Sigurtà tal-avjazzjoni ċivili: Regoli għall-UE kollha

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (KE) Nru 300/2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Standards bażiċi komuni għall-protezzjoni tal-avjazzjoni ċivili

Dawn l-istandards jinkludu, pereżempju:

F’Novembru 2015, il-Kummissjoni Ewropea adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998. Dan jistabbilixxi miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-istandards ta’ sigurtà u jħassar regolament preċedenti (ir-Regolament (UE) Nru 185/2010), li ġie emendat aktar minn 20 darba. Sa mill-adozzjoni tiegħu, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 innifsu ġie emendat diversi drabi.

L-emendi jimmodifikaw il-lista ta’ pajjiżi mhux tal-UE rikonoxxuti bħala li japplikaw standards ekwivalenti għal dawk tal-UE, u jintroduċu regoli ġodda dwar:

Obbligi fuq il-pajjiżi tal-UE u fuq l-ajruporti u l-operaturi

Il-pajjiżi tal-UE għandhom:

L-ajruporti, it-trasportaturi tal-ajru u l-entitajiet għandhom:

Spezzjonijiet mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni twettaq spezzjonijiet f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali inklużi spezzjonijiet mhux imħabbra ta’ ajruporti, trasportaturi tal-ajru u persuni jew negozji rilevanti oħrajn. Kwalunkwe nuqqas għandu jitranġa mill-awtorità nazzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali huma responsabbli għall-kontroll u għall-infurzar primarju tal-kwalità, u għaldaqstant għandhom iwettqu verifiki u spezzjonijiet tal-ajruporti, it-trasportaturi tal-ajru u persuni jew negozji rilevanti oħrajn.

Ir-rikonoxximent ta’ standards tas-sigurtà tal-avjazzjoni ekwivalenti ma’ pajjiżi mhux tal-UE

L-UE tista’ tirrikonoxxi standards tas-sigurtà tal-avjazzjoni ta’ pajjiżi mhux tal-UE bħala ekwivalenti għall-istandards tal-UE sabiex tippermetti sistema “ta’ kontroll tas-sigurtà unika”. Dan ifisser, pereżempju, li l-passiġġieri li jaslu fl-ajruporti tal-UE u li jkunu sejrin lejn destinazzjonijiet oħrajn ma jkollhomx għalfejn jerġgħu jiġu skrinjati. Dan iwassal għal ħinijiet ta’ konnessjoni aktar veloċi, inqas spejjeż u konvenjenza akbar għall-vjaġġaturi. Il-“kontroll tas-sigurtà uniku” huwa wieħed mill-objettivi tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni.

Rapport ta’ implimentazzjoni

Kull sena, il-Kummissjoni tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 300/2008. L-aktarrapport riċenti, dwar l-2017, ġie ppubblikat fl-2019.

Il-pandemija tal-COVID-19

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mit-28 ta’ April 2010

L-artikoli li ġejjin ilhom japplikaw mid-29 ta’ April 2008:

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (ĠU L 97, 9.4.2008, pp. 72-84)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 300/2008 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/910 tat-30 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998, (UE) 2019/103 u (UE) 2019/1583 fir-rigward tad-deżinjazzjoni mill-ġdid tal-linji tal-ajru, tal-operaturi u tal-entitajiet li jipprovdu kontrolli tas-sigurtà għall-merkanzija u l-posta li jaslu minn pajjiżi terzi, kif ukoll il-posponiment ta’ ċerti rekwiżiti regolatorji fil-qasam taċ-ċibersigurtà, tal-kontroll tal-isfond, tal-istandards tat-tagħmir b’sistemi għad-detezzjoni tal-isplussivi, u tat-tagħmir għad-detezzjoni ta’ traċċi tal-isplussivi, minħabba l-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 208, 1.7.2020, pp. 43-47)

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 tal-5 ta’ Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 299, 14.11.2015, pp. 1-142)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2010 tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri biex jitwettqu spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 23, 27.1.2010, pp. 1-5)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà (ĠU L 338, 19.12.2009, pp. 17)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta’ April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008 (ĠU L 91 3.4.2009, pp. 7-13)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — ir-rapport annwali tal-2017 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili (COM(2019) 183 final, 16.4.2019)

l-aħħar aġġornament 14.09.2020