Projbizzjoni fuq il-kummerċ ta' strumenti tat-tortura
L-Unjoni Ewropea (UE) hija kontra l-piena kapitali, it-tortura u kastigi krudili mhux tas-soltu oħrajn* li jiġu esegwiti f’pajjiżi terzi. Għal din ir-raġuni, hija tipprojbixxi l-kummerċ ta’ ċerti tipi ta’ tagħmir u prodotti li jistgħu jintużaw għal dawn l-għanijiet, bħal forki, siġġijiet tal-elettriku u sistemi ta’ injezzjoni letali.
ATT
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra
SOMMARJU
L-Unjoni Ewropea (UE) hija kontra l-piena kapitali, it-tortura u kastigi krudili mhux tas-soltu oħrajn* li jiġu esegwiti f’pajjiżi terzi. Għal din ir-raġuni, hija tipprojbixxi l-kummerċ ta’ ċerti tipi ta’ tagħmir u prodotti li jistgħu jintużaw għal dawn l-għanijiet, bħal forki, siġġijiet tal-elettriku u sistemi ta’ injezzjoni letali.
X’JAGĦMEL DAN IR-REGOLAMENT?
Huwa jipprojbixxi kwalunkwe esportazzjoni jew importazzjoni ta’ oġġetti li ma għandhom ebda użu prattiku għajr għall-iskop ta’ piena kapitali, tortura u trattament jew kastig krudili, inuman jew degradanti ieħor. Huwa jistabbilixxi wkoll sistema ta’ awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni ta’ oġġetti li jistgħu jintużaw għal skopijiet bħal dawn.
PUNTI EWLENIN
SFOND
Il-projbizzjoni assoluta fuq it-tortura u t-trattament ħażin, kif minquxa fil-konvenzjonijiet ewlenin tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem, hija riflessa fil-livell tal-UE fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li tgħid li “ħadd ma għandu jkun soġġett għal tortura jew għal trattament jew kastig inuman jew degradanti”. Il-karta tipprojbixxi wkoll il-piena kapitali.
TERMINI EWLENIN
*Kastig mhux tas-soltu: kastig li jikkawża uġigħ, tbatija jew umiljazzjoni ’lil hinn mis-sens morali ta’ komunità.
Għal aktar tagħrif, ara Il-miżuri kontra t-tortura fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea.
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Ir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 |
30.7.2006 |
- |
|
- |
- |
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Ir-Regolament (UE) Nru 37/2014 |
20.2.2014 |
- |
L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1236/2005 u l-annessi tiegħu ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss għal referenza.
ATTI RELATATI
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 775/2014 tas-16 ta’ Lulju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (ĠU L 210, 17.7.2014, p. 1-10)
l-aħħar aġġornament 03.08.2015