L-avjazzjoni ċivili u l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza fl-Avjazzjoni

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 216/2008 – regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni

SOMMARJU

X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

L-għan tiegħu huwa li jistabbilixxi r-regoli prinċipali kif ukoll il-prinċipji biex jiġi stabbilit u biex jinżamm livell uniformi ħafna ta’ sigurtà fl-avjazzjoni ċivili fl-Ewropa, inkluż il-ħolqien ta’ Aġenzija Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili (EASA).

Regoli komuni dwar is-sigurtà joffru livell uniformi ta’ rekwiżiti għall-operaturi*, il-manifatturi u l-persunal tal-avjazzjoni. Dan min-naħa tiegħu jippermetti li jkun hemm moviment liberu ta’ prodotti, persuni u servizzi fis-suq intern tal-UE u jippermetti rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati* mill-pajjiżi tal-UE. Dan inaqqas il-piż amministrattiv u l-ammont ta’ xogħol għall-awtoritajiet nazzjonali u għall-industrija.

Dan ir-regolament ifittex ukoll li:

PUNTI EWLENIN

Din il-liġi tal-UE tapplika għad-disinn, il-produzzjoni, il-manutenzjoni kif ukoll għall-operazzjoni tal-partijiet u tat-tagħmir ta' prodotti ajrunawtiċi kif ukoll għall-persunal u għall-organizzazzjonijiet involuti f’dawn l-attivitajiet.

Wieħed mill-mezzi ewlenin ta’ kif jintlaħqu l-objettivi ta’ hawn fuq huwa permezz tal-istabbiliment tal-EASA. Il-liġi tistabbilixxi l-kompiti, l-istruttura interna, il-metodi ta’ ħidma u r-rekwiżiti finanzjarji tal-Aġenzija.

Il-kompiti ewlenin tal-EASA jinkludu:

Fir-rigward tal-istruttura interna, il-liġi tistabbilixxi r-regoli prinċipali tal-aġenzija inkluż l-istatus legali, is-setgħat u l-kompożizzjoni tal-Bord Amministrattiv, u s-setgħat u l-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv.

Barra mill-EASA, il-liġi tistabbilixxi regoli komuni għas-sigurtà fl-avjazzjoni fosthom:

Firxa ta' affarijiet relatati huma indirizzati wkoll b'din il-liġi. Jinkludu l-monitoraġġ u l-infurzar, ir-rikonoxximent taċ-ċertifikati u l-aċċettazzjoni ta’ ċertifikazzjoni mhux tal-UE.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Huwa daħal fis-seħħ fit-8 ta' April 2008.

SFOND

TERMINI EWLENIN

* Operatur: kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika, li topera jew li tipproponi li topera opra tal-ajru waħda jew aktar.

* ċertifikat: kwalunwke approvazzjoni, liċenzja jew dokument ieħor maħruġ bħala riżultat taċ-ċertifikazzjoni.

* ċertiifkazzjoni: kwalunkwe forma ta’ rikonoxximent li prodott, parti jew apparat, organizzazzjoni jew persuna tikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli. Ikopri wkoll il-ħruġ taċ-ċertifikat relevanti li jagħti prova ta’ dik il-konformità.

* Ajrudrom: kwalunkwe post fejn jistgħu jseħħu operazzjonijiet ta’ tajran li jvarjaw minn strixxi għall-inżul għal ajruporti internazzjonali kbar.

ATT

Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza ta' l-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1–49)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 216/2008 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss għal skopijiet ta' referenza.

ATTI RELATATI

Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72–84).

l-aħħar aġġornament 30.11.2015