L-installazzjoni ta’ tajers ta’ vetturi bil-mutur
SOMMARJU TAD-DOKUMENT
X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?
PUNTI EWLENIN
Rekwiżiti relatati mal-assemblaġġ tat-tajers
Skont ir-regolament dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-tajers huma klassifikati fi tliet kategoriji, jiġifieri C1, C2 u C3.
It-tajers kollha għandhom jiġu mmuntati fuq il-vetturi u jkollhom l-istess struttura, minbarra tajers żejda għal użu temporanju*.
L-ispazju li fih iddur ir-rota għandu jippermetti moviment mhux ristrett tat-tajers u r-rimmijiet.
It-tajers immuntati mal-vettura għandhom rati tat-tagħbija massima u għandhom juru simbolu tal-kategorija tal-veloċità. Dawn l-aspetti għandhom ikunu kompatibbli mall-vetturi inkwistjoni.
Jekk vettura jkollha rota żejda, din għandha tkun tappartjeni għall-kategoriji 1 u 2:
Regoli li jikkonċernaw l-approvazzjoni tat-tip KE
Il-manifattur tal-vettura għandu jissottometti applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE lill-awtorità kompetenti. Din l-applikazzjoni għandu jkun fiha ċerta informazzjoni, b’mod partikolari:
Jekk l-awtorità kompetenti tikkunsidra li l-vettura tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fir-rigward tal-installazzjoni tat-tajers, hija tagħti approvazzjoni tat-tip KE u tassenja numru tal-approvazzjoni tat-tip skont id-Direttiva 2007/46/KE.
Ir-Regolament (UE) 2015/166 jemenda r-Regolament (UE) Nru 458/2011 u jadattah għall-progress tekniku li jikkonċerna r-rota żejda fakultattiva għal vetturi tal-kategorija N1 (jiġifieri dawk li jġorru l-merkanzija u għandhom massa massima li ma tisboqx 3.5 tunnellati).
META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Dan ilu japplika mit-2 ta’ Ġunju 2011.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
* TERMINI EWLENIN
Tajer żejjed għal użu temporanju: Tajer iddisinjat għall-użu temporanju fuq pressjonijiet tal-inflazzjoni li huma ogħla minn dawk iffissati għal tajers standard u rinforzati
DOKUMENT EWLIENI
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 458/2011 tat-12 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 124, 13.5.2011, p. 11-20)
Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 458/2011 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament 07.07.2016