Radjazzjoni — il-prevenzjoni tal-esponiment minn sorsi ssiġillati (sal-2018)

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Direttiva 2003/122/Euratom — standards ta’ sikurezza għall-protezzjoni kontra r-radjazzjoni

SOMMARJU

X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

Din tintroduċi regoli aktar stretti biex jiġu trattati “sorsi radjuattivi siġillati”. Tarmonizza wkoll l-approċċ integrat fl-UE kollha.

“Sorsi radjuattivi siġillati” huma ammonti żgħar ta’ materjal radjuattiv li huma:

ssiġillati b’mod permanenti f’kapsula, jew

magħqudin ma’ materjal mhux radjuattiv

biex jiġu evitati tnixxijiet/kontaminazzjoni.

Dawn għandhom ħafna użi (eż. fil-mediċina, ir-riċerka u l-industrija).

Id-direttiva tapplika għal sorsi radjuattivi ssiġillati ta’ attività għolja (HASS).

PUNTI EWLENIN

Sorsi abbandunati, mitlufin jew mhux f’posthom (jew sorsi mċaqalqa mingħajr awtorizzazzjoni) jissejħu “sorsi orfni”.

Is-sorsi orfni jistgħu jkunu ta’ theddida għas-saħħa. Id-direttiva għandha l-għan li tnaqqas dan ir-riskju.

Din titlob ukoll lill-pajjiżi tal-UE:

jiċċaraw min huwa responsabbli għall-irkuprar ta’ sorsi orfni,

jistabbilixxu sistemi biex jiskopru sorsi orfni (eż. spazji kbar fejn jinżammu bċejjeċ tal-metall),

iniedu kampanji biex jirkupraw sorsi orfni,

iħarrġu ħaddiema biex jimmaniġġaw is-sorsi b’mod sikur.

Regoli għal sidien tas-sorsi

Is-sidien iridu jżommu rekords tas-sorsi kollha li huma responsabbli għalihom. Ir-rekords iridu jinkludu:

il-post,

dettalji tat-trasferiment (tal-post u/jew responsabbiltà),

markar ta’ identifikazzjoni.

Dawn iridu wkoll:

jiċċekkjaw il-kundizzjoni tas-sors regolarment,

iwettqu testijiet (eż. testijiet ta’ tnixxija) skont standards internazzjonali,

jipprevjenu telf, serq u użu mhux awtorizzat (u jgħidu lill-awtoritajiet jekk dan iseħħ),

jipprovdu taħriġ għall-protezzjoni mir-radjazzjoni għall-ħaddiema,

jinfurmaw lil-awtoritajiet jekk il-persuni huma esposti għar-radjazzjoni.

Il-pajjiżi tal-UE jridu:

jaħtru awtorità kompetenti sabiex timplimenta d-direttiva,

jistabbilixxu skema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għal tagħmir li juża sorsi ta’ attività għolja,

jiżgura li s-sidien ikollhom regoli ta’ sikurezza stabbiliti u jistgħu jħallsu għall-użu mill-ġdid jew ir-rimi,

joħolqu sistema ta’ traċċar tat-trasferiment,

jiżguraw li huwa disponibbli finanzjament biex jiġu rkuprati sorsi orfni,

jikkooperaw ma’ pajjiżi oħrajn tal-UE fil-każ ta’ telf, tneħħija jew serq – jew l-iskoperta ta’ sorsi orfni.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Mill-31 ta’ Diċembru 2003.

Din ġiet issostitwita mid-Direttiva 2013/59/Euratom, li inkorporat id-dispożizzjonijiet ewlenin tagħha. Id-Direttiva 2013/59/Euratom se tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Frar 2014.

ATT

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/122/Euratom tat-22 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kontroll ta’ sorsi radjoattivi siġillati ta’ attività għolja

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Direttiva 2003/122/Euratom

31.12.2003

31.12.2005

ĠU L 346, 31.12.2003, p. 57–64

ATTI RELATATI

Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1–73)

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: L-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/122/Euratom dwar il-kontroll ta’ sorsi radjuattivi siġillati ta’ attività għolja (COM(2015) 158 final tas-16.4.2015)

l-aħħar aġġornament 15.10.2015