Għajnuniet mill-Istat għall-kumpaniji ferrovjarji

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Linji Gwida dwar l-għajnuniet mill-Istat għall-impriżi ferrovjajrji

L-Artikolu 93 TFUE – koordinazzjoni tat-trasport

X’INHU L-GĦAN TA’ DAWN IL-LINJI GWIDA?

Dawn il-linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea jiċċaraw ir-regoli stabbiliti fit-trattati tal-UE għall-finanzjament pubbliku tal-kumpaniji ferrovjarji u jipprovdu gwida dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuniet mill-istat għall-kumpaniji ferrovjarji mat-trattati tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Ir-regoli tal-UE għal għajnuniet statali

Kamp ta’ Applikazzjoni

Il-linji gwida japplikaw għall-kumpaniji ferrovjarji kif ukoll, għall-kumpaniji tat-trasport tal-passiġġieri urbani, suburbani jew reġjonali fir-rigward tal-għajnuna għax-xiri u t-tiġdid tar-rolling stock.

Miżuri ta’ appoġġ

Il-linji gwida jkopru diversi tipi ta’ miżuri ta’ appoġġ:

Dan it-tip ta’ appoġġ hu eżaminat skont l-għan ta’ interess komuni li l-għajnuna tkun qed tikkontribwixxi għalih. Huma definiti regoli għall-kategoriji ta’ għajnuna li ġejjin:

Taħt ċerti kundizzjonijiet, il-kanċellazzjoni tad-dejn tista’ titqies bħal għajnuna kompatibbli mas-suq uniku jekk ikollha l-għan li tiffaċilita t-tranżizzjoni lejn suq ferrovjarju miftuħ, mingħajr kompetizzjoni u kummerċ li ma jtellfux aktar milli huwa xieraq bejn il-pajjiżi tal-UE.

Il-kompatibbiltà tal-għajnuniet mill-istat għad-ditti tar-ristrutturar fl-industrija ferrovjarja hi eżaminata fuq il-bażi ta’ linji gwida dwar l-għajnuna għar-ristrutturar 2014.

L-interventi ta’ awtoritajiet pubbliċi bl-għan li jiggwidaw l-iżvilupp tas-settur tat-trasport f’interess komuni tista’ tieħu diversi forom:

Il-linji gwida jistabbilixxu fid-dettall il-metodu li jiddetermina l-kost eliġibbli, kif ukoll il-kundizjzonijiet li jippermettu din l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ kompabilitià msemmija fit-trattati.

Ir-regoli applikabbli għall-għajnuniet statali fil-forma ta’ garanziji, inkluż fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija, huma stabbiliti fl-avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE (issa l-Artikoli 107 u 108 TFUE).

SFOND

DOKUMENTI EWLENIN

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-għajnuniet mill-Istat għall-impriżi ferrovjajrji (ĠU L 184, 22.7.2008, pp. 13–31)

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - It-tielet parti - Politiki u azzjonijiet interni tal-Unjoni - Titolu VI - It-trasport - l-Artikolu 93 (ex Artikolu 73 TEK) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 86)

l-aħħar aġġornament 10.11.2016