Regoli komuni għall-aċċess għas-suq tal-UE tat-trasport bit-triq

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (KE) Nru 1072/2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Għalkemm operazzjonijiet internazzjonali tat-trasport bit-triq* ġew kompletament liberalizzati fl-UE, kabotaġġ*, it-trasport nazzjonali bit-triq fi Stat Membru tal-UE minn trasportaturi li mhumiex residenti f’dak l-Istat Membru, għadu soġġett għal restrizzjonijiet.

Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 għalhekk jistabbilixxi:

Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2020/1055 jirrikjedi li:

PUNTI EWLENIN

Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 japplika għal:

Sabiex ikun jista’ jwettaq trasport internazzjonali, trasportatur għandu jkollu fil-pussess tiegħu liċenzja tal-Komunità u, jekk ix-xufier ikun ċittadin ta’ pajjiż terz, dan għandu jkollu wkoll attestazzjoni ta’ xufier.

Liċenzja Komunitarja

Din il-liċenzja:

Attestazzjoni tax-xufier

Attestazzjoni tax-xufier:

Jekk dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati, l-istess awtoritajiet jistgħu jirrifjutaw applikazzjoni għall-ħruġ jew għat-tiġdid ta’ liċenzja jew għall-ħruġ ta’ attestazzjoni. Jekk id-detentur ta’ liċenzja Komunitarja jew ta’ attestazzjoni tax-xufier ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet jew ikun ipprovda informazzjoni skorretta, il-liċenzja jew l-attestazzjoni tiġi rtirata.

Operazzjonijiet ta’ Kabotaġġ

Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 jimponi regolamenti stretti fuq l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ, b’mod partikolari:

Ir-regolamenti ta’ hawn fuq japplikaw biss jekk it-trasportatur ikun jista’ jipproduċi prova tat-trasport internazzjonali tal-merkanzija fl-Istat Membru kkonċernat, kif ukoll prova ta’ kull operazzjoni ta’ kabotaġġ konsekuttiva.

L-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni nazzjonali fl-Istat Membru ospitanti rigward:

Ir-regoli msemmija hawn fuq japplikaw b’mod ugwali għat-trasportaturi mhux residenti u għat-trasportaturi stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti.

Ksur

Meta trasportatur jikser il-leġiżlazzjoni tat-trasport bit-triq fl-UE:

Kull ksur serju għandu jiġi rreġistrat fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq.

Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2020/1055

Il-bidliet ewlenin introdotti fir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 bl-emendar tar-Regolament (UE) 2020/1055 jinkludu dan li ġej.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Operazzjoni ta’ trasport bit-triq: il-vjaġġ kollu tal-merkanzija bit-triq lejn id-destinazzjoni finali tagħha
Kabotaġġ: Meta trasportatur irreġistrat f’pajjiż partikolari tal-UE jwettaq trasport nazzjonali f’pajjiż ieħor tal-UE.
Trasport ta’ merkanzija: l-att tal-ġarr u t-trasport tal-merkanzija.
Kumpaniji fantażma: kumpaniji li jkunu ġew stabbiliti bil-għan li jibbenefikaw minn lakuni leġiżlattivi filwaqt li huma stess ma jipprovdu l-ebda servizz lill-klijenti, iżda minflok jipprovdu faċċata għas-servizzi pprovduti mis-sidien tagħhom (il-Kummissjoni Ewropea f’COM(2013) 122 final).
Kiri jew kumpens: it-trasport għal ħlas, ta’ persuni jew merkanzija, f’isem partijiet terzi.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (ĠU L 300, 14.11.2009, pp. 72-87)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2020/1055 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq (ĠU L 249, 31.7.2020, pp. 17-32)

l-aħħar aġġornament 19.11.2020