rati tas-suq?

iva

le

7.

Jekk l-għajnuna hi ffinanzjata esklużivament mir-riżorsi nazzjonali, l-ispejjeż iġarrbu wara l-ħames sena mid-data tar-rikonoxximent tal-grupp jew tal-organizzazzjoni tal-produtturi min-naħa tal-awtorità kompetenti abbażi tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju?

iva

le

Jekk le, skont il-Linji Gwida tal-Unjoni, din l-għajnuna ma tistax tingħata.

8.

Jekk l-għajnuna tingħata bħala parti mill-programm tal-iżvilupp rurali jew bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal miżura tal-iżvilupp rurali, din tiġi kkalkulata skont il-produzzjoni kummerċjalizzata medja tal-grupp jew tal-organizzazzjoni?

iva

le

Jekk id-dejta dwar il-produzzjoni kummerċjalizzata tal-grupp jew tal-organizzazzjoni ma tkunx disponibbli, l-appoġġ fl-ewwel sena għandu jiġi kkalkulat skont il-produzzjoni kummerċjalizzata medja tal-membri tal-grupp jew tal-organizzazzjoni tul l-aħħar ħames snin qabel ir-rikonoxximent, mingħajr l-ogħla u l-inqas ammont.

9.

Jekk l-għajnuna tingħata bħala parti mill-programm tal-iżvilupp rurali jew bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal miżura tal-iżvilupp rurali, l-għajnuna titħallas bħala għajnuna b’rata fissa fi ħlasijiet parzjali annwali għall-ewwel ħames snin mid-data li fiha l-grupp jew l-organizzazzjoni tal-produtturi ġew rikonoxxuti b’mod uffiċjali mill-awtorità kompetenti abbażi tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju u hija digressiva?

iva

le

10.

Meta l-għajnuna titħallas bi ħlasijiet parzjali kull sena, l-Istat Membru jħallas l-aħħar ħlas parzjali biss wara li jkun ivverifika l-implimentazzjoni xierqa tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju?

iva

le

11.

L-intensità massima tasal sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli?

iva

le

12.

Ikkonferma li l-għajnuna totali hija limitat għal EUR 500 000.

iva

le

13.

Fil-każ ta’ għoti ta’ għajnuna b’mod dirett lill-produtturi biex jitpaċew il-kontribuzzjonijiet tagħhom għat-tmexxija tal-grupp jew tal-organizzazzjonijiet matul l-ewwel ħames snin minn meta jitwaqqaf it-twaqqif tal-grupp jew l-organizzazzjoni, tista’ tikkonferma li l-għajnuna tista’ tingħata sal-istess ammont ġenerali?

iva

le

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

2.8.   GĦAJNUNA OĦRA LIS-SETTUR TAL-FORESTRIJA B’GĦANIJIET EKOLOĠIĊI, PROTETTIVI U RIKREATTIVI

1.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

1.1.

Iddeskrivi kif il-miżuri jikkontribwixxu b’mod dirett biex jinżammu jew jitreġġgħu lura l-funzjonijiet ekoloġiċi, protettivi u rikreattivi tal-foresti, il-bijodiversità u għal ekosistema b’saħħitha tal-foresta. Dawn l-għanijiet għandhom ikunu l-għanijiet primarji tal-miżura tal-għajnuna.

1.2.

Huwa minnu li ma tista’ tingħata l-ebda għajnuna lil industriji bbażati fuq il-foresti jew għall-estrazzjoni kummerċjalment vijabbli tal-injam jew għat-trasport tal-injam jew għall-ipproċessar tal-injam jew ta’ riżorsi oħrajn tal-forestrija fi prodotti jew għall-ġenerazzjoni tal-enerġija?

iva

le

Jekk le, skont it-Taqsima 2.8 tal-Parti II tal-Linji Gwida, dawn l-għajnuniet ma jistgħu jitqies kompatibbli mas-suq intern.

1.3.

Huwa minnu li mhu se tingħata l-ebda għajnuna għall-qtugħ li l-għan primarju tiegħu huwa l-estrazzjoni kummerċjalment vijabbli tal-injam jew għall-istokkjar mill-ġdid meta s-siġar maqtugħa jinbidlu b’oħrajn bħalhom.

iva

le

Jekk le, skont it-Taqsima 2.8 tal-Parti II tal-Linji Gwida, dawn l-għajnuniet ma jistgħu jitqies kompatibbli mas-suq intern.

1.4.

L-għajnuna tingħata lil impriżi attivi fis-settur tal-forestrija?

iva

le

1.5.

Spjega għalfejn il-miżuri li jaqgħu fit-Taqsima 2.8 tal-Parti II tal-Linji Gwida maħsuba b’għanijiet ekoloġiċi, rikreattivi u protettivi ma jistgħux jinkisbu bl-applikazzjoni ta’ miżuri tal-iżvilupp rurali bħall-forestrija msemmija fit-Taqsimiet 2.1 sa 2.7 tal-Parti II tal-Linji Gwida (il-punt (63) tal-Linji Gwida):

2.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

2.1.

Huwa minnu l-għajnuna tikkonforma mal-prinċipji komuni ta’ valutazzjoni u mad-dispożizzjonijiet komuni applikabbli għat-Taqsima 2.8 tal-Parti II tal-Linji Gwida?

iva

le

3.   IT-TAQSIMA 2.8.1.

Għajnuna għal azzjonijiet u interventi speċifiċi tal-foresta bil-għan primarju li jgħinu ħalli jinżammu jew jitreġġgħu lura l-ekosistema u l-bijodiversità tal-foresti jew il-pajsaġġ tradizzjonali.

3.1.

Huwa minnu li l-għan primarju tal-għajnuna għat-tħawwil, l-irmondar, iż-żbir u t-tqaċċit ta’ siġar u veġetazzjoni oħra f’foresti eżistenti, it-tneħħija ta’ siġar li waqgħu u l-ispejjeż tal-ippjanar ta’ dawn il-miżuri, l-għajnuna għall-ispejjeż tat-trattament u tal-prevenzjoni mit-tixrid ta’ pesti u mard tas-siġar u l-għajnuna li tagħmel tajjeb għall-ħsara li jikkawżaw il-pesti u l-mard tal-annimali, huwa li dawn jikkontribwixxu biex jinżammu jew jitreġġgħu lura l-ekosistema u l-bijodiversità tal-foresta jew il-pajsaġġ tradizzjonali?

iva

le

3.2.

Iddeskrivi l-miżura fid-dettall:

3.3.

L-għajnuna għall-ispejjeż tat-trattament u tal-prevenzjoni mit-tixrid ta’ pesti u mard tas-siġar u għajnuna li tagħmel tajjeb għall-ħsara li jikkawżaw il-pesti u l-mard tas-siġar tinkludi dawn l-ispejjeż?

(a)

il-miżuri tal-prevenzjoni u tat-trattament, inklużi l-preparazzjoni tal-ħamrija għat-tħawwil mill-ġdid, u l-prodotti, l-apparati u l-materjali meħtieġa għal dawn il-miżuri. Il-metodi mekkaniċi bijoloġiċi, fiżiċi u oħrajn mhux kimiċi tal-prevenzjoni u tat-trattament għandhom jingħataw preferenza qabel il-metodi kimiċi, ħlief meta jintwera li dawn il-metodi jkunu biżżejjed biex jikkontrollaw b’mod sodisfaċenti l-mard jew il-pesti inkwistjoni;

(b)

it-telf tal-istokk u l-ispejjeż tal-istokkjar mill-ġdid sal-valur tas-suq tal-istokk meqrud meta jordnaw l-awtoritajiet biex jinqered il-mard jew il-pest inkwistjoni. Meta jiġi kkalkulat it-telf tal-inkrement, jista’ jitqies l-inkrement potenzjali tal-istokk meqrud sal-età normali tal-qtugħ.

3.4.

L-intensità massima: … (sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli).

4.   IT-TAQSIMA 2.8.2.

Għajnuna biex tinżamm u titjieb il-kwalità tal-ħamrija u biex ikun żgurat tkabbir bilanċjat u b’saħħtu tas-siġar fis-settur tal-forestrija.

4.1.

L-għajnuna tingħata tinżamm u titjieb il-kwalità tal-ħamrija fil-foresti u biex ikun żgurat tkabbir bilanċjat u b’saħħtu tas-siġar?

iva

le

4.2.

Iddeskrivi l-miżura fid-dettall:

4.3.

Il-miżuri jinkludu t-titjib fil-ħamrija bil-fertilizzazzjoni u bi trattamenti oħrajn biex jinżamm il-bilanċ naturali tagħha, tonqos id-densità eċċessiva tal-veġetazzjoni u biex ikun żgurat li jinżamm biżżejjed ilma u li dan ikollu mnejn jgħaddi sew, inklużi l-ispejjeż tal-ippjanar tagħhom?

iva

le

4.4.

Spjega kif inhu żgurat li l-miżuri ma jtaffux il-bijodiversità, ma jikkawżawx lixxivjazzjoni tan-nutrijenti jew ma jolqtux ħażin lill-ekosistemi naturali tal-ilma jew liż-żoni ta’ protezzjoni tal-ilma.

4.5.

L-ispejjeż tal-ippjanar huma koperti?

iva

le

4.6.

L-intensità massima: … (sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli)

5.   IT-TAQSIMA 2.8.3.

Għajnuna għar-restawr u l-manutenzjoni tal-mogħdijiet naturali, l-elementi u l-karatteristiċi tal-pajsaġġ u l-ħabitat naturali għall-annimali fis-settur tal-forestrija.

5.1.

L-ispejjeż eliġibbli huma marbutin mar-restawr u mal-manutenzjoni tal-pajsaġġi naturali, l-elementi u l-karatteristiċi tal-pajsaġġ u l-ħabitat naturali għall-annimali, inklużi l-ispejjeż tal-ippjanar?

iva

le

5.2.

Iddeskrivi l-miżura u l-ispejjeż eliġibbli f’iktar dettall:

5.3.

Huwa minnu li l-miżuri li għandhom l-għan li jimplimentaw id-Direttiva dwar il-Ħabitats u d-Direttiva dwar l-Għasafar huma esklużi minn dan it-tip ta’ għajnuna? (dawn il-miżuri jkoprihom il-Folju relatat mat-Taqsima 2.2)

iva

le

5.4.

L-intensità massima: … (sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli).

6.   IT-TAQSIMA 2.8.4.

Għajnuna għall-manutenzjoni tat-toroq biex jiġu evitati n-nirien fil-foresti

6.1.

Iddeskrivi l-miżura tal-għajnuna:

6.2.

Iddeskrivi r-rabta bejn l-għan tal-għajnuna (il-prevenzjoni min-nirien fil-foresti) u l-manutenzjoni tat-toroq.

6.3.

L-intensità massima: … (sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli).

7.   IT-TAQSIMA 2.8.5.

Għajnuna li tikkumpensal-ħsara fil-foresti li jikkawżaw l-annimali regolati bil-liġi.

7.1.

L-annimali li qed jikkażaw il-ħsara huma:

(a)

annimali protetti kif definit fil-Punt (35)28 tal-Linji Gwida;

(b)

speċijiet soġġetti għal leġiżlazzjoni nazzjonali speċifika.

Jekk it-tweġiba hija l-punt (b), uri x’inhu l-interess li titħares il-popolazzjoni tal-ispeċijiet:

7.2.

Ittieħdu miżuri preventivi raġonevoli li huma proporzjonati mar-riskju tal-ħsara mill-annimali rregolati fiż-żona tal-foresta kkonċernata?

iva

le

Jekk inhu impossibbli li jittieħdu dawn il-miżuri preventivi raġonevoli, spjega għalfejn ma tista’ tittieħed l-ebda miżura preventiva:

7.3.

Tista’ tinstab ir-rabta kawżali bejn il-ħsara mġarrba u l-imġiba tal-annimali?

iva

le

7.4.

Ikkonferma li l-iskema tal-għajnuna ġiet stabbilita fi żmien tliet snin minn meta seħħ l-avveniment li kkawża l-ħsara u li l-għajnuna se titħallas fi żmien erba’ snin minn dik id-data.

iva

le

7.5.

Il-ħsara hija kkalkulata fil-livell tal-benefiċjarju individwali?

iva

le

7.6.

L-ispejjeż tal-ħsara mġarrba bħala konsegwenza diretta tal-avveniment li kkawża l-ħsara ġew ivvalutata minn awtorità pubblika, minn espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità awtorizzanti jew minn impriża tal-assigurazzjoni?

iva

le

7.7.

X’tip ta’ ħsara saret?

(a)

ħsara lil siġar ħajjin. L-għajnuna tista’ tingħata biex tikkumpensa t-telf tal-istokk u għall-ispejjeż tal-istokkjar mill-ġdid sal-valur tas-suq tal-istokk meqrud mill-annimali regolati. Meta jiġi kkalkulat il-valur tas-suq tat-telf tal-inkrement, jista’ jitqies l-inkrement potenzjali tal-istokk meqrud sal-età normali tal-qtugħ.

(b)

spejjeż oħra li jġarrab il-benefiċjarju minħabba l-avveniment li kkawża l-ħsara, bħal miżuri tat-trattament, inklużi it-tħejjija tal-ħamrija għat-tħawwil mill-ġdid u l-prodotti, l-apparati u l-materjali meħtieġa għal din il-ħidma.

(c)

il-ħsara materjali lil dawn l-assi: it-tagħmir tal-forestrija, il-makkinarju u l-bini. Il-kalkolu tal-ħsara materjali irid ikun ibbażat fuq l-ispiża tat-tiswija jew il-valur ekonomiku tal-ass affettwat qabel ma l-avveniment ikkawża l-ħsara. L-ammont ma jaqbiżx l-ispiża tat-tiswija jew it-tnaqqis fil-valur ġust tas-suq ikkawżat bl-avveniment, jiġifieri d-differenza bejn il-valur tal-proprjetà eżatt qabel u eżatt wara l-avveniment li kkawża l-ħsara.

7.8.

Mill-ammont tneħħew dawk l-ispejjeż mhux imġarrba minħabba l-avveniment dannuż, li b’xi mod ieħor kienu jiġġarrbu mill-benefiċjarju?

iva

le

7.9.

L-intensità tal-għajuna tasal sa … (mhux aktar minn 100 % tal-ispejjeż eliġibbli).

7.10.

L-għajnuna u kull ħlas ieħor li wasal biex jikkumpensaw il-ħsara, inklużi l-ħlasijiet minn miżuri nazzjonali jew tal-Unjoni jew minn poloz tal-assigurazzjoni, huma limitati għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli?

iva

le

8.   IT-TAQSIMA 2.8.6.

Għajnuna sabiex jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ ġestjoni tal-foresti

8.1.

L-għajnuna tikkonforma mal-prinċipji komuni ta’ valutazzjoni?

iva

le

8.2.

L-għajnuna hija disponibbli għal min hu eliġibbli fiż-żona kkonċernata b’kundizzjonijiet definiti b’mod oġġettiv?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

8.3.

Meta l-appoġġ tekniku jagħtuh gruppi tal-produtturi jew organizzazzjonijiet oħra, l-aċċess għas-servizz qed jingħata bil-patt u l-kundizzjoni ta’ sħubija fi gruppi jew organizzazzjonijiet bħal dawn?

iva

le

Jekk iva, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

8.4.

Il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż amministrattivi tal-grupp jew tal-organizzazzjoni konċernata mingħand dawk li mhumiex membri hija limitata għall-ispejjeż biex jingħata s-servizz?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

8.5.

L-għajnuna tingħata lill-fornitur tas-servizz u ma tinvolvix ħlasijiet diretti lil impriżi attivi fis-settur tal-forestrija (il-benefiċjarji):

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

8.6.

Il-korpi magħżula biex jagħtu s-servizzi ta’ konsulenza għandhom ir-riżorsi xierqa mil-lat ta’ persunal kwalifikat u mħarreġ b’mod regolari, u l-esperjenza u l-affidabbiltà tal-konsulenza rigward l-oqsma li fuqhom jagħtu konsulenza?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

8.7.

Il-konsulenza tingħata parzjalment fi grupp?

iva

le

Filwaqt li tqis is-sitwazzjoni tal-utent individwali tas-servizzi ta’ konsulenza, iġġustifika meta l-konsulenza tingħata parzjalment fi grupp:

8.8.

Meta tingħata konsulenza, il-fornituri tas-servizz ta’ konsulenza jieħdu l-impenn li jirrispettaw lobbligi tal-kunfidenzjalità msemmijin fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013?

iva

le

8.9.

Il-fornitur tas-servizzi hu l-entità li tistabbilixxi l-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti?

iva

le

8.10.

L-intensità tal-għajuna tasal sa … (mhux aktar minn 100 % tal-ispejjeż eliġibbli).

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

2.9.1.   GĦAJNUNA GĦAR-RIĊERKA U GĦALL-IŻVILUPP FIS-SETTUR TAL-FORESTRIJA

1.

L-intensità tal-għajnuna hija limitata għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli?

iva

le

2.

Il-proġett megħjun huwa ta’ interess għall-impriżi kollha attivi fis-setturi jew is-subsetturi partikolari kkonċernati tal-forestrija?

iva

le

3.

Qabel jibda l-proġett megħjun, din l-informazzjoni li se tiġi ppubblikata fuq l-Internet?

(a)

informazzjoni li l-proġett megħjun se jsir;

(b)

l-għanijiet tal-proġett megħjun;

(c)

data approssimattiva għall-pubblikazzjoni tar-riżultati mistennija mill-proġett megħjun;

(d)

il-post tal-pubblikazzjoni tar-riżultati mistennija mill-proġett megħjun fuq l-Internet;

(e)

referenza li r-riżultati tal-proġett megħjun huma disponibbli bla ħlas għall-impriżi kollha attivi fis-settur jew is-subsettur tal-forestrija kkonċernat.

iva

le

4.

Hu minnu li r-riżultati tal-proġett megħjun se:

(a)

jiġu ppubblikati fuq l-Internet, minn meta jintemm il-proġett megħjun jew id-data meta kull informazzjoni li tikkonċerna dawk ir-riżultati tingħata lill-membri ta’ xi organizzazzjoni partikolari, skont liema jiġi l-ewwel; u

(b)

jibqgħu disponibbli fuq l-Internet għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin minn meta jintemm il-proġett megħjun?

5.

Huwa minnu li l-għajnuna se tingħata direttament lill-organizzazzjoni tar-riċerka u t-tqassim tal-għarfien u ma għandhiex tinvolvi l-għoti ta’ għajnuna abbażi tal-prezz tal-prodotti tal-forestrija lil impriżi attivi fis-settur tal-forestrija?

iva

le

6.

Iddikjara l-ispejjeż li tkopri l-għajnuna:

(a)

l-ispejjeż tal-persunal relatati mar-riċerkaturi, it-tekniċi u persunal ieħor ta’ sostenn li jkunu impjegati fuq il-proġett;

(b)

l-ispejjeż tal-istrumenti u t-tagħmir matul il-perjodu użati fil-proġett. Meta dawn l-istrumenti u t-tagħmir ma jintużawx għalkollox għall-proġett, jitqiesu eliġibbli biss l-ispejjeż tad-deprezzament li jikkorrispondu għal kemm itul il-proġett, kif ikkalkulati skont prinċipji aċċettati tal-kontabbiltà;

(c)

l-ispejjeż tal-bini u tal-art, skont kemm jintużaw tul il-perjodu tal-proġett. Fejn jidħol il-bini, jitqiesu eliġibbli biss l-ispejjeż ta ’ deprezzament li jikkorrispondu għal kemm itul il-proġett, kif kalkulati skont prinċipji aċċettati tal-kontabbiltà. Fejn tidħol l-art, huma eliġibbli l-ispejjeż tat-trasferiment kummerċjali jew l-ispejjeż tal-kapital realment imġarrba;

(d)

l-ispejjeż tar-riċerka kuntrattwali, l-għarfien u l-privattivi mixtrija jew liċenzjati mingħand sorsi barranin b’kundizzjonijiet normali tas-suq, kif ukoll l-ispejjeż tal-konsulenzi u s-servizzi ekwivalenti użati esklussivament għall-proġett;

(e)

l-ispejjeż ġenerali addizzjonali u spejjeż operattivi oħrajn, li jinkludu l-ispejjeż tal-materjali, fornimenti u prodotti simili, imġarrba direttament minħabba l-proġett.

L-għajnuna trid tkun limitata għall-ispejjeż imsemmija fil-punti (a) sa (e).

7.

Iddikjara l-intensità tal-għajnuna: … (mhux aktar minn 100 %).

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

2.9.2.   GĦAJNUNA GĦALL-KONSOLIDAZZJONI TAL-ART TAL-FORESTRIJA

1.

L-intensità tal-għajnuna hija limitata għal 100 % tal-ispejjeż eliġibbli?

iva

le

2.

Iddeskrivi l-miżura li turi li l-għajnuna qed tingħata bil-għan ta’ konsolidazzjoni tal-art tal-forestrija:

3.

L-għajnuna hija limitata għall-ispejjeż legali, amministrattivi u tal-istħarriġ reali mġarrbin?

iva

le

4.

Iddeskrivi l-ispejjeż li tkopri l-miżura tal-għajnuna:

5.

Iddikjara l-intensità tal-għajnuna: … (mhux aktar minn 100 %).

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

3.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA FIŻ-ŻONI RURALI

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat għaż-żoni rurali li jkopri l-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

Minbarra dan il-Folju, imla wkoll il-Folju ta’ Informazzjoni Ġenerali għan-notifika ta’ għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali (il-Parti III.12), biex jintwerew il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà għall-għajnuna mill-Istat u l-Folji 3.1 sa 3.11 korrispondenti dwar iż-żoni rurali skont it-tip speċifiku ta’ għajnuna.

Agħti informazzjoni dwar il-bażi ġuridika prevista fil-liġi nazzjoni, jew l-abbozz tal-att li jipprovdi l-bażi ġuridika fil-liġi nazzjonali, flimkien ma’ xi dokumenti addizzjonali, fosthom il-metodoloġija tal-kalkolu u l-opinjoni tal-esperti, sabiex tingħata deskrizzjoni aktar dettaljata tal-miżura tal-għajnuna mill-Istat.

Jekk l-għajnuna għaż-żoni rurali trid tingħata skont ir-regoli tal-Unjoni li huma komuni għas-setturi kollha jew speċifiċi għall-kummerċ u l-industrija, sabiex tinnotifika miżura lis-servizzi tad-DĠ Kompetizzjoni trid tuża l-folji applikabbli għan-notifika ta’ dawk is-setturi.

1.   IL-KRITERJI ĠENERALI TAL-ELIĠIBBILTÀ

1.

L-għajnuna se tingħata fil-qafas ta’ programm tal-iżvilupp rurali f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1305/2013?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

2.

Semmi l-programm tal-iżvilupp rurali rilevanti u l-miżura li skonthom tingħata l-għajnuna:

Il-programm tal-iżvilupp rurali:

:

Il-miżura:

:

3.

Din hija kofinanzjata mill-FAEŻR jew hija finanzjament nazzjonali addizzjonali?

(a)

kofinanzjata mill-FAEŻR;

(b)

finanzjament nazzjonali addizzjonali.

4.

L-investiment huwa fl-iffrankar tal-enerġija u/jew l-enerġiji rinnovabbli?

iva

le

Jekk iva, din l-għajnuna mhix fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Linji Gwida. Din l-għajnuna trid tikkonforma mal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020, ħlief meta tkun eżentata mill-obbligu ta’ notifika.

Mistoqsijiet esklussivament għall-għajnuna mill-Istat inklużi l-investimenti fiż-żoni rurali skont it-Taqsimiet 3.1, 3.2, 3.6 u 3.10 tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Linji Gwida.

5.

X’jinkludu l-ispejjeż eliġibbli?

(a)

il-bini, ix-xiri, inkluż il-kiri, jew it-titjib ta’ proprjetà immobbli;

(i)

L-ammont tal-art mixtrija kien 10 % jew inqas mill-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata?

iva

le

(ii)

Jekk l-ammont tal-art mixtrija kien aktar minn 10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli tal-operazzjoni kkonċernata, din l-operazzjoni għandha x’taqsam mal-konservazzjoni ambjentali?

iva

le

Jekk iva, f’każijiet eċċezzjonali jew debitament ġustifikati, jista’ jitħalla persentaġġ ogħla. Spjega dan f’aktar dettall ħalli l-Kummissjoni tivvaluta dan il-każ.

(b)

ix-xiri jew il-kiri b’opzjoni ta’ xiri ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi;

(c)

l-ispejjeż ġenerali marbutin man-nefqa msemmija fil-punti (a) u (b), bħal miżati tal-perit, tal-inġinier u ta’ konsultazzjoni, miżati marbutin ma’ konsultazzjoni fuq is-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika, inklużi l-istudji tal-fattibbiltà. L-istudji tal-fattibbiltà jibqgħu nefqa eliġibbli anki meta, abbażi tar-riżultati tagħhom, ma tiġġarrab l-ebda nefqa skont il-punti (a) u (b);

(d)

dawn l-investimenti f’assi intanġibbli: ix-xiri jew l-iżvilupp ta’ softwer tal-kompjuter u x-xiri ta’ privattivi, liċenzji, drittijiet tal-awtur u marki kummerċjali.

(e)

Oħrajn (semmi):

Il-lista tal-ispejjeż eliġibbli msemmija fil-punti (a) sa (d) hija eżawrjenti.

6.

X’jinkludu l-ispejjeż eliġibbli?

(a)

l-ispejjeż, għajr dawk imsemmijin fil-mistoqsija 5, aral-punt (635) tal-Linji Gwida, marbutin ma’ kuntratti ta’ kiri, bħall-marġni tal-lokatur, l-ispejjeż tal-rifinanzjament tal-imgħax, l-ispejjeż ġenerali u l-miżati tal-assigurazzjoni;

(b)

il-kapital operatorju.

L-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern jekk tiġi inkluża xi waħda mill-ispejjeż imsemmija fil-punti (a) u (b).

7.

Iddikjara l-intensità massima tal-għajnuna, mogħtija bħala persentaġġ tal-investiment eliġibbli:

(a)

fir-reġjuni anqas żviluppati:

(i)

…% tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f’reġjuni bi PDG għal kull ras li jkun inqas minn 45 % tal-medja tal-UE-27;

(ii)

…% tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f’reġjuni bi PDG għal kull ras li jkun bejn il-45 % u s-60 % tal-medja tal-UE-27;

(iii)

…% tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f’reġjuni b’PDG għal kull ras li jkun ogħla minn 60 % tal-medja tal-UE-27;

(b)

f’reġjuni ultraperiferiċi bi PDG għal kull ras li jkun 75 % jew inqas tal-medja tal-UE-27:

(i)

…% tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f’reġjuni bi PDG għal kull ras li jkun inqas minn 45 % tal-medja tal-UE-27;

(ii)

…% tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f’reġjuni bi PDG għal kull ras li jkun bejn il-45 % u s-60 % tal-medja tal-UE-27;

(iii)

…% tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f’reġjuni b’PDG għal kull ras li jkun ogħla minn 60 % tal-medja tal-UE-27;

(c)

f’reġjuni ultraperiferiċi oħrajn:

(i)

…% tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f’reġjuni bi PDG għal kull ras li jkun inqas minn 45 % tal-medja tal-UE-27;

(ii)

…% tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f’reġjuni bi PDG għal kull ras li jkun bejn il-45 % u s-60 % tal-medja tal-UE-27;

(iii)

…% tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f’reġjuni b’PDG għal kull ras li jkun ogħla minn 60 % tal-medja tal-UE-27;

(d)

fiż-żoni “c”:

(i)

…% tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f’żoni b’popolazzjoni skarsa u fir-reġjuni ta’ NUTS 3 jew f’partijiet mir-reġjuni ta’ NUTS 3 li jaqsmu fruntiera tal-art ma’ pajjiż ‘il barra miż-Żona Ekonomika Ewropea (iż-ŻEE) jew l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (l-EFTA);

(ii)

…% tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f’żoni ‘c’ mhux predefiniti;

(iii)

…% tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għall-investiment f’dawk li kienu ż-żoni “a” biss għall-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2017;

(iv)

…% tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli għall-investiment fiż-żoni ta’ NUTS 3 jew f’partijiet miż-żoni ta’ NUTS 3 fi ħdan żona “c” li huma biswit żona “a”.

X’inhi d-differenza fl-intensità tal-għajnuna bejn dawn iż-żoni?

(e)

L-għajnuna tingħata favur proġetti kbar tal-investiment?

iva

le

Jekk iva, l-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fil-punt (638)(a) sa (c) tal-Linji Gwida ma jistgħux jiżdiedu sa 10 punti perċentwali għall-impriżi medji u sa 20 punt perċentwali għal impriżi mikro u żgħar.

(f)

fil-bqija taż-żoni li ma jissemmewx fil-punti (a) sa (d) ta’ din il-mistoqsija:

…% tal-ammont tal-ispejjeż eliġibbli

(g)

għall-għajnuna għal proġetti kbar tal-investiment:

Indika l-ammont aġġustat tal-għajnuna abbażi tal-formula deskritta fil-punt (35).31. tal-Linji Gwida (l-ammont massimu tal-għajnuna = R × (50 + 0.50 × B + 0.34 × C), fejn R hija l-intensità massima tal-għajnuna applikabbli fiż-żona kkonċernata, għajr l-intensità tal-għajnuna miżjuda għall-SMEs. B hija l-parti tal-ispejjeż eliġibbli bejn il-EUR 50 miljun u l-EUR 100 miljun. C hija l-parti tal-ispejjeż eliġibbli li taqbeż il-EUR 100 miljun):

8.

L-Istat Membru ħa impenn li jinnotifika skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat, għajnuna għall-investiment individwali mogħtija bi skema notifikata, jekk l-għajnuna mingħand is-sorsi kollha tkun taqbeż il-limitu ta’ notifika, kif speċifikat fil-punt (37)(c) tal-Linji Gwida?

iva

le

3.1.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦALL-INVESTIMENTI LI GĦANDHOM X’JAQSMU MAL-IPPROĊESSAR TAL-PRODOTTI AGRIKOLI FI PRODOTTI MHUX AGRIKOLI, IL-PRODUZZJONI TAL-QOTON JEW L-INVESTIMENTI FIL-ĦOLQIEN U FL-IŻVILUPP TA’ ATTIVITAJIET MHUX AGRIKOLI

Dan il-Folju ta’ Informazzjoni Supplimentari jintuża għal investimenti li għandhom x’jaqsmu mal-ipproċessar tal-prodotti agrikoli fi prodotti mhux agrikoli, il-produzzjoni tal-qoton jew l-investimenti fil-ħolqien u fl-iżvilupp ta’ attivitajiet mhux agrikoli, kif deskritti fit-Taqsima 3.1 tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

L-għajnuna tkopri investiment f’assi tanġibbli u f’assi intanġibbli?

iva

le

2.

Għalxiex inhi l-għajnuna?

(a)

għall-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli meta r-riżultat tal-proċess tal-produzzjoni jkun prodott mhux agrikolu;

(b)

għall-produzzjoni tal-qoton, inkluża l-attività tat-tfesdiq;

(c)

għal investimenti fl-attivitajiet mhux agrikoli li jingħataw lill-bdiewa jew lill-membri ta’ unità domestika agrikola li jiddiversifikaw f’attivitajiet mhux agrikoli u lil impriżi mikro u żgħar u lil persuni fiżiċi f’żoni rurali.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

3.2.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦAL SERVIZZI BAŻIĊI U GĦAT-TIĠDID TAL-IRĦULA FIŻ-ŻONI RURALI

Dan il-Folju ta’ Informazzjoni Supplimentari jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat għal servizzi bażiċi u għat-tiġdid tal-irħula fiż-żoni rurali kif deskritt fit-Taqsima 3.2 tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni naturali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

L-għajnuna tkopri t-tfassil u l-aġġornar ta’ pjanijiet għall-iżvilupp ta’ muniċipalitajiet u rħula fiż-żoni rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom, u tal-protezzjoni u l-pjanijiet ta’ ġestjoni marbutin mas-siti ta’ Natura 2000 u żoni oħrajn ta’ valur naturali kbir?

iva

le

2.

L-għajnuna tkopri investimenti fil-ħolqien, fit-titjib jew fl-espansjoni tat-tipi kollha ta’ infrastrutturi fuq skala żgħira kif definiti fil-punt (35)48 tal-Linji Gwida, ħlief l-investimenti fl-iffrankar tal-enerġija u fl-enerġija rinnovabbli u l-infrastruttura tal-broadband.

iva

le

3.

L-għajnuna tkopri investimenti fit-twaqqif, fit-titjib jew fl-espansjoni ta’ servizzi bażiċi lokali għall-popolazzjoni rurali, fosthom id-divertiment u l-kultura, u l-infrastruttura relatata?

iva

le

4.

L-għajnuna tkopri investimenti għal użu pubbliku f’infrastruttura rikreattiva, informazzjoni għat-turisti u infrastruttura tat-turiżmu fuq skala żgħira?

iva

le

5.

L-għajnuna tkopri studji u investimenti assoċjati mal-manutenzjoni, ir-restawr u t-titjib tal-wirt kulturali u naturali tal-irħula, tal-pajsaġġi rurali u tas-siti ta’ valur naturali kbir, inklużi l-aspetti soċjoekonomiċi, kif ukoll azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-ambjent?

iva

le

6.

L-għajnuna tkopri investimenti maħsuba għar-rilokazzjoni ta’ attivitajiet u għat-tisbiħ tal-bini jew ta’ faċilitajiet oħrajn li jinsabu f’insedjamenti rurali jew qribhom, bil-għan li titjieb il-kwalità tal-ħajja jew tissaħħaħ il-prestazzjoni ambjentali tal-insedjament?

iva

le

7.

Meta jkunu jeżistu l-pjanijiet, l-operazzjonijiet rilevanti qed isiru skont il-pjanijiet għall-iżvilupp ta’ muniċipalitajiet u rħula fiż-żoni rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom?

iva

le

8.

L-operazzjonijiet rilevanti tal-investimenti jaqblu mal-istrateġija rilevanti tal-iżvilupp lokali?

iva

le

9.

L-għajnuna msemmija fil-punt (644)(e) tal-Linji Gwida tingħata għal wirt li jkun rikonoxxut formalment bħala wirt kulturali jew naturali mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti tal-Istat Membru?

iva

le

L-ispejjeż eliġibbli

10.

L-ispejjeż huma eliġibbli jekk jikkonċernaw:

(a)

l-ispejjeż għat-tfassil u l-aġġornament tal-pjanijiet ta’ ġestjoni u żvilupp relatati maż-żoni rurali u s-servizzi bażiċi tagħhom, u għal siti ta’ valur naturali kbir;

(b)

l-ispejjeż tal-investiment f’assi tanġibbli u f’assi intanġibbli;

(c)

l-ispejjeż biex jitħejjew studji assoċjati mal-wirt kulturali u naturali, il-pajsaġġ rurali u s-siti ta’ valur naturali kbir;

(d)

l-ispejjeż marbutin mal-azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni dwar l-ambjent;

(e)

anki l-ispejjeż tax-xogħlijiet kapitali jistgħu jkunu eliġibbli għall-għajnuna msemmija fil-punt (644)(e) tal-Linji Gwida.

L-intensità tal-għajnuna

11.

Huwa minnu li l-intensità tal-għajnuna għall-attivitajiet fil-punt (644)(a) u (b) tal-Linji Gwida ma taqbiżx il-100 % tal-ispejjeż eliġibbli?

iva

le

12.

Huwa minnu li l-intensità tal-għajnuna għall-attivitajiet fil-punt (644)(c), (d) u (e) tal-Linji Gwida ma taqbiżx il-100 % tal-ispejjeż eliġibbli?

iva

le

Id-dħul nett irid jitnaqqas mill-ispejjeż eliġibbli ex ante jew permezz ta’ mekkaniżmu ta’ rkupru.

13.

Huwa minnu li l-intensità tal-għajnuna għall-attivitajiet fil-punt (644)(f) tal-Linji Gwida ma taqbiżx dawn l-ammonti?

(a)

meta r-rilokazzjoni tal-attivitajiet jew it-tisbiħ tal-binjiet jew ta’ faċilitajiet oħra tikkonsisti fiż-żarmar, it-tneħħija u l-bini mill-ġdid tal-faċilitajiet eżistenti, 100 % tal-ispejjeż reali mġarrba għal dawn l-attivitajiet;

(b)

meta minbarra ż-żarmar, it-tneħħija u l-bini mill-ġdid tal-faċilitajiet eżistenti kif stipulat fil-punt (650)(a) tal-Linji Gwida, ir-rilokazzjoni tal-attivitajiet jew it-tisbiħ tal-bini jew ta’ faċilitajiet oħrajn twassal għal modernizzazzjoni ta’ dawn il-faċilitajiet jew għal żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni, l-intensitajiet tal-għajnuna għall-investimenti stabbiliti fil-punt (638) tal-Linji Gwida jridu jiġu applikati fir-rigward tal-ispejjeż relatati mal-modernizzazzjoni tal-faċilitajiet jew maż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni.

Għall-fini tal-punt (650)(b) tal-Linji Gwida, is-sempliċi sostituzzjoni tal-bini jew tal-faċilitajiet eżistenti ma’ bini jew faċilitajiet ġodda u moderni mingħajr bidla fundamentali fil-produzzjoni jew fit-teknoloġija involuta ma għandhiex x’taqsam mal-modernizzazzjoni.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

3.3   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA TAL-BIDU TA’ NEGOZJU GĦAL ATTIVITAJIET MHUX AGRIKOLI FIŻ-ŻONI RURALI

Dan il-Folju ta’ Informazzjoni Supplimentari jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat għall-bidu ta’ negozju għal attivitajiet mhux agrikoli fiż-żoni rurali, kif deskritt fit-Taqsima 3.3 tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni naturali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

Lil min se tingħata l-għajnuna?

(a)

lill-bdiewa;

(b)

lill-membri ta’ familja li tgħix f’azjenda agrikola li jiddiversifikaw f’attivitajiet mhux agrikoli;

(c)

lil impriżi mikro u żgħar;

(d)

lil persuni naturali fiż-żoni rurali;

(e)

lil intrapriżi żgħar u medji fiż-żoni rurali.

Jekk il-benefiċjarji jistgħu jkunu intrapriżi żgħar u medji fiż-żoni rurali, l-għajnuna tista’ tingħata biss biex jinħolqu servizzi ta’ ġestjoni tal-irziezet, għajnuna lill-irziezet u konsulenza relatata mal-irziezet, kif ukoll servizzi ta’ konsulenza relatata mal-forestrija, inkluża s-Sistema ta’ Konsulenza tal-Irziezet imsemmija fl-Artikoli 12 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

2.

Huwa minnu li se jitressaq pjan ta’ direzzjoni tan-negozju?

iva

le

3.

L-implimentazzjoni tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju trid tibda fi żmien disa’ xhur minn meta tittieħed id-deċiżjoni li tingħata l-għajnuna.

iva

le

4.

Huwa minnu li bħala minimu, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jiddeskrivi dawn li ġejjin?

(a)

is-sitwazzjoni ekonomika inizjali tal-benefiċjarju li japplika għall-għajnuna;

(b)

l-għanijiet importanti u l-miri għall-iżvilupp tal-attivitajiet il-ġodda tal-benefiċjarju;

(c)

id-dettalji dwar l-azzjonijiet meħtieġa għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-benefiċjarju, bħad-dettalji dwar l-investimenti, it-taħriġ, il-konsulenza jew attività oħra.

5.

L-għajnuna se titħallas f’tal-inqas żewġ ħlasijiet parzjali tul perjodu massimu ta’ ħames snin?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna mhux se titqies kompatibbli mas-suq intern.

6.

Il-ħlasijiet parzjali huma digressivi?

iva

le

7.

L-aħħar ħlas parzjali jitħallas bil-patt u l-kundizzjoni li l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jitwettaq kif suppost?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna mhux se titqies kompatibbli mas-suq intern.

8.

L-Istat Membru iqis il-qagħda soċjo-ekonomika tal-qasam tal-programm qabel jiddetermina l-ammont tal-għajnuna?

iva

le

9.

Huwa minnu li l-ammont tal-għajnuna huwa limitat għal EUR 70 000 għal kull impriża?

iva

le

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

3.4.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦALL-IMPENJI AGRI-AMBJENT-KLIMATIĊI LIL MANIĠERS OĦRAJN TAL-ARTIJIET U LIL IMPRIŻI F’ŻONI RURALI LI MHUMIEX ATTIVI FIS-SETTUR AGRIKOLU

1.   ID-DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

1.1.

L-għajnuna tingħata skont il-kundizzjonijiet rilevanti applikabbli stabbiliti fit-Taqsima 1.1.5.1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida?

iva

le

1.2.

L-għajnuna għall-impenji agri-ambjent-klimatiċi tingħata lil gruppi ta’ impriżi attivi fis-settur agrikolu u lil maniġers oħrajn tal-artijiet?

iva

le

1.3.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 1.2 hija iva, il-gruppi msemmija fil-mistoqsija 1.2 jimpenjaw ruħhom minn jeddhom li fl-art agrikola jwettqu ħidmiet li jkunu marbunin ma’ xi waħda jew aktar mill-impenji agri-ambjent-klimatiċi?

iva

le

L-art agrikola jiddefinuha l-Istati Membri, u din tinkludi iżda mhux limitata għaż-żona agrikola kif definita fil-punt (35)50 tal-Linji Gwida.

1.4.

L-għajnuna għall-impenji agri-ambjent-klimatiċi tingħata lil maniġers oħrajn tal-artijiet kif definit fil-punt (35)51 tal-Linji Gwida jew lil gruppi ta’ maniġers oħrajn tal-artijiet?

iva

le

Jekk iva, iġġustifika din l-għajnuna skont il-punt (662) tal-Linji Gwida.

1.5.

L-għajnuna għall-impenji agri-ambjent-klimatiċi tingħata lil impriżi f’żoni rurali li mhumiex attivi fis-settur agrikolu?

iva

le

Jekk iva, f’dan il-każ, l-għajnuna tista’ tingħata għall-konservazzjoni u għall-użu sostenibbli u l-iżvilupp ta’ riżorsi ġenetiċi fl-agrikoltura għal operazzjonijiet li ma jkopruhomx id-dispożizzjonijiet fil-punti (208) sa (219) tat-Taqsima 1.1.5.1. tal-Parti II tal-Linji Gwida.

2.   IL-KLAWŻOLA TA’ REVIŻJONI

2.1.

Għall-operazzjonijiet inklużi f’din l-għajnuna, ġiet prevista xi klawżola ta’ reviżjoni?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (724) tal-Linji Gwida, l-Istat Membru hu obbligat li jipprovdi klawżola ta’ reviżjoni ħalli jiżgura l-aġġustament tal-operazzjonijiet fil-każ ta’ emendi tal-istandards obbligatorji, ir-rekwiżiti jew l-obbligi rilevanti msemmija fit-Taqsima 3.4 tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Linji Gwida li jridu jinqabżu mill-impenji msemmija f’dik it-Taqsima.

2.2.

Din l-għajnuna tmur lil hinn mill-perjodu ta’ programmazzjoni tal-iżvilupp rurali 2014-2020?

iva

le

Jekk iva, skont il-punt (725) tal-Linji Gwida, l-Istat Membru hu obbligat li jipprovdi klawżola ta’ reviżjoni ħalli jiżgura l-aġġustament tal-operazzjonijiet fil-qafas ġuridiku ta’ dan il-perjodu ta’ programmazzjoni.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

3.5.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦALL-IŻVANTAĠĠI RELATATI MAŻ-ŻONI TA’ NATURA 2000 LIL MANIĠERS OĦRAJN TAL-ARTIJIET

1.

Iġġustifika l-għoti tal-għajnuna lil maniġers oħrajn tal-artijiet:

2.

Dawn il-kundizzjonijiet huma rispettati?

(a)

l-għajnuna se tingħata biex tikkumpensa lil maniġers oħrajn tal-artijiet għall-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf li ġarrbu minħabba żvantaġġi fiż-żoni kkonċernati, relatati mal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħabitats u tad-Direttiva dwar l-Għasafar;

(b)

Għall-għajnuna se jkunu eliġibbli biss il-miżuri mwettqin f’dawn iż-żoni:

(i)

iż-żoni agrikoli ta’ Natura 2000 magħżula skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats u d-Direttiva dwar l-Għasafar;

(ii)

żoni delimitati oħra ta’ protezzjoni naturali b’restrizzjonijiet ambjentali applikabbli għall-biedja li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 10 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats.

(c)

l-għajnuna se tkun limitata għall-ammonti stabbiliti fil-punt (668) tal-Linji Gwida:

(i)

mhux aktar minn EUR 500 għal kull ettaru fis-sena fil-perjodu inizjali li ma jaqbiżx il-ħames snin;

(ii)

mhux aktar minn EUR 200 għal kull ettaru fis-sena minn hemm ‘il quddiem.

(d)

jekk f’xi eċċezzjonijiet, l-Istat Membru jżid l-ammonti massimi ta’ EUR 500 u EUR 200, l-Istat Membru jista’ jispjega ċ-ċirkostanzi speċifiċi li jiġġustifikaw din iż-żieda?

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

3.6.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦAT-TRASFERIMENT TAL-GĦARFIEN U GĦAL AZZJONIJIET TAL-INFORMAZZJONI F’ŻONI RURALI

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat għat-trasferiment tal-għarfien u għal azzjonijiet tal-informazzjoni f’żoni rurali kif deskritt fit-Taqsima 3.6. tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

Liema minn dawn it-tipi ta’ għajnuna se jiġu ffinanzjati?

(a)

it-taħriġ vokazzjonali u l-kisba tal-ħiliet, inklużi l-korsijiet ta’ taħriġ, s-sessjonijiet ta’ ħidma u l-kkowċjar;

(b)

l-attivitajiet tal-wiri;

(c)

azzjonijiet tal-informazzjoni;

(d)

l-għajnuna għat-taħriġ tal-konsulenti marbutin mas-servizzi ta’ konsulenza msemmija fit-Taqsima 1.1.10.2. u fit-Taqsimiet 2.5. u 3.7. tal-Parti II tal-Linji Gwida.

2.

L-għajnuna se tingħata lil persuni attivi fis-settur tal-ikel, lil maniġers oħrajn tal-artijiet li mhumiex impriżi attivi fis-settur agrikolu u lill-SMEs f’żoni rurali?

iva

le

3.

Iddikjara l-intensità massima tal-għajnuna …

L-intensità tal-għajnuna trid tkun limitata għal 50 % tal-ispejjeż eliġibbli fil-każ tal-impriżi l-kbar, għal 60 % fil-każ tal-impriżi medji u għal 70 % fil-każ tal-impriżi mikro u żgħar.

4.

L-għajnuna għat-taħriġ ta’ konsulenti se tingħata lil impriżi kbar?

iva

le

5.

Fil-każ ta’ għajnuna għat-taħriġ tal-konsulenti, l-ammont massimu tal-għajnuna huwa limitat għal EUR 200 000 għal kull tliet snin?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

6.

Liema minn dawn l-ispejjeż eliġibbli li ġejjin huma koperti mill-miżura ta’ appoġġ?

(a)

spejjeż biex jiġu organizzati u jitwettqu t-trasferiment tal-għarfien jew l-azzjoni tal-informazzjoni;

(b)

fil-każ tal-proġetti tal-wiri, l-ispejjeż tal-investiment rilevanti;

(c)

l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-akkomodazzjoni u l-ispejjeż per diem tal-parteċipanti.

7.

L-għajnuna se tingħata fil-forma ta’:

(a)

servizzi ssussidjati;

(b)

ħlasijiet diretti ta’ flus lill-produtturi biss fil-forma ta’ rimborż tal-spejjeż fil-fatt imġarrbin?

L-għajnuna msemmija fil-punt (672)(a) u (b) tal-Linji Gwida ma tistax tinvolvi ħlasijiet diretti lill-benefiċjarji.

8.

Id-destinatarju tal-għajnuna msemmija fil-punt (672)(a) u (b) tal-Linji Gwida se jkun il-fornitur tat-taħriġ jew tat-trasferiment tal-għarfien u tal-azzjoni tal-informazzjoni?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

9.

L-għajnuna hija aċċessibbli għal dawk l-impriżi kollha eliġibbli attivi fiż-żona rurali kkonċernata, skont kundizzjonijiet definiti b’mod oġġettiv?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

10.

Il-korpi li jipprovdu s-servizzi ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ informazzjoni għandhom il-kapaċitajiet xierqa mil-lat ta’ kwalifiki tal-persunal u taħriġ regolari biex iwettqu dawk il-kompiti?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

3.7.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦAL SERVIZZI TA’ KONSULENZA FIŻ-ŻONI RURALI

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat għal servizzi ta’ konsulenza fiż-żoni rurali kif deskritt fit-Taqsima 3.7. tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

L-għajnuna se tingħata biex tgħin lil maniġers oħrajn tal-artijiet u lill-SMEs f’żoni rurali biex jibbenefikaw mill-użu ta’ servizzi ta’ konsulenza biex titjieb il-prestazzjoni ekonomika u ambjentali kif ukoll l-ekoloġizzazzjoni u r-reżiljenza għall-klima tal-impriża u/jew tal-investiment tagħhom?

iva

le

2.

Il-konsulenza se tkopri tal-inqas wieħed minn dawn l-elementi:

(a)

l-obbligi li jġibu magħhom ir-rekwiżiti ta’ ġestjoni statutorji u/jew l-istandards għall-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin stipulati fil-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013;

(b)

il-prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent kif stabbiliti fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u l-manutenzjoni taż-żona agrikola kif jissemma fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament;

(c)

miżuri mmirati biex jiġu modernizzati l-irziezet, tissaħħaħ il-kompetittività, għall-integrazzjoni settorjali, għall-innovazzjoni, għall-orjentazzjoni tas-suq kif ukoll biex issir promozzjoni tal-intraprenditorija;

(d)

rekwiżiti definiti mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma;

(e)

Rekwiżiti definiti mill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (55), u b’mod partikolari l-konformità mal-prinċipji ġenerali ta’ ġestjoni integrata tal-pesti kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar l-Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi (56);

(f)

standards tas-sikurezza okkupazzjonali u standards tas-sikurezza marbutin mal-irziezet;

(g)

konsulenza speċifika lill-bdiewa li qed jistabbilixxu ruħhom għall-ewwel darba, inkluża l-konsulenza fuq is-sostenibbiltà ekonomika u ambjentali.

3.

Liema minn dawn it-tipi ta’ għajnuna se tiffinanzja l-iskema tal-għajnuna/miżura individwali?

(a)

konsulenza lill-SMEs f’żoni rurali marbuta mal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-benefiċjarju;

(b)

konsulenza fuq l-informazzjoni marbuta mal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-bijodiversità u l-protezzjoni tal-ilmijiet kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament Nru 1306/2013;

(c)

konsulenza fuq kwistjonijiet marbutin mal-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjenda agrikola, inklużi l-aspetti tal-kompetittività;

(d)

konsulenza għall-iżvilupp ta’ ktajjen qosra tal-provvista, il-biedja organika u l-aspetti tas-saħħa tat-trobbija tal-bhejjem;

(e)

konsulenza fuq kwistjonijiet oħrajn.

Iddeskrivi l-miżuri maħsuba:

4.

L-għajnuna trid tingħata lill-fornitur tas-servizzi ta’ konsulenza u ma tistax tinvolvi ħlasijiet diretti lill-produtturi:

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

5.

Il-konsulenza tingħata parzjalment fi grupp?

iva

le

Meta ġustifikata u xierqa, il-konsulenza tista’ tingħata b’mod parzjali fi grupp, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni tal-individwu li juża s-servizzi tal-konsulenza.

6.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 5 hija iva, iġġustifika s-servizz ta’ konsulenza fi grupp.

7.

L-ammont tal-għajnuna hu limitat għal EUR 1 500 għal kull parir?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

8.

Meta jagħtu konsulenza, il-fornituri tas-servizz ta’ konsulenza jieħdu l-impenn li jirrispettaw l-obbligi tal-kunfidenzjalità msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013?

iva

le

Jekk le, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

3.8.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI ĠDIDA TA’ BDIEWA ATTIVI FI SKEMI TAL-KWALITÀ GĦALL-QOTON U GĦALL-OĠĠETTI TAL-IKEL

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat għall-parteċipazzjoni ta’ bdiewa attivi fi skemi tal-kwalità għall-qoton u għall-oġġetti tal-ikel kif deskritt fit-Taqsima 3.8. tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

Għal liema tip ta’ skema tingħata l-għajnuna għal parteċipazzjoni ġdida?

(a)

l-iskema tal-kwalità għall-qoton jew l-oġġetti tal-ikel stabbilita bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(b)

l-iskemi tal-kwalità għall-qoton jew l-oġġetti tal-ikel rikonoxxuti mill-Istati Membri bħala konformi ma’ dawn il-kriterji:

(i)

l-ispeċifiċità tal-prodott finali prodott skont l-iskema tal-kwalità ġejja mill-obbligi ċari li jiggarantixxu:

il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott, jew

il-metodi speċifiċi tal-biedja jew tal-produzzjoni, jew

kwalità tal-prodott finali li taqbeż sew l-istandards tal-komoditajiet kummerċjali fejn jidħlu s-saħħa pubblika, tal-annimali jew tal-pjanti, it-trattament xieraq tal-annimali jew il-ħarsien ambjentali;

(ii)

l-iskema hi miftuħa għall-produtturi kollha;

(iii)

l-iskema tinvolvi speċifikazzjonijiet vinkolanti tal-prodott finali u l-konformità ma’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet hija vverifikata mill-awtoritajiet pubbliċi jew minn korp indipendenti ta’ spezzjoni;

(iv)

l-iskema hija trasparenti u tiggarantixxi t-traċċabbiltà sħiħa tal-prodotti agrikoli.

(c)

l-iskemi volontarji ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti agrikoli rikonoxxuti mill-Istat Membru li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-linji gwida tal-Unjoni dwar l-aħjar prattika għall-operazzjoni tal-iskemi volontarji ta’ ċertifikazzjoni relatati ma’ prodotti u oġġetti tal-ikel agrikoli.

2.

L-għajnuna se tingħata bħala ħlas ta’ inċentiv annwali, li l-livell tiegħu jrid jiġi stabbilit skont il-livell tal-ispejjeż fissi li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fi skemi tal-kwalità, għal durata massima ta’ ħames snin?

iva

le

Jekk le, skont it-Taqsima 3.8. tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Linji Gwida, l-għajnuna tista’ tingħata biss jekk jintlaħqu dawk il-kundizzjonijiet.

3.

X’inhu l-ammont tal-għajnuna li jrid jingħata lil kull benefiċjarji fis-sena?

Skont it-Taqsima 3.8. tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Linji Gwida, l-għajnuna hija limitata għal EUR 3 000 għal kull benefiċjarju fis-sena.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

3.9.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦAL ATTIVITAJIET TAL-INFORMAZZJONI U TAL-PROMOZZJONI DWAR IL-QOTON U L-OĠĠETTI TAL-IKEL KOPERTI MINN SKEMA TAL-KWALITÀ

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat għal attivitajiet tal-informazzjoni u tal-promozzjoni dwar il-qoton u l-oġġetti tal-ikel koperti minn skema tal-kwalità kif deskritt fit-Taqsima 3.9. tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

L-għajnuna se tingħata għal attivitajiet tal-informazzjoni u tal-promozzjoni dwar il-qoton u l-oġġetti tal-ikel li huma koperti minn skema tal-kwalità li għaliha tingħata għajnuna skont it-Taqsima 3.8. tal-Parti II tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (691) tal-Linji Gwida, l-ebda għajnuna ma tista’ tingħata għal azzjonijiet bħal dawn.

2.

L-għajnuna se tingħata biss lill-gruppi tal-produtturi li qed jimplimentaw l-attivitajiet tal-informazzjoni u tal-promozzjoni?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (692) tal-Linji Gwida, l-ebda għajnuna ma tista’ tingħata għal azzjonijiet bħal dawn.

3.

L-għajnuna se tkopri biss l-ispejjeż għal azzjonijiet b’dawn il-karatteristiċi?

(a)

azzjonijiet maħsuba biex iħeġġu lill-konsumaturi jixtru oġġetti tal-ikel jew qoton koperti minn skema tal-kwalità;

(b)

azzjonijiet li jiġbdu l-attenzjoni dwar il-karatteristiċi jew il-vantaġġi speċifiċi tal-oġġett tal-ikel jew tal-qoton, b’mod partikolari tal-kwalità, il-metodi speċifiċi tal-produzzjoni, l-istandards għoljin tat-trattament xieraq tal-annimali u r-rispett għall-ambjent, marbuta mal-iskema tal-kwalità kkonċernata.

iva

le

Jekk le, skont il-punt (693) tal-Linji Gwida, l-ebda għajnuna ma tista’ tingħata għal azzjonijiet bħal dawn.

4.

L-azzjonijiet tal-iskema tal-għajnuna se jħeġġu lill-konsumaturi jixtru oġġetti tal-ikel jew qoton minħabba l-oriġini partikolari tagħhom?

iva

le

Jekk iva, skont il-punt (694) tal-Linji Gwida, ma tista’ tingħata l-ebda għajnuna għal azzjonijiet bħal dawn għajr għal oġġetti tal-ikel u qorom koperti minn skema tal-kwalità introdotta mit-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.

Fl-azzjonijiet inklużi fl-iskema tal-għajnuna se jiġi indikat l-oriġini tal-oġġett tal-ikel jew tal-qoton?

iva

le

6.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 5 hija iva, ir-referenza għall-oriġini tal-oġġetti tal-ikel jew tal-qoton se tkun sekondarja għall-messaġġ ewlieni?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (695) tal-Linji Gwida, l-ebda għajnuna ma tista’ tingħata għal azzjonijiet bħal dawn.

7.

Se jsiru attivitajiet tal-informazzjoni u tal-promozzjoni li jkunu relatati ma’ impriżi partikolari jew ta’ marki kummerċjali?

iva

le

Jekk iva, skont il-punt (696) tal-Linji Gwida, l-ebda għajnuna ma tista’ tingħata għal azzjonijiet bħal dawn.

8.

L-attivitajiet tal-informazzjoni u tal-promozzjoni se jitwettqu fis-suq intern biss?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (697) tal-Linji Gwida, l-ebda għajnuna ma tista’ tingħata għal azzjonijiet bħal dawn.

9.

Fil-każ ta’ dawn l-azzjonijiet tal-informazzjoni u tal-promozzjoni, din hija r-rata tal-għajnuna:

sa 70 % (agħti r-rata eżatta: … %)

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

3.10.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦALL-KOPERAZZJONI FIŻ-ŻONI RURALI

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat għall-koperazzjoni fiż-żoni rurali kif deskritt fit-Taqsima 3.10. tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

L-għajnuna se tingħata sabiex tippromwovi forom ta’ koperazzjoni fost l-impriżi attivi fis-settur agrikolu, l-impriżi attivi fil-katina tal-provvista u atturi oħrajn li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet u jitwettqu l-prijoritajiet tal-politika dwar l-iżvilupp rurali, inklużi l-gruppi tal-produtturi, il-koperattivi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali?

iva

le

2.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 1 hija iva, iż-żoni rurali qed igawdu mill-koperazzjoni?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (700) tal-Linji Gwida din l-għajnuna ma tistax tingħata.

3.

Tal-inqas, il-koperazzjoni se tinvolvi żewġ entitajiet?

iva

le

4.

X’tinvolvi l-koperazzjoni?

(a)

approċċi ta’ koperazzjoni;

(b)

il-ħolqien ta’ raggruppamenti u netwerks;

(c)

it-twaqqif u t-tħaddim ta’ gruppi operazzjonali tal-EIP għall-produttività u s-sostenibbiltà tal-agrikoltura kif imsemmi fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

5.

L-għajnuna se tingħata għall-koperazzjoni relatata ma’ dawn l-attivitajiet:

(a)

proġetti pilota;

(b)

l-iżvilupp ta’ prodotti, prattiki, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-settur alimentari;

(c)

koperazzjoni fost l-operaturi ż-żgħar biex jiġu organizzati proċessi ta’ ħidma konġunta u jinqasmu l-faċilitajiet u r-riżorsi u għall-iżvilupp u/jew il-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi tat-turiżmu relatati mat-turiżmu rurali;

(d)

koperazzjoni orizzontali u vertikali bejn l-atturi tal-katina tal-provvista biex jinħolqu u jiġu żviluppati ktajjen qosra tal-provvista u swieq lokali;

(e)

attivitajiet promozzjonali f’kuntest lokali relatati mal-iżvilupp ta’ katina qasira tal-provvista u swieq lokali;

(f)

azzjonijiet konġunti bil-għan li jittaffa t-tibdil fil-klima jew bil-għan ta’ adattament għalih;

(g)

approċċi komuni għall-proġetti ambjentali u għall-prattiki ambjentali li qed jitħaddmu, fosthom il-ġestjoni effiċjenti tal-ilma, l-użu tal-enerġija rinnovabbli u l-priżervazzjoni tal-pajsaġġi agrikoli;

(h)

koperazzjoni orizzontali u vertikali fost l-atturi tal-katina tal-provvista għall-forniment sostenibbli tal-bijomassa għall-użu fl-ikel u fil-produzzjoni tal-enerġija u l-proċessi industrijali;

(i)

l-implimentazzjoni, b’mod partikolari minn gruppi ta’ sħab pubbliċi u privati ħlief dawk definiti fil-punt (b) tal-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, tal-istrateġiji tal-iżvilupp lokali ħlief dawk definiti fl-Artikolu 2(19) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, li jindirizzaw waħda jew aktar mill-prijoritajiet tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali;

(j)

id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tal-biedja f’attivitajiet li jkollhom x’jaqsmu mal-kura tas-saħħa, l-integrazzjoni soċjali, l-agrikoltura appoġġjata mill-komunità u l-edukazzjoni dwar l-ambjent u l-ikel.

6.

L-għajnuna għall-ħolqien ta’ raggruppamenti u netwerks se tingħata biss lil raggruppamenti u netwerks ifformati ġodda u dawk li jibdew attività ġdida għalihom?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (703) tal-Linji Gwida din l-għajnuna ma tistax tingħata.

7.

L-għajnuna għal proġetti pilota u għall-iżvilupp ta’ prodotti, prattiki, proċessi u teknoloġiji ġodda fis-settur alimentari se tingħata wkoll lil atturi individwali meta l-programm tal-iżvilupp rurali jkun jipprovdi għal din il-possibbiltà?

iva

le

8.

Jekk it-tweġiba tal-mistoqsija 7 hija iva, ir-riżultati ta’ dawn il-proġetti pilota u l-attivitajiet imwettqin minn atturi individwali se jitqassmu?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (704) tal-Linji Gwida din l-għajnuna ma tistax tingħata.

9.

L-għajnuna għat-twaqqif u l-iżvilupp ta’ ktajjen qosra tal-provvista se tkopri biss ktajjen tal-provvista li jinvolvu xejn iktar minn intermedjarju wieħed bejn bidwi u konsumatur?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (705) tal-Linji Gwida din l-għajnuna ma tistax tingħata.

10.

L-għajnuna se tikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi dwar il-kompetizzjoni, b’mod partikolari mal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (706) tal-Linji Gwida din l-għajnuna ma tistax tingħata.

Jekk iva, spjega kif se tkun żgurata din il-konformità.

11.

L-għajnuna se tkun limitata għal perjodu massimu ta’ seba’ snin ħlief għall-azzjoni ambjentali kollettiva f’każijiet ġustifikati kif xieraq?

iva

le

Iġġustifika l-azzjonijiet ambjentali kollettivi li jaqbżu s-seba’ snin:

12.

Se tingħata għajnuna biex tkopri dawn l-ispejjeż eliġibbli?

(a)

l-ispejjeż għall-istudji taż-żona kkonċernata, l-istudji tal-fattibbiltà, u t-tfassil ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju jew ta’ strateġija tal-iżvilupp lokali għajr dik imsemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(b)

l-ispejjeż għall-animazzjoni taż-żona kkonċernata sabiex ikun jista’ jsir proġett territorjali kollettiv jew proġett li jrid jitwettaq minn grupp operazzjonali tal-EIP għall-produttività u s-sostenibbiltà tal-agrikoltura kif imsemmi fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013; fil-każ ta’ raggruppamenti, l-animazzjoni tista’ tikkonċerna wkoll it-tfassil ta’ netwerk bejn membri u l-ħatra ta’ membri ġodda;

(c)

l-ispejjeż operazzjonali tal-koperazzjoni, bħalma huma l-paga tal-“koordinatur”;

(d)

l-ispejjeż diretti ta’ proġetti speċifiċi marbuta mal-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, pjan ambjentali, strateġija tal-iżvilupp lokali ħlief dik imsemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jew azzjonijiet oħra mmirati għall-innovazzjoni, inkluż l-ittestjar;

(e)

l-ispejjeż għall-attivitajiet promozzjonali.

Skont il-punt (708) tal-Linji Gwida, l-għajnuna tista’ tingħata biex tkopri biss dawk l-ispejjeż eliġibbli.

13.

L-ispejjeż diretti se jkunu limitati għall-ispejjeż eliġibbli tal-għajnuna għall-investiment, kif speċfikat fil-punti (635) sa (636) tal-Linji Gwida u se jikkonformaw mal-kundizzjonijiet speċifiċi msemmija fil-punt (634) tal-Linji Gwida?

iva

le

Jekk le, skont il-punt (709) tal-Linji Gwida din l-għajnuna ma tistax tingħata.

14.

Indika l-intensità tal-għajnuna bħala persentaġġ tal-ispejjeż eliġibbli.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

3.11.   FOLJU TA’ INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI DWAR L-GĦAJNUNA GĦAT-TWAQQIF TA’ FONDI MUTWI

Dan il-folju jrid jintuża għan-notifika ta’ xi miżura ta’ għajnuna mill-Istat għat-twaqqif ta’ fondi mutwi kif deskritt fil-punt 3.11. tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u fiż-żoni rurali mill-2014 sal-2020 (“il-Linji Gwida”).

1.

Speċifika liema telf se jkopri l-fond mutwu li għalih se titħallas b’mod parzjali l-kontribuzzjoni finanzjarja skont il-miżura tal-għajnuna notifikata:

(a)

it-telf li jikkawżaw avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jitqabblu ma’ diżastru naturali, mard tal-annimali u pesti tal-annimali, kif jissemma fit-Taqsimiet 1.2.1.2. u 1.2.1.3. tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Linji Gwida;

(b)

it-telf li jikkawżaw l-inċidenti ambjentali.

2.

X’inhuma l-ispejjeż eliġibbli?

L-ispejjeż amministrattivi għat-twaqqif tal-fond mutwu, mifruxin fuq perjodu massimu ta’ tliet snin b’mod digressiv.

Ma hemm l-ebda spiża oħra eliġibbli. L-istokk kapitali inizjali mhuwiex spiża eliġibbli.

3.

X’inhu l-livell ta’ għajnuna propost? (bħala persentaġġ)

Ir-rata massima tal-għajnuna hija 65 % tal-ispejjeż eliġibbli.

4.

L-ammont tal-ispiża eliġibbli għall-appoġġ se jkun limitat?

iva

le

4.1.

Jekk iva, kif se jkun limitat?

Il-limitu massimu għal kull fond: …

5.

Il-fond mutwu ġie akkreditat mill-awtorità kompetenti skont il-liġi nazzjonali?

iva

le

6.

Il-fond mutwu għandu politika trasparenti fejn jidħlu l-ħlasijiet lill-fond u teħid tal-flus minnu?

iva

le

7.

Il-fond mutwu għandu regoli ċari li jattribwixxu r-responsabbiltajiet għal kull dejn imġarrab?

iva

le

Skont il-punt (714) tal-Linji Gwida, jekk il-mistoqsijiet 5, 6 u 7 ma jitweġbux fl-affermattiv, il-Kummissjoni ma tistax tiddikjara li l-iskema tal-għajnuna hi kompatibbli mas-suq intern.

8.

Ġew definiti r-regoli għat-tiswir u l-ġestjoni tal-fond mutwu, b’mod partikolari għall-għoti tal-ħlasijiet ta’ kumpens, kif ukoll għall-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tal-konformità ma’ dawn ir-regoli?

iva

le

9.

Fil-każ ta’ negliġenza min-naħa tal-impriża, l-arranġamenti tal-fond mutwu jipprovdu għal penali?

iva

le

Skont il-punt (715) tal-Linji Gwida, jekk il-mistoqsijiet 8 u 9 ma jitweġbux fl-affermattiv, il-Kummissjoni ma tistax tiddikjara li l-iskema tal-għajnuna hi kompatibbli mas-suq intern.

INFORMAZZJONI OĦRA

Indika xi informazzjoni oħra li tkun meqjusa rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżura kkonċernata f’din it-Taqsima tal-Linji Gwida.

…”


(1)  ĠU C 204, 1.7.2014, p. 1, kif modifikat b’ĠU C 390, 24.11.2015, p. 4.

(2)  Madankollu huwa permess ir-rekwiżit li waqt l-għoti tal-għajnuna jkun hemm stabbiliment jew fergħa fl-Istat Membru li jkun qed jagħti l-għajnuna.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(4)  Dan it-tieni rekwiżit ma japplikax fil-każ ta’ skemi tas-suċċessur fiskali sakemm l-attività ma tkunx diġà koperta mill-iskemi ta’ qabel fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa.

(5)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1) (id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(7)  Din l-informazzjoni trid tiġi ppubblikata fi żmien sitt xhur mid-data tal-għoti tal-għajnuna (jew fi żmien sena mid-data tad-dikjarazzjoni tat-taxxa fil-każ tal-għajnuna fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa). Fil-każ ta’ għajnuna mhux skont il-liġi, l-Istati Membri se jintalbu jiżguraw li din l-inormazzjoni ex post tiġi ppubblikata tal-inqas fi żmien sitt xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. L-informazzjoni trid tkun disponibbli f’format li jippermetti li d-dejta tkun tista’ titfittex, tiġi estratta u faċilment ippubblikata fuq l-Internet, pereżempju f’format CSV jew XML.

(8)  L-informazzjoni dwar l-għajnuna li ngħatat qabel l-1 ta’ Lulju 2016 u, għall-għajnuna fiskali, l-għajnuna li ntalbet u jew li ngħatat qabel 1 ta’ Lulju 2016 mhux se jkun hemm bżonn li tiġi ppubblikata.

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

(10)  Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

(11)  ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1.

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(13)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).

(14)  Għall-finijiet ta’ dan il-punt, is-sempliċi sostituzzjoni ta’ bini jew faċilità eżistenti ma’ bini jew faċilità ġdida u aġġornata, mingħajr l-ebda bidla fundamentali fil-produzzjoni jew fit-teknoloġija involuta, ma għandhiex titqies li għandha x’taqsam mal-modernizzazzjoni.

(15)  “ipproċessar tal-prodotti agrikoli” tfisser kull operazzjoni fuq prodott agrikolu li toħloq fi prodott li jkun ukoll prodott agrikolu, għajr l-attivitajiet fir-razzett meħtieġa għat-tħejjija ta’ prodott tal-annimali jew tal-pjanti għall-ewwel bejgħ.

(16)  “kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli” tfisser iż-żamma jew il-wiri għall-fini ta’ bejgħ, offerta għall-bejgħ, kunsinna jew xi mod ieħor ta’ tqegħid fis-suq, għajr l-ewwel bejgħ mingħand produttur primarju lil min ibigħ mill-ġdid jew lill-proċessuri u kull attività ta’ tħejjija ta’ prodott għal dan l-ewwel bejgħ; il-bejgħ mingħand produttur primarju lill-konsumaturi finali jitqies bħala kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli jekk dan iseħħ f’bini separat riżervat għal dak il-għan.

(17)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(18)  ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1.

(19)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).

(20)  ĠU L 302, 1.11.2006, p. 10.

(21)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27).

(22)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 tat-3 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 46, 19.2.2015, p. 1).

(23)  Ara d-definizzjoni ta’ SMEs fil-punt (35).13 tal-Linji Gwida.

(24)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(25)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(26)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(27)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (il-FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).

(28)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

(29)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(30)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(31)  Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).

(32)  Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).

(33)  ĠU C 341, 16.12.2010, p. 5.

(34)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(35)  Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).

(36)  Dan japplika wkoll għall-koperazzjoni relatata mal-produzzjoni ta’ enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli jew il-produzzjoni ta’ bijokarburanti f’azjendi agrikoli, diment li jitħarsu l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 1.1.1.1 tal-Parti II tal-Linji Gwida.

(37)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(38)  Fil-każ ta’ skemi qafas tal-għajnuna ex-ante, il-mistoqsijiet 2, 3, 4 u 8 ma japplikawx.

(39)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1).

(40)  Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).

(41)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(42)  ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1.

(43)  ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1.

(44)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(45)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(46)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

(47)  Id-deskrizzjoni trid tirrifletti kif l-Istat Membru beħsiebu jiżgura li l-għajnuna tingħata biss għall-ispejjeż addizzjonali tat-trasport ta’ oġġetti fil-fruntieri nazzjonali, u li l-għajnuna tiġi kkalkulata skont l-aktar forma tat-trasport ekonomika u l-iqsar rotta bejn il-post tal-produzzjoni tal-prodotti agrikoli jew tal-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u l-postijiet fejn jinbiegħu, u li din ma tistax tingħata għall-ispejjeż tat-trasport tal-prodotti ta’ negozji b’post alternattiv.

(48)  Għandhom jiġu nnotifikati biss dawk il-miżuri li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ għajnuna mill-Istat u r-regoli dwar l-interpretazzjoni ta’ dik id-definizzjoni stabbiliti fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar in-nozzjoni tal-għajnuna mill-Istat. Fil-każ ta’ inċertezza dwar jekk il-miżura tissodisfax il-kundizzjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat, din tista’ titressaq għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Fil-prinċipju, il-miżuri tal-forestrija fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jitqiesu li jissodisfaw il-kriterji kollha tal-għajnuna mill-Istat.

(49)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tas-17.12.2013 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(50)  Skont il-punt (495) tal-Linji Gwida, din l-eċċezzjoni hi inkluża fl-Artikolu 5(5)(c), fl-Artikolu 21(1)(e) u fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

(51)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsieni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1).

(52)  Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri tal-Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).

(53)  It-tieni Konferenza Ministerjali dwar il-protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa, mis-16 sas-17 ta’ Ġunju 1993, Ħelsinki/il-Finlandja “Riżoluzzjoni H1 – Linji Gwida Ġenerali għall-Ġestjoni Sostenibbli tal-Foresti fl-Ewropa”.

(54)  Għal għajnuna biex jinbdew servizzi ta’ konsulenza u taħriġ tal-konsulenti fiż-żoni rurali, imla l-formoli marbutin mat-Taqsimiet 3.3 u 3.6 tal-Parti II tal-Linji Gwida.

(55)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(56)  Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71).


Top