Tgeżwir ta’ film taċ-ċelluloża riġenerata f’kuntatt mal-ikel

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 2007/42/KE dwar materjali u oġġetti magħmula minn tertuqa (film) taċ-ċelluloża riġenerata intiżi biex jiġu f’kuntatt mal-ikel

SOMMARJU

X’TAGĦMEL DIN ID-DIRETTIVA?

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-direttiva tapplika għall-film taċ-ċelluloża riġenerata — jew fl-għamla ta’ prodott lest fih innifsu jew bħala parti minn prodott lest li jkun fih materjali oħrajn —li huwa maħsub li jiġi jew jitqiegħed f’kuntatt mal-ikel.

Din tkopri l-kategoriji segwenti:

Din ma tapplikax għal kisi sintetiku ta’ ċelluloża riġenerata.

Lista ta’ sustanzi awtorizzati

Kummerċjalizzazzjoni u tikkettjar

Fl-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni, il-materjali u l-oġġetti magħmula mill-film riġenerat taċ-ċelluloża — li huma intiżi li jiġu f’kuntatt mal-oġġetti tal-ikel — iridu jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni bil-miktub, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1935/2004. Madankollu, meta tali materjali jew oġġetti huma, fin-natura tagħhom stess, intiżi biex jiġu f’kuntatt mal-oġġetti tal-ikel, dawn ma humiex suġġetti għal dan l-obbligu.

Meta jiġu indikati kundizzjonijiet speċjali dwar l-użu, il-materjal jew l-oġġett magħmul minn film riġenerat taċ-ċelluloża jrid jiġi mmarkat kif xieraq.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Hija daħlet fis-seħħ fl-20 ta’Lulju 2007.

SFOND

TERMINU EWLIENI

* Film taċ-ċelluloża riġenerata: folja rqiqa ta’ materjal miksub minn ċelloloża raffinata li ġejja minn injam jew qoton mhux irriċiklat. Il-film taċ-ċelluloża riġenerata jista’ jkun miksi fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat.

ATT

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/42/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 dwar materjali u oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiża biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 71-82)

ATTI RELATATI

Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4–17). L-emendi suċċessivi u l-korrezzjonijiet għar-Regolament (UE) Nru 1935/2004 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss bħala referenza.

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1–89) Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 02.12.2015