Is-sikurezza marittima: Kumitat dwar Ibħra Sikuri
Ir-regolament jistabbilixxi Kumitat għall-Ibħra Sikuri u għall-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Vapuri (COSS). Dan jassisti u jagħti pariri lill-Kummissjoni Ewropea rigward l-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE dwar is-sikurezza marittima, il-prevenzjoni tat-tniġġis u l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien abbord għall-ekwipaġġ.
ATT
Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti
SOMMARJU
X’JAGĦMEL DAN IR-REGOLAMENT?
Huwa jistabbilixxi l-Kumitat COSS, li jinkludi rappreżentanti tal-pajjiżi tal-UE u li huwa ppresedut mill-Kummissjoni. L-irwol tiegħu huwa li jassisti fl-aġġornament u l-emendar f’waqthom tal-leġiżlazzjoni marittima tal-UE. Huwa jiċċentralizza l-ħidma mwettqa preċedentement minn għadd ta’ kumitati mwaqqfa skont liġijiet tal-UE differenti fil-qasam.
PUNTI EWLENIN
Kamp ta’ applikazzjoni
Il-ħidma tas-COSS tittratta firxa wiesgħa ta’ aspetti koperti mil-leġiżlazzjoni marittima tal-UE bħal:
Regoli internazzjonali
Ħafna żviluppi fil-liġi marittima tal-UE huma xprunati mill-bidliet maqbula f’organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali jew l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol.
Proċedura ta’ verifika tal-konformità
Sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm ebda kunflitt bejn il-liġi marittima tal-UE u l-ftehimiet milħuqa fil-livell internazzjonali, il-pajjiżi tal-UE u l-Kummissjoni jikkooperaw u jikkoordinaw flimkien sabiex jiddefinixxu pożizzjoni komuni tal-UE.
Teżisti proċedura ta’ verifika tal-konformità li tippermetti lis-COSS jeżamina kwalunkwe emendi għal konvenzjoni jew riżoluzzjoni adottata fil-livell internazzjonali li jkollha l-effett li tbaxxi l-istandards tal-UE. Tista’ tissejjaħ laqgħa ta’ emerġenza tas-COSS fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew fuq talba ta’ pajjiż tal-UE sabiex jiġu eżaminati l-emendi involuti u sabiex tinħareġ opinjoni dwar miżuri tal-UE xierqa.
Bħala prekawzjoni, il-Kummissjoni tista’ wkoll, fejn xieraq, titlob lill-pajjiżi tal-UE biex jissospendu jew idewmu kwalunkwe pjanijiet sabiex jaċċettaw jew japplikaw l-emenda internazzjonali kkonċernata.
Is-setgħat tas-COSS
Il-ħidma tas-COSS tħaffef u tissimplifika l-inkorporazzjoni tar-regoli internazzjonali fil-leġiżlazzjoni tal-UE billi tippermetti li l-emendi għal dawn ir-regoli jiġu applikati direttament, soġġetti għal verifika tal-konformità minn qabel.
Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji li jikkonċernaw is-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (komitoloġija). Permezz tas-COSS, il-pajjiżi tal-UE jikkontrollaw l-eżerċitar mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni ddelegati lilha mid-diversi direttivi u regolamenti adottati fil-qasam tal-liġi marittima tal-UE.
MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Mid-19 ta' Diċembru 2002.
Għal aktar tagħrif, ara s-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea.
REFERENZI
Att |
Data tad-dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Ir-Regolament (KE) 2099/2002 |
19.12.2002 |
19.12.2002 |
l-aħħar aġġornament 15.03.2015