Is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-Unjoni Ewropea

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2006/112/KE — is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud tal-Unjoni Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Hija tfassal mill-ġdid u tħassar is-sitt direttiva dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), sabiex tikkjarifika l-leġiżlazzjoni attwali dwar il-VAT fl-Unjoni Ewropea (UE).

PUNTI EWLENIN

Il-VAT tiġi applikata għat-tranżazzjonijiet kollha li jitwettqu fl-UE għal ħlas minn persuna taxxabbli, (jiġifieri kwalunkwe individwu jew negozju li jipprovdu merkanzija u servizzi fil-kors tax-xogħol tagħhom). L-importazzjonijiet minn kwalunkwe persuna huma wkoll soġġetti għall-VAT.

Tranżazzjonijiet taxxabbli jinkludu l-provvisti ta’ merkanzija jew servizzi fl-UE, l-akkwisti ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri tal-UE (merkanzija pprovduta u mibgħuta jew trasportata minn Stat Membru wieħed lil negozju f’pajjiż ieħor) u l-importazzjonijiet ta’ merkanzija lejn l-UE minn pajjiżi mhux tal-UE.

Saru għadd ta’ emendi għad-Direttiva 2006/112/KE, inklużi xi emendi minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Riforma tas-sistema tal-VAT

Bħala parti mir-riforma proposta fil-pjan ta’ azzjoni dwar il-VAT tal-Kummissjoni fl-2016, id-Direttiva emendatorja (UE) 2022/542 temenda d-Direttiva 2006/112/KE permezz ta’:

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Id-Direttiva 2006/112/KE ilha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007 u kellha ssir liġi fl-Istati Membri sal-1 ta’ Jannar 2008.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, pp. 1-118).

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2006/112/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/285 tat-18 ta’ Frar 2020 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar u r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta’ informazzjoni għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta tal-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar (ĠU L 62, 2.3.2020, pp. 13-23).

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/284 tat-18 ta’ Frar 2020 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta’ ċerti rekwiżiti għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament (ĠU L 62, 2.3.2020, pp. 7-12).

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar pjan ta’ azzjoni dwar il-VAT lejn żona unika tal-VAT fl-UE - Żmien biex niddeċiedu (COM(2016) 148 finali, 7.4.2016).

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, pp. 1-18).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (ĠU L 292, 10.11.2009, pp. 5-30).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (ĠU L 44, 20.2.2008, pp. 23-28).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa fuq oġġetti importati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi (ĠU L 346, 29.12.2007, pp. 6-12).

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/79/KE tal-5 ta’ Ottubru 2006 dwar eżenzjonijiet mit-taxxi applikabbli għall-importazzjoni ta’ kunsinni żgħar ta’ merkanzija ta’ natura mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi (verżjoni kodifikata) (ĠU L 286, 17.10.2006, pp. 15-18).

l-aħħar aġġornament 26.04.2022