Sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari

L-Unjoni Ewropea ħarġet direttiva li hija mmirata sabiex tiżgura s-sigurtà tal-installazjonijiet nukleari (impjanti tal-enerġija nukleari, impjanti ta’ arrikkiment u pproċessar mill-ġdid, eċċ.). L-għan huwa li l-popolazzjoni u l-ħaddiema jiġu protetti kontra r-riskji li jġibu magħhom dawk il-faċilitajiet.

ATT

Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari.

SOMMARJU

L-Unjoni Ewropea ħarġet direttiva li hija mmirata sabiex tiżgura s-sigurtà tal-installazjonijiet nukleari (impjanti tal-enerġija nukleari, impjanti ta’ arrikkiment u pproċessar mill-ġdid, eċċ.). L-għan huwa li l-popolazzjoni u l-ħaddiema jiġu protetti kontra r-riskji li jġibu magħhom dawk il-faċilitajiet.

X’INHU L-GĦAN TA’ DIN ID-DIRETTIVA?

Id-direttiva tistabbilixxi qafas Ewropew biex jinżamm u jiġi promoss titjib konsistenti fis-sigurtà nukleari u r-regolamentazzjoni tagħha. Din tistabbilixxi għan ambizzjuż dwar is-sigurtà madwar l-UE biex jiġu evitati inċidenti u skart radjuattiv mill-installazzjonijiet nukleari.

ASPETTI EWLENIN

Obbligi tal-pajjiżi tal-UE

Responsabbiltajiet ta’ partijiet ikkonċernati oħrajn

Id-detentur tal-permess huwa prinċipalment responsabbli għas-sigurtà nukleari u fl-ebda każ ma jista’ jiddelega din ir-responsabbiltà. Huwa/hija responsabbli għall-valutazzjoni u t-titjib kontinwu tas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari.

Id-direttiva tenfasizza l-importanza tal-fattur uman fil-promozzjoni ta’ kultura ta’ sigurtà nukleari permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ kontinwu tal-persunal responsabbli mis-sigurtà tal-faċilità.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Id-Direttiva 2009/71/Euratom daħlet fis-seħħ fit-22 ta’ Lulju 2009 u d-Direttiva 2014/87/Euratom fil-14 ta’ Awwissu 2014.

SFOND

Qafas biex tiġi żgurata s-sigurtà nukleari fl-UE ġie adottat sa mill-2009. Wara l-inċident f’Fukushima fl-2011, il-Kummissjoni wettqet kampanja ta’ valutazzjoni tar-riskji komprensiva li tikkonċerna s-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari madwar l-UE. Abbażi ta’ dawn it-testijiet, il-Kummissjoni kellha l-għan li ttejjeb ir-regolamentazzjoni fis-seħħ.

Aktar informazzjoni tista’ tinstab fuq il-websajts tal-Ensreg u l-WENRA.

Ara wkoll il-websajt tad-DĠ Enerġija tal-Kummissjoni taħt is-sezzjoni Sigurtà Nukleari, l-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni dwar id-direttiva ġdida tal-UE dwar is-sigurtà nukleari u l-istqarrija għall-istampa tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ din id-direttiva.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

Direttiva 2009/71/Euratom

22.7.2009

22.7.2011

ĠU L 172, 2.7.2009, pp. 18-22.

Direttiva 2014/87/Euratom

14.8.2014

15.8.2017

ĠU L 219, 25.7.2014, pp. 42-52.

l-aħħar aġġornament 05.01.2015