Armi ħfief u ta' kalibru żgħir: il-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni tagħhom

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

L-istrateġija tal-UE kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti ta' armi u munizzjon ta' kalibru żgħir

X'INHU L-GĦAN TA' DIN L-ISTRATEĠIJA?

Din tipprovdi pjan ta' azzjoni għall-ġlieda kontra t-theddida assoċjata mal-akkumulazzjoni u t-traffikar illegali ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW)* u l-munizzjon tagħhom, filwaqt li jittieħed vantaġġ mill-firxa wiesgħa ta' mekkaniżmi disponibbli għall-UE.

PUNTI EWLENIN

SFOND

Il-konsegwenzi ta' akkumulazzjoni eċċessiva u tifrix mingħajr kontroll tal-SALW huma ċentrali għal 4 mill-5 sfidi (it-terroriżmu, il-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massiva, il-kunflitti reġjonali, il-falliment tal-istati u l-kriminalità organizzata) identifikati fl-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà .

Għal aktar tagħrif, ara:

* TERMINI EWLENIN

Armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW): kull arma letali li tinġarr minn bniedem. Armi żgħar jinkludu armi tal-id, snieter, xkubetti tal-attakk u maxin gans ħfief. Armamenti ħfief jinkludu maxin gans tqal, armi li jillanċjaw il-granati u armi kontra t-tankijiet.

DOKUMENT EWLIENI

L-Istrateġija tal-UE għall-ġlieda kontra l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċiti tal-SALW u l-munizzjon tagħhom, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Brussell, 13 ta' Jannar 2006

ATTI RELATATI

Ir-Regolament (KE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (ĠU L 77, 15.3.2014, pp. 1-10)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1908 tat-22 ta' Otturbu 2015 b'appoġġ għal mekkaniżmu globali ta' rappurtar dwar armi ħfief u ta' kalibru żgħir illeċiti u armi konvenzjonali oħrajn u munizzjon illeċiti biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu tagħhom (“iTrace II”) (ĠU L 278, 23.10.2015, pp. 15-25)

l-aħħar aġġornament 04.07.2016