Il-Gruppi Ewropej b’Interess Ekonomiku
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Regolament (KEE) Nru 2137/85 – il-Gruppi Ewropej b’Interess Ekonomiku
X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?
PUNTI EWLENIN
Għandu jiġi ffurmat grupp GEIE f’konformità mar-regoli deskritti hawn taħt.
Għan
L-għan tal-grupp huwa li jiffaċilita jew jiżviluppa l-attivitajiet ekonomiċi tal-membri permezz ta’ ġbir flimkien ta’ riżorsi, attivitajiet jew ħiliet. Dan huwa maħsub biex jipproduċi riżultati aħjar milli jekk il-membri jaħdmu waħedhom.
Formazzjoni
L-impjegati
GEIE ma jistax jimpjega aktar minn 500 persuna.
Pubblikazzjoni ta’ formazzjoni u dissoluzzjoni
Meta grupp jiġi ffurmat jew xolt, għandu jiġi ppubblikat avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.
Indirizz uffiċjali
L-indirizz uffiċjali ta’ grupp għandu jkun fl-UE. Dan jista’ jiġi trasferit minn pajjiż tal-UE għal ieħor soġġett għal ċerti kundizzjoniiet.
Id-drittijiet tal-vot u l-korpi
Kull membru ta’ GEIE għandu vot wieħed, għalkemm il-kuntratt ta' stabbiliment tiegħu jista’ jagħti iktar minn vot wieħed lil ċerti membri, diment li l-ebda membru waħdieni ma jkollu f’idejh il-maġġoranza tal-voti. Ir-regolament jelenka dawk id-deċiżjonijiet li għalihom hija meħtieġa l-unanimità.
Il-GEIE għandu jkollu mill-inqas żewġ korpi:
L-amministraturi jirrappreżentaw u jorbtu l-GEIE fin-negozji tagħhom ma’ partijiet terzi saħansitra meta l-azzjonijiet tagħhom ma jaqgħux taħt l-għanijiet tal-grupp.
Profitti
Mhuwiex maħsub li l-grupp iżid il-qligħ għalih innifsu. Il-profitti tal-GEIE għandhom jitqiesu bħala qligħ tal-membri tiegħu u għandhom jitqassmu bejniethom fil-proprozjonijiet preskritti fil-klawsola relevanti tal-kuntratt jew, fin-nuqqas ta’ tali klawsola, f’ishma indaqs. Il-qligħ jew it-telf ta’ GEIE jkunu taxxabbli biss f’idejn il-membri tiegħu.
Ir-responsabbiltà mhijiex limitata u hija in solidum
Bħala kontrabilanċ għal-libertà kuntrattwali li tifforma l-bażi tal-GEIE u l-fatt li l-membri mhumiex meħtieġa jipprovdu ammont minimu ta’ kapital, kull membru tal-GEIE għandu responsabbiltà bla limitu flimkien u waħdu għad-dejn tal-grupp.
SFOND
Ir-regolament jissodisfa l-bżonnijiet tal-iżvilupp armonjuż tal-attività ekonomika madwar l-UE u l-istabbiliment ta’ suq uniku li joffri kundizzjonijiet analogi għal dawk tas-suq nazzjonali.
DOKUMENT EWLIENI
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2137/85 tal-25 ta’ Lulju 1985 dwar il-Gruppi Ewropej b’Interess Ekonomiku (GEIE) (ĠU L 199, 31.7.1985, p. 1–9)
l-aħħar aġġornament 20.06.2016