L-allokazzjoni tal-kwoti ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni tal-UE u l-liċenzji

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 717/2008 — l-amministrazzjoni tal-kwoti kwantitattivi

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni tal-Unjoni Ewropea (UE).

PUNTI EWLENIN

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ir-Regolament (KE) Nru 717/2008 huwa l-verżjoni kodifikata ta' att oriġinali (ir-Regolament (KE) Nru 520/94), u l-emendi sussegwenti tiegħu. Dan ilu japplika mill-15 ta’ Awwissu 2008.

SFOND

Matul is-snin, hekk kif aktar u aktar pajjiżi saru membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, dan ir-regolament fil-prattika issa japplika biss għal importazzjonijiet minn għadd limitat ta’ pajjiżi. Bħalissa japplika għal importazzjonijiet ta’ tessuti mill-Belarussja u l-Korea ta’ Fuq. Ma hemmx kwoti kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-UE.

DOKUMENT EWLIENI

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 717/2008 tal-15 ta’ Lulju 2008 li jistabblixxi proċedura tal-Komunità għall-amministrazzjoni tal-kwoti kwantitattivi (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 198, 26.7.2008, p. 1–7)

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 717/2008 tas-17 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għall-amministrazzjoni ta' kwoti kwantitattivi (ĠU L 206, 2.8.2008, p. 34)

l-aħħar aġġornament 27.02.2017