Skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni dwar reati terroristiċi

 

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni fir-rigward ta’ reati terroristiċi

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu hija waħda mill-objettivi prijoritarji tal-Unjoni Ewropea (UE).

Din id-deċiżjoni tistabbilixxi proċedura għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar investigazzjonijiet, prosekuzzjonijiet u kundanni kriminali għal reati terroristiċi fost l-Istati Membri, tal-UE, u bejn l-Istati Membri u l-Europol.

PUNTI EWLENIN

Ir-Rakkomandazzjoni 2007/562/KE tirrigwarda l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar il-ħtif mit-terroristi fost l-Istati Membri (ara s-sommarju).

MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Dan ilu japplika mit-30 ta’ Settembru 2005.

Din id-deċiżjoni tapplika wkoll għal Ġibiltà.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni fir-rigward ta’ reati terroristiċi (ĠU L 253, 29.9.2005, pp. 22–24).

L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, pp. 53–114).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ħtif mit-terroristi (ĠU L 214, 17.8.2007, pp. 9–12).

l-aħħar aġġornament 18.01.2024