Linji gwida tal-UE dwar it-tortura u trattament ieħor krudili

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Linji gwida għall-politika tal-UE lejn pajjiżi mhux tal-UE dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

SOMMARJU

X’JAGĦMLU DAWN IL-LINJI GWIDA?

Dawn joħolqu għodda operattiva biex tintuża mill-UE f’kuntatti ma’ pajjiżi mhux fl-UE fir-rigward tal-ġlieda kontra t-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (eż. Is-swat meta persuna tinżamm fil-kustodja).

PUNTI EWLENIN

L-UE tiġġieled it-tortura u t-trattament ħażin permezz tal-appoġġ ta’ strumenti internazzjonali (eż. Id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra, l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, eċċ.), u permezz ta’ miżuri fi ħdan il-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) tagħha, bħar-regolazzjoni tal-kummerċ fi strumenti li jintużaw għat-tortura.

L-azzjonijiet tal-UE għall-ġlieda kontra t-tortura u t-trattament ħażin f’relazzjonijiet ma’ pajjiżi mhux tal-UE jikkonsistu minn dan li ġej:

Skont dawn il-linji gwida, l-UE tħeġġeġ lil pajjiżi mhux tal-UE jieħdu l-miżuri li ġejjin:

SFOND

Ir-rispett għad-drittjiet tal-bniedem huwa wieħed mill-prijoritajiet ewlenin fir-relazzjonijiet esterni tal-UE. Il-ġlieda kontra t-tortura u t-trattament ħażin hija parti neċessarja minn dan ix-xogħol, minkejja l-eżistenza ta’ għadd ta’ strumenti internazzjonali li jipprojbixxu dan it-tip ta’ ksur serju tad-dinjità tal-bniedem.

L-azzjonijiet tal-UE, li huma appoġġati bis-sħiħ mill-pajjiżi kollha tagħha, għandhom l-għan li jipprevjenu u jeliminaw it-tortura u t-trattament ħażin u li jiġġieldu l-impunità ta’ dawk li huma responsabbli. Din il-ħidma tikkomplementa l-azzjoni tal-UE biex tiġġieled il-piena tal-mewt.

ATT

Linji Gwida għall-Politika tal-UE lejn pajjiżi terzi dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra — Aġġornament tal-Linji Gwida 6129/1/12 REV1, 20 ta’ Marzu 2012

l-aħħar aġġornament 08.03.2016