Il-ġbir ta’ dejta ekonomika u monetarja mill-Bank Ċentrali Ewropew

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 2533/98 – il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew

SOMMARJU

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jiġbor firxa komprensiva ta’ dejta dwar żviluppi ekonomiċi u monetarji fl-Unjoni Ewropea (UE). F’dan il-kompitu jiġi megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE.

X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Jagħti s-setgħa lill-BĊE biex jiġbor informazzjoni statistika meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ). Id-dritt tal-BĊE li jiġbor informazzjoni statistika huwa limitat għall-popolazzjoni ta’ referenza ta’ rapportar*.

Jistabbilixxi s-setgħat tal-BĊE li jiddefinixxi r-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tal-popolazzjoni ta’ referenza ta’ rapportar.

Fl-2015, ir-Regolament ġie emendat sabiex tiġi permessa t-trażmissjoni ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali bejn is-SEBĊ u awtoritajiet oħrajn tal-UE jew tal-pajjiżi tagħha li huma responsabbli għas-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji, swieq, infrastrutturi jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Barra minn hekk, is-SEBĊ jista' jittrasmetti informazzjoni statistika kunfidenzjali lill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà . Madankollu, skont l-emenda tal-2015 kwalunkwe trażmissjoni ta’ data hija limitata għal dak li huwa meħtieġ għall-awtorità jew għall-korp riċeventi biex jaqdi dmirijietu.

PUNTI EWLENIN

Il-BĊE jfittex li jnaqqas il-piż tar-rapportar billi kemm jista’ jkun juża riżorsi eżistenti. Iqis ukoll l-istandards statistiċi Ewropej u internazzjonali rilevanti.

Il-BĊE jaħdem mill-qrib mas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS), li tinkludi l-uffiċċju tal-istatistika tal-UE (Eurostat) u l-istituti nazzjonali tal-istatistika tal-pajjiżi tal-UE.

Prinċipji

Meta tkun qed tiżviluppa, tipproduċi u xxerred l-istatistika, is-SEBĊ hija regolata mill-prinċipji ta’

Obbligi tal-pajjiżi tal-UE

Il-pajjiżi tal-UE huma responsabbli biex jorganizzaw lilhom infushom fil-qasam tal-istatistika sabiex jikkooperaw mas-SEBĊ.

Tipi ta' informazzjoni miġbura

Id-dejta miġbura tkopri b’mod partikolari:

Dritt għal verifika

Jekk aġent ta’ rappurtar* f’pajjiż fiż-żona tal-euro jkun suspettat bi ksur tar-rekwiżiti ta’ rapportar tiegħu, il-BĊE u l-bank ċentrali nazzjonali jistgħu jivverifikaw l-eżattezza tal-informazzjoni statistika, jew iwettqu l-ġbir obbligatorju tagħha.

Il-BĊE jew il-bank ċentrali nazzjonali tal-pajjiż konċernat għandu jgħarraf lill-aġent ta’ rappurtar bid-deċiżjoni tiegħu li jivverifika l-istatistika li jipprovdu jew li jwettaq il-ġbir obbligatorju tagħha. Jekk aġent jopponi l-proċess ta’ verifika, il-pajjiż li fih ikun jinsab għandu jagħti l-assistenza neċessarja, inkluż l-iżgurar ta’ aċċess għall-bini mill-BĊE jew mill-bank ċentrali nazzjonali. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw biss għall-pajjiżi taż-żona tal-euro.

Sanzjonijiet

Aġenti ta’ rappurtar li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tagħhom ta’ rappurtar statistiku jistgħu jkunu soġġetti għal multi imposti mill-BĊE. Il-penali jvarjaw minn pagament ta’ kuljum li ma jaqbiżx l-€10,000 sa multi ta’ €200,000. Il-BĊE huwa meħtieġ jaġixxi skont il-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2532/98 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet.

Kunfidenzjalità

Informazzjoni statistika hija meqjusa kunfidenzjali meta tkun granulari biżżejjed għall-aġenti ta’ rappurtar u għal kwalunkwe persuna jew korp legali jew ġuridiku ieħor li jiġu identifikati, jew direttament (eż. minn isimhom, l-indirizz jew minn kodiċi ta’ identifikazzjoni uffiċjalment allokat), jew indirettament permezz ta’ deduzzjoni.

L-aġenti ta’ rappurtar għandhom jiġu nfurmati dwar l-użi statistiċi u amministrattivi tad-dejta pprovduta minnhom. Fejn rilevanti, jistgħu jiksbu informazzjoni dwar il-bażi legali għat-trażmissjoni u dwar il-miżuri ta’ protezzjoni adottati.

Is-SEBĊ għandha tuża informazzjoni statistika kunfidenzjali esklussivament għat-twettiq tal-kompiti tagħha ħlief:

Il-BĊE, il-banek ċentrali nazzjonali u l-pajjiżi tal-UE għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-protezzjoni ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali.

TERMINI EWLENIN

* Popolazzjoni ta’ referenza ta’ rapportar: prinċipalment din tinkludi banek ċentrali, istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn fil-pajjiżi tal-UE (ħlief għal kumpaniji tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet), istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji postali*, u persuni ġuridiċi u fiżiċi li jkunu qed jirrisjedu f’pajjiż fiż-żona tal-euro u li jkunu wettqu tranżazzjonijiet transkonfinali, jew li jkunu ħarġu titoli* jew flus elettroniċi*. Dawn kollha jistgħu jkunu aġenti ta’ rappurtar skont ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-BĊE.

* Aġenti ta’ rappurtar: skont ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-BĊE, kwalunkwe popolazzjoni jew il-popolazzjonijiet kollha ta’ referenza ta’ rapportar jistgħu jkunu aġenti ta’ rappurtar (jiġifieri huma meħtieġa jirrapportaw) skont iċ-ċirkostanzi.

* Istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji postali: dawn jagħmlu parti mis-settur ta’ “korporazzjonijiet mhux finanzjarji” u, minbarra li jipprovdu servizzi postali, jirċievu depożiti minn residenti fiż-żona tal-euro li mhumiex istituzzjonijiet finanzjarji monetarji bil-għan li jipprovdu servizzi ta’ trasferiment ta’ flus għad-depożitanti tagħhom;

* Titoli: strumenti finanzjarji, bħal ishma ta’ kumpaniji u bonds tal-gvern, li normalment jinħarġu biex jinġabru fondi għall-emittent.

* Flus elettroniċi: flus li jkunu fis-sistema bankarja iżda li ma jeżistux f’forma fiżika. Frazzjoni biss tal-provvista totali tal-flus tikkonsisti f’karti u muniti.

ATT

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 Novembru, 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318 tas-27.11.1998, pp. 8–19)

ATTI RELATATI

Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, pp. 1–50)

Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, pp. 51–72)

Regolament (UE) Nru 1073/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika dwar l-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (riformulazzjoni) (BĊE/2013/38) (ĠU L 297, 7.11.2013, pp. 73–93)

Regolament (UE) Nru 1074/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar obbligi ta’ rapportar statistiku għal istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji tal-posta li jirċievu depożiti mingħand minn residenti fiż-żona tal-euro li mhumiex istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (BĊE/2013/39) (ĠU L 297, 7.11.2013, pp. 94–106)

Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2013 dwar statistika fuq l-attiv u l-passiv ta’ korporazzjonijiet finanzjarji vettura nvoluti fi tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni (riformulazzjoni) (BĊE/2013/40) (ĠU L 297, 7.11.2013, pp. 107–121)

l-aħħar aġġornament 17.08.2015