It-trademark tal-Unjoni Ewropea

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) 2017/1001 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi regoli u kundizzjonijiet applikabbli mal-UE kollha għall-għoti ta’ trademark tal-UE.

Huwa jikkodifika u jissostitwixxi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 u l-bosta emendi suċċessivi tiegħu.

PUNTI EWLENIN

Trademark tal-UE

Kwalukwe persuna jew kumpanija, inklużi l-awtoritajiet stabbiliti skont il-liġi pubblika, tista’ tikseb trademark tal-UE permezz ta’ reġistrazzjoni.

Din tista’ tikkonsisti fi kwalunkwe sinjal, b’mod partikolari kliem (inklużi ismijiet personali), disinji, ittri, numri, il-forma tal-prodotti jew l-imballaġġ tagħhom, sakemm dawn is-sinjali jkunu kapaċi:

Id-drittijiet tal-proprjetarju

Dan jagħti lill-proprjetarju drittijiet esklussivi, li jipprojbixxu lil partijiet terzi milli jużaw kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin għal skopijiet kummerċjali:

Madankollu, il-proprjetarju tat-trademark tal-UE ma jistax jipprojbixxi lil partijiet terzi milli jużaw dawn li ġejjin għal skopijiet kummerċjali:

Applikazzjoni

L-applikanti jeħtiġilhom jippreżentaw applikazzjoni għal trademark tal-UE mal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

L-applikazzjoni irid ikun fiha l-informazzjoni li ġejja:

L-applikanti jeħtiġilhom iħallsu wkoll miżata għall-applikazzjoni. Il-miżata tal-applikazzjoni trid titħallas fi żmien xahar mid-data tal-preżentazzjoni - id-data li fiha d-dokumenti huma ppreżentati quddiem l-EUIPO.

Reġistrazzjoni

Tul u tiġdid

Ċediment, revoka u invalidità

Trademark tal-UE tista’ tiġi ċeduta fir-rigward ta’ wħud jew mill-prodotti jew is-servizzi kollha li għalihom hija rreġistrata. Id-drittijiet tal-proprjetarju jistgħu wkoll jiġu revokati jekk:

Ir-regolament jistabbilixxi wkoll ir-raġunijiet għall-invalidità tat-trademark. Dawn ir-raġunijiet jinkludu, pereżempju, każijiet fejn l-applikant aġixxa in mala fede meta jkun ippreżenta l-applikazzjoni għat-trademark.

Marki kollettivi tal-UE

Meta tiġi ppreżentata applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, huwa possibbli li trademark tal-UE tintgħażel bħala kollettiva. Dawn li ġejjin huma awtorizzati biex jippreżentaw marki kollettivi tal-UE - assoċjazzjonijiet ta’:

Marki ta’ ċertifikazzjoni tal-UE

Huwa wkoll possibbli litrademark tal-UE tintgħażel bħala marka ta’ ċertifikazzjoni. Il-proprjetarju ta’ din il-marka jiċċertifika l-materjal, il-mod ta’ manifattura tal-prodotti jew il-prestazzjoni ta’ servizzi, il-kwalità, ill-preċiżjoni jew karatteristiċi oħra (eskluża l-oriġini ġeografika) tal-prodotti u s-servizzi ċċertifikati.

Azzjoni legali

Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 japplika għal proċedimenti relatati mat-trademarks tal-UE u applikazzjonijiet għal trademarks tal-UE, kif ukoll għal azzjonijiet simultanji u suċċessivi fuq il-bażi ta’ trademarks tal-UE u nazzjonali.

Il-pajjiżi tal-UE jeħtiġilhom jinnominaw il-“qrati tat-trademarks tal-UE”. Dawn il-qrati għandhom ġurisdizzjoni esklussiva fit-tilwim kollu dwar il-ksur u l-validità tat-trademarks tal-UE.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2017.

SFOND

L-EUIPO jissostitwixxi l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern mit-23 ta’ Marzu 2016 f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/2424 li emenda r-Regolament (KE) Nru 207/2009 li t-tnejn li huma ġew issostitwiti bir-Regolament (UE) 2017/1001.

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Użu ġenwin: jekk kumpanija tirreġistra trademark tal-UE, tużaha għal perjodu u mbagħad tieqaf tużaha għal perjodu kontinwu ta’ 5 snin, it-trademark tista’ tiġi revokata. Dan minħabba li m’hemm l-ebda valur fl-għoti ta’ protezzjoni lit-trademarks jekk dawn ma jkunux qed jintużaw u ma jkun hemm l-ebda interess li kumpanija oħra, li tista’ leġittimament tixtieq tuża t-trademark, ma titħallhiex tużaha.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 154, 16.6.2017, pp. 1-99)

l-aħħar aġġornament 13.02.2018