Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew
SOMMARJU
X’JAGĦMLU DAWN IR-REGOLI TA’ PROĊEDURA?
-
Dawn jistabbilixxu l-organizzazzjoni interna u l-ħidma tal-unika istituzzjoni pan-Ewropea tal-UE li hija eletta direttament. Skont l-Artikolu 232 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew għandu s-setgħa jadotta regoli ta’ proċedura proprji tiegħu.
-
Id-dokument ta’ 300 paġna jkopri l-aspetti proċedurali kollha tal-ħidmiet parlamentari. Dan jiġi aġġornat b’mod regolari (l-aħħar verżjoni: Settembru 2015).
PUNTI EWLENIN
Ir-regoli jkopru l-aspetti segwenti tal-ħajja parlamentari.
Membri tal-Parlament Ewropew (MEPs):
Uffiċjali tal-Parlament
L-MEPs jeleġġu President, 14-il Viċi President u 5 kwesturi permezz ta’ vot sigriet għal terminu ta’ 2.5 snin.
-
Il-President:
-
għandu f’idejh it-tmexxija ġenerali tal-Parlament u d-diversi operazzjonijiet tiegħu;
-
jirrappreżenta l-Parlament;
-
jiżgura l-osservanza tar-regoli u jżomm l-ordni;
-
jiftaħ, jissospendi u jagħlaq is-seduti, jippresiedi d-dibattiti u jwettaq superviżjoni tal-votazzjoni;
-
jiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà tal-emendi, dwar mistoqsijiet u dwar il-konformità tar-rapporti; u
-
jirreferi lill-kumitati parlamentari l-kwistjonijiet li jikkonċernawhom.
-
Il-Viċi Presidenti għandhom responsabbiltajiet speċifiċi u jissostitwxxu lill-President meta jkun meħtieġ.
-
Il-kwesturi huma responsabbli għal kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji li jikkonċernaw lill-MEPs direttament.
-
Il-Bureau jikkonsisti mill-President u minn 14-il Viċi President. Dan jiddeċiedi fuq kwistjonijiet finanzjarji, organizzazzjonali u amministrattivi li jaffettwaw lill-Parlament.
-
Il-Konferenza tal-Presidenti tikkonsisti mill-President tal-Parlament u l-presidenti tal-gruppi politiċi (ara hawn taħt). Din torganizza l-ħidma politika tal-Parlament u tiddeċiedi dwar l-ippjanar leġiżlattiv.
-
Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati hija magħmula mill-Presidenti tal-kumitati permanenti u l-kumitati parlamentari speċjali kollha. Din tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar il-ħidma tal-kumitat u l-aġendi tas-sessjoni plenarja.
-
Il-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet tikkonsisti mill-presidenti tad-delegazzjonijiet kollha tal-Parlament għal parlamenti xi mkien ieħor fid-dinja. Din tista’ tagħmel rakkomandazzjonijeit dwar il-ħidma tad-delegazzjonijiet.
-
Il-gruppi politiċi huma magħmula mill-MEPs abbażi tal-affinitajiet politiċi tagħhom. Huwa meħtieġ minimu ta’ 25 MEP, eletti f’mill-inqas kwart tal-pajjiżi tal-UE biex jiġi ffurmat grupp. Dawn jirċievu appoġġ finanzjarju u amministrattiv skont id-daqs tagħhom.
-
Xi MEPs ma jappartjenux għal grupp politiku. Dawn jirċievu appoġġ għall-attivitajiet parlamentari tagħhom.
-
MEPs individwali minn gruppi politiċi differenti jistgħu jiffurmaw intergrupp bejn il-partiti dwar kwistjonijiet speċifiċi bħall-benessri tal-annimali jew is-saħħa pubblika.
Proċeduri leġiżlattivi
-
proċeduri leġiżlattivi ordinarji (l-ewwel, it-tieni u t-tielet qari), fejn il-Parlament jaġixxi bħala koleġiżlatur flimkien mal-Kunsill;
-
proċeduri ta’ konsultazzjoni, fejn il-Parlament jibgħat opinjoni dwar abbozz ta’ att legali;
-
proċeduri ta’ approvazzjoni, fejn huwa neċessarju l-qbil tal-parlament qabel l-adozzjoni ta’ att legali.
Matul dawk il-proċeduri leġiżlattivi, il-Parlament jagħti attenzjoni speċifika lil kwistjonijiet bħar-rispett għad-drittijiet fundamentali, il-bażi legali, id-delegazzjoni ta’ setgħat leġiżlattivi, il-kompatibbiltà finanzjarja u r-rispett għas-sussidjarjetà .
Proċeduri fuq inizjattiva proprja
Relazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-UE
Mistoqsijiet parlamentari
-
L-MEPs jistgħu jressqu mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kummissjoni jew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà. Jistgħu jressqu wkoll mistoqsijiet orali, li huma segwiti minn dibattitu, lill-Kunsill jew lill-Kummissjoni.
Relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali
Sessjonijiet tal-Parlament
Kumitati
-
Il-kumitati permanenti jħejju d-deċiżjonijiet tal-Parlament fil-livell plenarju billi jippreżentaw rapporti u dokumenti oħrajn fil-qasam ta’ kompetenza speċifiku tagħhom.
-
Il-kumitati speċjali jistgħu jiġu stabbiliti għal terminu speċifiku u għal suġġett speċifiku.
-
Jistgħu jiġu stabbiliti kumitati ta’ inkjesta biex jinvestigaw allegati kontravenzjonijiet tad-dritt tal-UE jew amministrazzjoni ħażina possibbli.
Delegazzjonijiet interparlamentari
Petizzjonijiet
ATT
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
l-aħħar aġġornament 21.03.2016