Id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu abbord, ikun hemm dewmien fit-titjira jew titjira tiġi kkanċellata

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan għandu l-għan li jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-passiġġieri billi jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tal-għoti ta’ kumpens u ta’ assistenza lill-passiġġieri tal-ajru f’każ li ma jitħallewx jitilgħu abbord jew jekk titħassar it-titjira jew ikun hemm dewmien twil.

PUNTI EWLENIN

Dan ir-regolament japplika għal:

Bil-kundizzjoni li l-passiġġieri jkollhom prenotazzjoni kkonfermata għat-titjira kkonċernata u, ħlief f’każ ta’ kanċellazzjoni, jippreżentaw ruħhom għaċ-check in fil-ħin indikat minn qabel jew jekk ma jkunx indikat ħin, sa mhux aktar tard minn 45 minuta qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat. Dan ir-regolament jagħti drittijiet lill-passiġġieri f’dawn is-sitwazzjonijiet:

Ma japplikax għal passiġġieri li qed jivvjaġġaw:

Rifjut ta’ imbarkazzjoni

Meta t-trasportatur tal-ajru effettiv jipprevedi raġonevolment li jista’ jkun il-każ li jkollu jirrifjuta xi imbarkazzjonijiet fuq titjira, huwa għandu l-ewwel nett isejjaħ għal voluntiera li jaċċettaw li jirrinunzjaw għar-riżervazzjoni tagħhom bi skambju għal ċerti benefiċċji. Meta n-numru ta’ voluntiera ma jkunx biżżejjed biex tkun tista’ ssir l-imbarkazzjoni, it-trasportatur tal-ajru jista’ jirrifjuta l-imbarkazzjoni tal-passiġġieri kontra r-rieda tagħhom billi jagħti kumpens lil dawk il-passiġġieri.

It-trasportaturi tal-ajru għandhom jagħtu prijorità lill-persuni b’mobilità ristretta u lil kull persuna li takkumpanjahom.

F’każ ta’ kanċellazzjoni jew ta’ rifjut ta’ imbarkazzjoni fuq titjira, il-passiġġieri affettwati għandhom dritt:

Dewmien

Ir-regolament jintroduċi sistema li tikkonsisti fi tliet kategoriji:

F’riferiment għal deċiżjoni preliminari (Kawżi Magħquda C-402/07 u C-432/07), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkjarifikat li meta l-passiġġieri jilħqu d-destinazzjoni finali tagħhom 3 sigħat jew aktar wara l-ħin tal-wasla skedat, huma (bħal passiġġieri li t-titjiriet tagħhom tħassru) jistgħu jitolbu kumpens b’rata fissa mil-linja tal-ajru, sakemm id-dewmien ma jkunx ikkawżat minn ċirkostanzi straordinarji. Skont il-prinċipju tat-trattament indaqs, passiġġieri li t-titjiriet tagħhom jesperjenzaw dewmien jew li t-tijiriet tagħhom jitħassru “proprju fl-aħħar mument” għandhom jitqiesu li huma f’sitwazzjonijiet kumparabbli fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dritt tagħhom għal kumpens, għax dawk il-passiġġieri jġarrbu inkonvenjenza simili, jiġifieri, telf ta’ żmien.

Kanċellazzjoni

F’każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, il-passiġġieri kkonċernati għandhom jiġu offruti:

Kumpens

Il-kumpens għandu jitħallas jekk il-passiġġier ma jkunx ġie avżat bil-kanċellazzjoni biżżejjed minn qabel. Madankollu, m’għandux għalxiex jitħallas jekk it-trasportatur jista’ jagħti prova li l-kanċellazzjoni hija kkawżata minn ċirkostanzi straordinarji li ma setgħux jiġu evitati anki jekk ikunu ttieħdu l-miżuri raġonevoli kollha.

Titjib u tnaqqis fil-grad

Jekk trasportatur tal-ajru jpoġġi passiġġier fi klassi inferjuri minn dik li għaliha jkun inxtara l-biljett, huwa għandu jingħata rimborż fi żmien 7 ijiem, skont kif ġej:

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mis-17 ta’ Frar 2005.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

Wara t-tifqigħa tal-COVID-19 u l-introduzzjoni ta’ miżuri biex tindirizza l-impatt tal-kriżi, il-Kummissjoni Ewropea adottat:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, 17.2.2004, pp. 1-8)

DOKUMENTI RELATATI

Sentenza tal-Qorti (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Novembru 2009. Christopher Sturgeon, Gabriel Sturgeon u Alana Sturgeon v Condor Flugdienst GmbH (C-402/07) u Stefan Böck u Cornelia Lepuschitz v Air France SA (C-432/07). Talbiet għal deċiżjoni preliminari: Bundesgerichtshof — Il-Ġermanja u Handelsgericht Wien — L-Awstrija. Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikolu 2(l) u Artikoli 5, 6 u 7 — Kunċett ta’ “dewmien” u “kanċellazzjoni” ta’ titjira — Dritt għal kumpens f’każ ta’ dewmien — Kunċett ta’ “ċirkostanzi straordinarji”. Kawżi magħquda C-402/07 u C-432/07.

l-aħħar aġġornament 02.06.2020