Ambjent tan-negozju ssimplifikat

Sabiex ittejjeb il-kompetittività u tagħti spinta lill-ekonomija u l-impjiegi, l-Unjoni Ewropea (UE) qiegħda tfittex li tikseb ambjent tan-negozju ssimplifikat billi timmira l-burokrazija fil-liġi tal-kumpanija, kontabilità u verifika.

ATT

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ambjent ta' negozju simplifikat għall-kumpaniji fl-oqsma tal-liġi tal-kumpaniji, il-kontabilità u l-verifika (KUMM (2007) 394 finali - ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali).

SOMMARJU

L-Istati Membri jeħtieġu li jwieġbu b'mod flessibbli għall-ambjent tan-negozju, jibbenefikaw mill-qafas leġislattiv tal-UE, iżda mingħajr limitazzjoni fuq l-innovazzjoni u spejjeż amministrattivi għoljin li joħonqu l-kompetittività. Il-Kummissjoni qiegħda teżamina mill-ġdid id-Direttivi tal-UE u qiegħda tikkonsulta ma' dawk kollha interessati dwar modi kif il-leġiżlazzjoni tinġieb konformi ma' ambjent kummerċjali aktar issimplifikat u aktar effettiv.

Liġi tal-kumpanija

Hemm żewġ opzjonijiet: revoka sħiħa jew parzjali tad-direttivi, fejn dawn huma irrelevanti għal kwistjonijiet transfruntiera. Dan jaffettwa li ġej:

Regoli dwar kumpaniji b'responsabilità limitata magħmulin minn membru wieħed (Tnax-il Direttiva), li jissimplifikaw il-leġislazzjoni u miżuri oħrajn, u jfittxu li jagħti lill-Istati Membri flessibilità akbar fl-amalgamazzjonijiet u d-diviżjonijiet, billi:

Id-dmir li tiġi ppubblikata ċerta informazzjoni fil-gazzetti nazzjonali b'mod konformi mal-Ewwel Direttiva tal-Liġi tal-Kumpanija, jista' jiġi sostitwit b'servizz ta' reġistrazzjoni sempliċi li juża r-Reġistru Ewropew tan-Negozju (EBR), filwaqt li regoli dwar traduzzjoni ċċertifikata sejrin jiġu ssimplifikati bl-istess mod. Regoli dwar uffiċċju reġistrat ta' kumpanija għandhom jiġu riveduti wkoll skont l-Istatut Ewropew tal-Kumpaniji.

Kontabilità u awditjar għal SMEs

Id-direttivi Ewropej dwar il-kontabilità ġew riveduti fl-2013 sabiex jiġu limitati spejjeż bla bżonn u sproporzjonati fil-preparazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja. Ir-riżultat huwa Direttiva tal-Kontabilità ġdida 2013/34/UE, li għandha tiġi implimentata sa nofs l-2015, li tintroduċi kriterji għad-definizzjoni ta' negozju mikro, żgħir, medju u kbir, u tnaqqas l-ammont ta' informazzjoni li għandu jiġi pprovdut minn intrapriżi mikro u żgħar sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti.

Sfond

Mibdi mill-Kummissjoni fl-2006, il-programm ta' simplifikazzjoni aġġornat u l-programm ta' azzjoni tiegħu, wara l-Kunsill Ewropew tat-8 u 9 ta' Marzu 2007 identifika l-liġi tal-kumpaniji, il-kontabilità u l-verifika bħala tliet oqsma ta' prijorità.

ATTI RELATATI

Sommarju ta' Diċembru 2007 dwar ir-reazzjonijiet għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ambjent tan-negozju ssimplifikat fil-qasam tal-liġi tal-kumpanija, kontabilità u awditu (KUMM(2007) 394) (pdf). Il-Kunsill talab lill-Kummissjoni sabiex teżamina r-reazzjonijiet għall-Komunikazzjoni u, jekk hemm bżonn, sabiex tissottometti proposti ġodda. Jidher li hemm preferenza ċara għas-soluzzjoni li tinvolvi s-simplifikazzjoni ta' leġiżlazzjoni eżistenti (tieni għażla proposta mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha).

L-aħħar aġġornament: 03.06.2014