Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Fruntieri Esterni — Frontex

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni

SOMMARJU

X’JAGĦMEL DAN IR-REGOLAMENT?

Huwa jistabbilixxi l-Frontex, l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament (UE) Nru 1168/2011 jemenda l-att oriġinali biex itejjeb il-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni tal-UE u biex itejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-gwardji tal-fruntieri nazzjonali.

Emenda ulterjuri, ir-Regolament (UE) Nru 656/2014, tistabbilixxi regoli għas-sorveljanza tal-fruntieri esterni fil-baħar tal-UE fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali mmexxija mill-Frontex.

PUNTI EWLENIN

Kompiti

Il-kompiti prinċipali tal-Frontex huma:

Tagħmir

Il-Frontex tista’ tixtri/tikri t-tagħmir tagħha stess għall-kontroll tal-fruntieri (karozzi, vetturi, ħelikopters, eċċ.) jew tixtrihom flimkien ma’ pajjiżi tal-UE.

Pjan operazzjonali

Pjan operazzjonali (imfassal qabel l-operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi tal-fruntiera u proġetti pilota) għandu jinkludi l-aspetti kollha tal-attività partikolari, bħal:

Timijiet tal-Gwardji tal-Fruntieri tal-UE

It-timijiet tal-Gwardji tal-Fruntieri Ewropej jintbagħtu f’operazzjonijiet konġunti, f’interventi rapidi fil-fruntieri u f’proġetti piloti kkoordinati mill-Frontex.

Dawn huma magħmulin minn gwardji tal-fruntieri mill-pajjiżi tal-UE, esperti f’oqsma differenti tal-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż:

Koperazzjoni

Il-Frontex tista’ tikoopera mal-Europol, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil, l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, ma' awtoritajiet ta’ pajjiżi mhux tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati u mal-Organizazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (OIM).

Eurosur

Fl-2013, taħt regolament separat, bdiet topera s-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur). Dan il-qafas tal-iskambju tal-informazzjoni huwa maħsub biex itejjeb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-UE. Huwa għandu l-għan li jappoġġja l-pajjiżi tal-UE billi:

Il-Frontex għandha rwol fil-kumpilazzjoni u l-analiżi tal-“istampa tas-sitwazzjoni Ewropea”, reviżjoni tal-attivitajiet li ġraw dan l-aħħar fil-fruntieri ta’ ċerti pajjiżi tal-UE u li jistgħu jgħinu sabiex jiġu identifikati l-bidliet fir-rotot jew metodi ġodda użati minn netwerks kriminali.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan japplika mill-1 ta’ Mejju 2005.

SFOND

Il-Frontex bdiet topera fl-2005. Hija bbażata f’Varsavja, il-Polonja.

Fil-kuntest tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, f’Diċembru 2015, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet proposta biex toħloq Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera utal-Kosta . Din se tinbena minn awtoritajiet tal-Frontex u ta’ pajjiżi tal-UE li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri u ser tkun tippermetti tmexxija aktar integrata tal-fruntieri esterni tal-UE.

TERMINU EWLIENI

* Pajjiżi tax-Schengen: Pajjiżi Ewropej li ffirmaw ftehim biex jitneħħew il-kontrolli fuq il-fruntieri u biex jippermettu l-moviment ħieles taċ-ċittadini kollha tal-pajjiżi firmatarji, ta’ pajjiż oħra tal-UE u ta’ xi pajjiżi mhux tal-UE.

Il-pajjiżi tax-Schengen huma dawn li ġejjin: L-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Iżlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Liechtenstein, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja, Spanja, l-Iżvezja u l-Iżvizzera.

ACT

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1-11)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

ATTI RELATATI

Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza għall-Fruntieri (Eurosur) (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 11-26)

l-aħħar aġġornament 02.05.2016