L-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ nagħaġ u mogħoż

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 21/2004 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

Huwa għandu l-għan li jiżgura t-traċċabilità * tal-annimali ovini u kaprini (nagħaġ u mogħoż) billi jeħtieġ li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) jimplimentaw sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni uniformi.

PUNTI EWLENIN

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mid-29 ta’ Jannar 2004 għajr għall-Artikoli 14, 15 u 16 li ilhom japplikaw mid-9 ta’ Lulju 2005. Ċerti regoli fakultattivi saru obbligatorji mill-1 ta’ Jannar 2010.

* TERMINI EWLENIN

Traċċabilità: l-abbiltà li kwalunkwe ikel, għalf, annimal li jipproduċi l-ikel jew sustanza li tkun se tintuża għall-konsum jiġu ntraċċati fil-fażijiet kollha tal-produzzjoni, ipproċessar u distribuzzjoni .

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 91/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8-17)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 21/2004 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/968/KE tal-15 ta’ Diċembru 2006 li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward ta’ linji gwida u proċeduri għall-identifikazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 6522) (OJ L 401, 30.12.2006, p. 41-45)

Ara l-verżjoni konsolidata

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1505/2006 tal-11 ta’ Ottubru 2006 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward tal-livell minimu ta’ kontrolli li għandhom isiru fir-rigward ta’ l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali bovini u l-kaprini (ĠU L 280, 12.10.2006, p. 3-6)

Ara l-verżjoni konsolidata

Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1-208)

l-aħħar aġġornament 04.10.2016