Il-Konvenzjoni ta’ Ħelsinki: il-prevenzjoni tat-tniġġis fil-kanali tal-ilma u l-għadajjar internazzjonali

 

SOMMARJU TA’:

Deċiżjoni 95/308/K dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni u l-użu tal-kanali ta’ l-ilma li jaqsmu l-fruntieri u l-għadajjar internazzjonali

Konvenzjoni fuq il-protezzjoni u l-użu ta’ passaġġi ta’ l-ilma transkonfinali u għadajjar internazzjonali

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI U TAL-KONVENZJONI?

Permezz tad-Deċiżjoni 95/308/KE, il-Komunità Ewropea (issa l-UE) tingħaqad mal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni u l-użu tal-kanali tal-ilma li jaqsmu l-fruntieri* u l-għadajjar internazzjonali (Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti — Konvenzjoni UNECE dwar l-Ilma).

Din hija magħrufa bħala l-Konvenzjoni ta’ Ħelsinki, peress li ġiet iffirmata hemmhekk fl-1992.

PUNTI EWLENIN

DATA TA’ DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-konvenzjoni daħlet fis-seħħ fis-6 ta’ Ottubru 1996.

SFOND

Ħafna mill-problemi ambjentali jaqsmu l-fruntieri nazzjonali u jista’ jkollhom natura globali wkoll. Dan huwa għaliex it-Trattat ta’ Lisbona (Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) tagħti l-kompitu lill-UE tal-promozzjoni ta’ miżuri internazzjonali sabiex jiġu indirizzati problemi ambjentali reġjonali jew dinjin.

L-UE hija kompetenti biex tinnegozja u tiffirma ftehimiet ambjentali internazzjonali. Hija għamlet dan f’ħafna oqsma, kemm jekk taħt il-patroċinju tan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll fil-livell reġjonali jew sub-reġjonali. Hija rratifikat 6 konvenzjonijiet li jittrattaw l-ilma.

Għal aktar informazzjoni ara:

TERMINI EWLENIN

Kanali tal-ilma li jaqsmu l-fruntieri: ilma tal-wiċċ jew tal-blat li jimmarka, jaqsam jew huwa jinsab fuq il-fruntieri bejn żewġ pajjiżi jew iktar.

DOKUMENTI EWLENIN

Deċiżjoni tal-Kunsill 95/308/KE tal-24 ta’ Lulju 1995 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità, tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni u l-użu tal-kanali tal-ilma li jaqsmu l-fruntieri u l-għadajjar internazzjonali (ĠU L 186, 5.8.1995, pp. 42-58)

Konvenzjoni dwar il-protezzjoni u l-użu tal-kanali tal-ilma li jaqsmu l-fruntieri u tal-għadajjar internazzjonali (ĠU L 186, 5.8.1995, pp. 44-58)

Emendi suċċessivi għall-Konvenzjoni ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għanda valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 10.07.2020