Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jinvestiga l-korruzzjoni u l-imġiba ħażina serja fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (UE), kif ukoll il-frodi kontra l-baġit tal-UE. Huwa jgħin ukoll fl-iżvilupp tal-politika tal-UE kontra l-frodi.

ATTI

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom tat-28 ta’ April 1999 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

SOMMARJU

X’TAGĦMEL DIN ID-DEĊIŻJONI?

Id-Deċiżjoni oriġinali (1999/352/KE, KEFA, Euratom) ħolqot l-OLAF fl-1999. Hija ddefinixxiet il-kompiti, ir-responsabbiltajiet, l-istruttura u l-mod tal-operat tal-OLAF. Reviżjoni sussegwenti li saret fl-2013 ippermettiet li din taħdem b’mod aktar effikaċi u effettiv, b’mod partikolari ma’ organizzazzjonijiet esterni.

PUNTI EWLENIN

Frodi huwa att intenzjonali ta’ qerq maħsub għal gwadann personali jew biex jikkawża telf għal parti oħra. Fil-livell tal-UE, dan it-telf jista’ jirriżulta minn ħlas ħażin ta’ fondi mill-baġit tal-UE jew minn nuqqas ta’ trasferiment tad-dħul dovut lill-baġit tal-UE, bħal dazji doganali, dazji agrikoli u imposti fuq iz-zokkor.

L-OLAF iniedi investigazzjonijiet:

Id-Direttur Ġenerali tal-OLAF jinħatar għal perjodu ta’ 7 snin (li ma jistax jiġġedded).

Il-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-OLAF jimmonitorja l-ħidma tiegħu, ifittex li jsaħħaħ l-indipendenza tiegħu u jimmonitorja l-applikazzjoni tal-garanziji proċedurali.

L-OLAF huwa soġġett għal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità.

L-OLAF huwa servizz amministrattiv u investigattiv. Huwa jista’ biss jirrakkomanda x’azzjoni għandha tittieħed mill-awtoritajiet nazzjonali jew tal-UE wara l-investigazzjonijiet tiegħu.

Il-programm Hercule III jgħin fl-iffinanzjar ta’ ħafna mill-proġetti tal-pajjiżi tal-UE, billi jgħinhom jiġġieldu l-attività kriminali diretta kontra l-baġit tal-UE. Eżempji ta’ dan jinkludu l-iffinanzjar tal-akkwist ta’ scanners u apparat tekniku ieħor fl-ajruporti u fil-portijiet, kif ukoll tal-attivitajiet ta’ taħriġ.

MINN META TAPPLIKA DIN ID-DEĊIŻJONI?

Mit-28 ta' April 1999.

SFOND

Id-Deċiżjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom (u l-emendi sussegwenti tagħha) hija relatata mat-twaqqif tal-OLAF. Hija kkumplimentata mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, li jiddefinixxi r-rwol u l-mandat tal-OLAF, u minn Ftehim Interistituzzjonali li jikkonċerna speċifikament l-investigazzjonijiet imwettqa fl-istituzzjonijiet tal-UE.

Għal aktar tagħrif, ara s-sit elettroniku tal-OLAF.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Id-Deċiżjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom

28.4.1999

-

ĠU L 136 tal-31.5.1999, p. 20-22

Atti emendatorji

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Deċiżjoni 2013/478/UE

1.10.2013

-

ĠU L 257 tat-28.9.2013, p. 19-20

Id-Deċiżjoni (UE) 2015/512

27.3.2015

-

ĠU L 81 tas-26.3.2015, p. 4

ATTI RELATATI

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248 tat-18.9.2013, p. 1-22).

Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136 tal-31.5.1999, p. 15-19).

l-aħħar aġġornament 23.04.2015