Armi ta’ qerda massiva: il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni

 

SOMMARJU TA’:

Deċiżjoni (PESK) 2017/809 dwar l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ twassil tagħhom

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

F’konformità mal-istrateġija tal-UE 2003 kontra l-proliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva, id-deċiżjoni tappoġġja l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Hija tkompli tibni fuq deċiżjonijiet simili adottati fl-2006, fl-2008 u fl-2013.

L-istrateġija tal-UE hija mfassla biex timpedixxi, tiskoraġġixxi, twaqqaf u, jekk ikun possibbli, telimina l-programmi tal-armi ta’ qerda massiva (AQM) madwar id-dinja. Sa mill-bidu tagħha fl-2003, il-prinċipji bażiċi tal-istrateġija kienu jinkludu:

PUNTI EWLENIN

Il-Kunsill jimmonitorja l-istrateġija b’mod kontinwu, billi jirċievi rapporti tal-progress kull 6 xhur.

L-istrateġija hija implimentata permezz ta’ proġetti u attivitajiet bħal:

Fl-2008, l-UE adottat linji ta’ azzjoni ġodda dwar il-proliferazzjoni tal-AQM. Dawn tfasslu biex jagħmlu l-istrateġija tal-2003 aktar effettiva, pereżempju, billi jżidu s-sensibilizzazzjoni fl-istituzzjonijiet xjentifiċi, akkademiċi u finanzjarji u jiżviluppaw miżuri għall-prevenzjoni tat-trasferiment tal-għarfien dwar l-AQM lill-partijiet il-ħżiena. Huma jtennu l-importanza tal-istrateġija tal-2003 u tal-prinċipji li jiddeterminaw azzjoni tal-UE (multilateraliżmu effettiv, prevenzjoni u kooperazzjoni internazzjonali) u r-rwol tagħhom biex jgħinu fl-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

Ir-Riżoluzzjoni 1540 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tobbliga lill-firmatarji tagħha biex joqogħdu lura milli jappoġġjaw bi kwalunkwe mod l-atturi mhux statali* minn:

ta’ armi nukleari, kimiċi jew bijoloġiċi u s-sistemi ta’ twassil tagħhom.

Fl-2011, il-Kunsill tas-Sigurtà adotta r-Riżoluzzjoni 1977 tan-NU, li tafferma mill-ġdid li l-proliferazzjoni ta’ armi nukleari, kimiċi u bijoloġiċi u l-mezzi ta’ twassil tagħhom tikkostitwixxi theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali. Din testendi sal-2021 il-mandat tal-Kumitat 1540, kumitat li r-rwol tiegħu huwa li jimpenja ruħu b’mod attiv mal-istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u sottoreġjonali rilevanti sabiex jippromwovi l-kondiviżjoni ta’ esperjenzi, tagħlimiet miksuba u prattiki effettivi, fl-oqsma koperti mill-UNSCR 1540.

Id-deċiżjoni ssemmi l-appoġġ tal-UE, f’konformità mal-istrateġija tal-AQM tagħha, għall-objettiv tal-promozzjoni tar-rwol tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u tat-tisħiħ tal-ħila esperta tiegħu sabiex jindirizza l-isfidi tal-proliferazzjoni. F’termini prattiċi, dan l-appoġġ jikkonsisti f’sessjonijiet ta’ ħidma sottoreġjonali, żjarat f’pajjiżi, laqgħat, avvenimenti, taħriġ u eżerċizzji ta’ relazzjonijiet pubbliċi. L-Uffiċċju tan-NU għall-Affarijiet ta’ Diżarm huwa responsabbli għall-implimentazzjoni teknika tal-proġetti, f’kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, mal-Unjoni Afrikana, mal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani u mal-Lega tal-Istati Għarab, kif xieraq.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Atturi mhux statali: individwu jew organizzazzjoni b’influwenza politika sinifikanti iżda li mhumiex alleati mal-ebda pajjiż jew stat partikolari.

DOKUMENT EWLIENI

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/809 tal-11 ta’ Mejju 2017 b’appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ twassil tagħhom (ĠU L 121, 12.5.2017, pp. 39-44)

Ara l-verżjoni konsolidata.

DOKUMENTI RELATATI

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/259 tas-17 ta’ Frar 2015 b’appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 43, 18.2.2015, pp. 14-28)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/913/PESK tal-15 ta’ Diċembru 2014 b’appoġġ għall-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Aja u n-nonproliferazzjoni tal-missili ballistiċi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 360, 17.12.2014, pp. 44-52)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/668/PESK tat-18 ta’ Novembru 2013 b’appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fil-qasam tal-bijosikurezza u l-bijosigurtà fil-qafas tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea kontra l-proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 310, 20.11.2013, pp. 13-19)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/391/PESK tat-22 ta’ Lulju 2013 b’appoġġ għall-implimentazzjoni prattika tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtá tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ kunsinna tagħhom (ĠU L 198, 23.7.2013, pp. 40-44)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2013/391/PESK ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss għal skopijiet ta’ referenza.

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/430/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi netwerk Ewropew ta’ gruppi ta’ riflessjoni indipendenti għan-nonproliferazzjoni b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Qerda Massiva (ĠU L 202, 4.8.2010, pp. 5-9)

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/368/PESK tal-14 ta’ Mejju 2008 b’appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Distruzzjoni Massiva (ĠU L 127, 15.5.2008, pp. 78-83)

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2006/419/PESK tat-12 ta’ Ġunju 2006 b’appoġġ għall-implementazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 1540 (2004) tan-Nazzjonijiet Uniti u fil-qafas tal-implementazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Distruzzjoni Massiva (ĠU L 165, 17.6.2006, pp. 30-34)

L-istrateġija tal-UE kontra l-proliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva tat-10 ta’ Diċembru 2003 (dokument 15708/03 - mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali)

l-aħħar aġġornament 02.03.2018