MEDIA 2007: programm ta’ appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew
MEDIA 2007 huwa l-programm il-ġdid ta’ appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew. Huwa s-suċċessur tal-programmi MEDIA Plus u MEDIA Formation. MEDIA 2007 huwa mfassal bħala programm uniku li jgħaqqad fi gruppi ż-żewġ komponenti eżistenti (l-iżvilupp, id-distrubuzzjoni, il-promozzjoni / formazzjoni). Mogħni b’pakkett finanzjarji ta’ kważi EUR 755 miljun, dan ikopri l-perjodu 2007-2013.
ATT
Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007).
SOMMARJU
Is-settur awdjoviżiv għandu rwol fondamentali għat-trażmissjoni u t-trawwim tal-valuri kulturali Ewropej. Għandu rwol kruċjali fil-bini ta’ identità kulturali Ewropea u fl-espressjoni taċ-ċittadinanza Ewropea. Iċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (films u programmi fuq it-televiżjoni) jikkontribwixxu sabiex isaħħu d-djalogu interkulturali u sabiex jitjiebu l-komprensjoni u l-għarfien reċiproċi tal-kulturi Ewropej. Għalhekk, l-appoġġ Komunitarju għandu l-għan li jippermetti lis-settur awdjoviżiv jaqdi dan ir-rwol ta’ tisħiħ taċ-ċittadinanza u tal-kultura Ewropa b’mod sħiħ.
Minbarra l-aspett kulturali, is-settur awdjoviżiv Ewropew għandu wkoll potenzjal soċjali u ekonomiku kbir. Għalhekk, l-appoġġ Komunitarju għas-settur awdjoviżiv jintegra ruħu anki fil-kuntest tal-istrateġija ta’ Liżbona li għandha l-għan li trendi lill-ekonomija tal-UE bħala l-aktar waħda kompetittiva u dinamika fid-dinja.
Fil-qafas tal-programm MEDIA 2007, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tkompli bl-azzjoni tal-UE meħuda permezz tal-programmi MEDIA I, MEDIA II, MEDIA Plus u MEDIA Formation li ħeġġew l-iżvilupp tal-industrija awdjoviżiva Ewropea sa mill-1991.
OBJETTIVI ĠENERALI
Il-programme MEDIA 2007 huwa stabbilit għal perjodu li jibda mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013. Hu jfittex li jikseb l-objettivi ġenerali li ġejjin:
Sabiex jilħaq dawn l-objettivi, MEDIA 2007 jintervjeni:
F’dawn l-oqsma ta’ intervent, il-programm huwa msejjes fuq il-prijoritajiet li ġejjin:
PAKKETT FINANZJARJU
Il-programm huwa mogħni b’pakkett finanzjarju ta’ kważi EUR 755 miljun.
OBJETTIVI U INTERVENTI SPEĊIFIĊI
Qabel il-produzzjoni
Qabel il-produzzjoni awdjoviżiva, l-objettivi tal-programm huma dawn li ġejjin:
Wara l-produzzjoni
Wara l-produzzjoni awdjoviżiva, l-objettivi tal-programm huma dawn li ġejjin:
Proġetti pilota
Il-programm iħeġġeġ l-innovazzjoni permezz ta’ proġetti pilota, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni. Il-proġetti pilota jippermettu sabiex jiġi żgurat l-adattament tal-programm għal evoluzzjonijiet teknoloġiċi.
MODALITAJIET U IMPLIMENTAZZJONI
Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-pajjiżi terzi
Soġġett għall-fatt li l-kundizzjonijiet meħtieġa jiġu sodisfatti u wara li jsir il-ħlas ta’ approprjazzjonijiet addizzjonali, il-programm huwa miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li ġejjin:
Benefiċjarji u dispożizzjonijiet finanzjarji
Il-benefiċjarji tal-programm jistgħu jkunu persuni fiżiċi. Skont in-natura tal-azzjoni, l-għajnuniet finanzjarji jistgħu jieħdu l-forma ta’ sovvenzjonijiet jew ta’ għotjiet.
L-għajnuniet finanzjarji mogħtija fil-qafas tal-programm ma jistgħux jaqbżu l-50 % tal-ispejjeż tal-azzjonijiet appoġġjati. F’ċerti każijiet speċifiċi, l-għajnuniet jistgħu jaslu sa 75 % tal-ispejjeż.
Implimentazzjoni
Il-Kummissjoni, assistita minn kumitat, hija inkarigata mill-implimentazzjoni tal-programm.
Il-korp eżekuttiv huwa rappreżentat min-netwerk Ewropew MEDIA desks (EN) (FR). Dan jiżgura d-diffużjoni tal-informazzjoni dwar il-programm fil-livell nazzjonali, b’mod partikolari dwar il-proġetti transkonfinali.
Referenzi
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Ġurnal Uffiċjali |
Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE (adozzjoni: kodeċiżjoni COD/2004/0151) |
25.11.2006 |
— |
ĠU L 327, 24.11.2006 |
L-aħħar aġġornament: 04.01.2007