Strateġija għall-ambjent tal-baħar

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2008/56/KE – l-azzjoni tal-UE fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (MSFD) tistabbilixxi approċċ u objettivi komuni tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-prevenzjoni, għall-protezzjoni u għall-konservazzjoni tal-ambjent marin fid-dawl tal-pressjonijiet u tal-impatti ta’ attivitajiet tal-bniedem dannużi, filwaqt li tippermetti l-użu sostenibbli tiegħu, permezz ta’ approċċ ibbażat fuq l-ekosistema.

PUNTI EWLENIN

L-MSFD teħtieġ li l-Istati Membri tal-UE jagħmlu dan li ġej.

Id-direttiva tagħmel ukoll dan li ġej.

Rieżami

Rieżami tal-MSFD irid issir sal-2023, wara evalwazzjoni u valutazzjoni tal-impatt. L-emendi jistgħu mbagħad jiġu proposti, fejn xieraq.

Emendi għall-MSFD

Id-Direttiva (UE) 2017/845 temenda l-MSFD, u tissostitwixxi l-Anness III tagħha dwar il-listi indikattivi ta’ elementi li jridu jitqiesu għat-tħejjija ta’ strateġiji tal-baħar. L-għan tal-emenda huwa li torbot aħjar il-komponenti tal-ekosistema, il-pressjonijiet antropoġeniċi* u l-impatti fuq l-ambjent tal-baħar bil-11-il deskrittur tal-MSFD u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 dwar il-GES tal-ilmijiet tal-baħar (imsemmija hawn fuq).

Kif l-MSFD hija relatata ma’ leġiżlazzjoni oħra tal-UE

L-MSFD tibni fuq il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE u tkopri elementi speċifiċi tal-ambjent marin mhux indirizzati f’politiki oħrajn, bħad-direttiva qafas dwar l-ilma (id-Direttiva 2000/60/KE — ara s-sommarju), id-direttiva dwar il-ħabitats (id-Direttiva 92/43/KEE — ara s-sommarju), id-direttiva dwar l-għasafar (id-Direttiva 2009/147/KEara s-sommarju) u, fl-aħħar nett, ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-politika komuni tas-sajd (ara s-sommarju), li wieħed mill-objettivi legali tiegħu huwa li jikkontribwixxi għall-kisba tal-GES skont l-MSFD.

ŻVILUPPI RIĊENTI

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mill-15 ta’ Lulju 2008 u kellha ssir liġi fl-Istati Membri sal-15 ta’ Lulju 2010.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Status ambjentali tajjeb. Dan huwa relatat ma’ oċeani u ibħra ekoloġikament diversi u dinamiċi li huma nodfa, f’saħħithom u produttivi. L-għan huwa li jiġi żgurat li l-ambjent tal-baħar jiġi ssalvagwardjat għall-ġenerazzjonijiet attwali u futuri.
Pressjonijiet antropoġeniċi. Tirreferi għat-tibdil ambjentali kkawżat jew influwenzat min-nies, direttament jew indirettament.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, pp. 19-40)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2008/56/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (id-Direttiva 2008/56/KE) (COM(2020) 259 final, 25.6.2020).

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-programmi ta’ miżuri tal-Istati Membri skont id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (COM(2018) 562 final, 31.7.2018).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 tas-17 ta’ Mejju 2017 li tistabbilixxi kriterji u standards metodoloġiċi ta’ status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar, kif ukoll speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/477/UE (ĠU L 125, 18.5.2017, pp. 43-74)

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jevalwa l-programmi ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri skont id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (COM(2017) 3 final, 16.1.2017).

Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Il-governanza internazzjonali tal-oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna (JOIN(2016) 49 final, 10.11.2016)

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fit-twaqqif ta’ żoni protetti tal-baħar (kif mitlub mill-Artikolu 21 tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (id-Direttiva 2008/56/KE) (COM(2015) 481 final, 1.10.2015).

Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu (ĠU L 257, 28.8.2014, pp. 135–145)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - L-innovazzjoni fl-Ekonomija Blu: inwettqu l-potenzjal tal-ibħra u l-oċeani tagħna għall-impjiegi u t-tkabbir (COM(2014) 254 final/2 13.5.2014).

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew: L-ewwel fażi ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina (2008/56/KE) — Il-valutazzjoni u l-gwida tal-Kummissjoni Ewropea (COM(2014) 97 final, 20.2.2014)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, pp. 22-61)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 27.10.2021