Prodotti imballati minn qabel — kif timla u tagħmel it-tikketta tal-pakkett

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 76/211/KEE dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta’ ċerti prodotti imballati minn qabel

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Din tintroduċi leġiżlazzjoni uniformi madwar l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) u tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal pakketti imballati minn qabel* b’℮-marka. Din għandha l-għan li tiżgura li l-kwantità murija fuq il-kontenitur ta’ prodott imballat minn qabel* hija korretta u li jkun ittikkettat b’mod xieraq.

PUNTI EWLENIN

Id-direttiva ġiet emendata tul is-snin, u dan is-sommarju jirrifletti l-kontenut tagħha kif inhi bħalissa.

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-direttiva tirrigwarda pakketti f’imballaġġ minn qabel li fihom prodotti mibjugħa individwalment b’piż jew volum kostanti li ntgħażel bil-quddiem minn min jippakkja u mhuwiex inqas minn 5 grammi jew 5 millilitri u mhux iktar minn 10 kilogrammi jew 10 litri.

L-℮-marka

Indikazzjoni tal-piż jew tal-volum

Atti delegati

Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2019/1243 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni Ewropea biex tadotta atti delegati sabiex tadatta d-Direttiva 76/211/KEE għall-progress tekniku.

MINN META JIBDEW JAPPLIKAW IR-REGOLI?

SFOND

Għal iktar informazzjoni ara:

TERMINI EWLENIN

Pakkett imballat minn qabel. Il-kombinazzjoni ta’ prodott u l-imballaġġ individwali li fih ikun imballat minn qabel.
Prodott imballat minn qabel. Prodott hu mballat minn qabel meta jitqiegħed f’imballaġġ ta’ kwalunkwe natura mingħajr ma jkun preżenti x-xerrej u meta l-kwantità ta’ prodott li jkun hemm fl-imballaġġ ikollha valur iddeterminat minn qabel u ma tkunx tista’ tinbidel jekk ma jinfetaħx l-imballaġġ jew jgħaddi minn modifika perċetibbli.
Kwantità nominali. Il-kwantità nominali (piż nominali jew volum nominali) tal-kontenut ta’ pakkett imballat minn qabel hija l-piż jew il-volum indikat fuq il-pakkett imballat minn qabel, jiġifieri l-kwantità ta’ prodott imballat minn qabel jitqies li fih.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE tal-20 ta’ Jannar 1976 fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta’ ċerti prodotti f’imballaġġ minn qabel (ĠU L 46, 21.2.1976, pp. 1-11).

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 76/211/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, pp. 18-63).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti ta’ l-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 268, 18.10.2003, pp. 24-28).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 10.05.2022