Il-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Bl-emendi ta’ Regolament (UE) 2019/2176, dan jistabbilixxi il-Bord Ewropew tar-Riskju Sistemiku (BERS) biex jipprovdi s-superviżjoni makroprudenzjali tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni Ewropea (UE) u biex jikkontribwixxi għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni tar-riskji sistemiċi* fl-UE in ġenerali jew f’partijiet minnha. BERS tidentifika u tiddiskuti r-riskji ta’ stabbiltà finanzjarja indipendentiment mill-oriġini tagħhom.

BERS hi stabbilita bħala parti mis-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja li tinkludi wkoll:

Din l--arkitettura ta’ superviżjoni tinkludi wkoll ir-Regolament (UE) Nru 1096/2010, li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ċerti kompiti speċifiki biex jappoġġja l-BERS.

PUNTI EWLENIN

Mandat, objettivi u kompiti

Il-BERS huwa bbażat fi Frankfurt am Main (il-Ġermanja). Huwa responsabbli għall-monitoraġġ u l-analiżi tar-riskju fis-sistema finanzjarja kollha kemm hi (magħrufa wkoll bħala sorveljanza makroprudenzjali) Biex jikseb dan, il-BERS b’mod partikolari:

Organizzazzjoni u governanza

Il-BERS għandu l-istruttura segwenti:

Il-president tal-BERS jirrappreżentah esternament, u għandu wkoll żewġ viċi-presidenti. Il-BĊE jipprovdi lill-BERS appoġġ analitiku, ta’ statistika, ta’ loġistika u amministrattiv billi jiġġestjoni s-Segretarjat tiegħu.

Il-Bord Superviżorjui tal-BĊE u l-Bord ta’ Riżoluzzjoni Unika t-tnejn jibagħtu rappreżentant lill-Bord Ġenerali (bla dritt tal-vot). Biex jevitaw interferenza politika, ebda membru tal-Bord Ġenerali ma jista’ jkollu uffiċċju tal-gvern ġo Stat Membru.

Twissijiet u rakkomandazzjonijiet

Fil-każ ta’ riskji sistemiċi sinifikanti għall-għan tiegħu, il-BERS jipprovdi twissijiet u, fejn xieraq, joħroġ rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ta’ rimedju, inklużi inizjattivi leġiżlattivi meta jkun xieraq.

Dawn it-twissijiet jew rakkomandazzjonijiet huma indirizzati b’mod partikolari:

Rakkomandazzjonijiet tal-BERS

Destinatarji ta’ rakkomandazzjonijiet BERS jridu jikkonformaw jew jipprovdu spjegazzjoni għal kull nuqqas ta’ azzjoni. Jekk il-BERS jiddeċiedi li r-rakkomandazzjonijiet tiegħu ma ġewx segwiti jew li destinatarji ma ġewx ipprovduti b’ġustifikazzjoni adegwata għan-nuqqas ta’ azzjoni tagħhom, hu jinforma b’mod kunfidenzjali d-destinatarji, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-awtoritajiet ta’ sorveljanza Ewropej rilevanti.

L-iżvilupp ulterjuri tas-sistema ta’ sorveljanza Ewropea

Hekk kif evolviet il-kriżi finanzjarja tal-2008 u bil-kriżi ta’ dejn sovran dejjem tiggrava fiż-żona tal-euro fl-2010–2011, kien sar neċessarju li jkunu integrati aktar is-sistemi bankarji taż-żona tal-euro. Dan wassal għall-inizzjattiva tal-unjoni bankarja tal-UE.

Rieżami tal-operazzjoni ta’ Regolament (UE) Nru 1092/2010 saret fl-2013. Dan wassal fl-aħħar għall-emendi li ddaħħlu f’Regolament (UE)2019/2176. Dawn adattaw il-governanza tal-BERS biex ikopru l-operazzjoni, mill-2014, ta’:

It-tibdil li ddaħħal mir-Regolament (UE) 2019/2176 jirrelata wkoll mar-regoli dwar it-tnaqqis ta’ riskji fis-settur bankarju tal-UE. Dawn evolvew kontinwament matul iż-żmien u jinkludu:

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mid-16 ta’ Diċembru 2010.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Riskju sistemiku. Riskju ta’ tfixkil fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal li jkollu konsegwenzi negattivi serji għall-ekonomija reali tal-UE jew ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha u għall-funzjonament tas-suq intern. Kull tip ta’ intermedjarju finanzjarju, suq u infrastruttura jista’ jkun potenzjalment sistematikament importanti sa ċertu grad.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, pp. 1–11).

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Direttiva (UE) 2021/2167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2021 dwar is-servizzjanti tal-kreditu u x-xerrejja tal-kreditu u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE (ĠU L 438, 8.12.2021, pp. 1–37).

Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, pp. 1–90).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija fuq depożiti (riformulazzjoni) (ĠU L 173, 12.6.2014, pp. 149–178).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, pp. 1–337).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, pp. 338–436).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi fuq il-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tal-funzjonament tal-Bord Ewropew tar-Riskji Sitemiċi (ĠU L 331, 15.12.2010, pp. 162–164).

l-aħħar aġġornament 03.04.2023