Servizzi Postali fl-UE

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

L-għanijiet ewlenin tad-Direttiva dwar is-servizzi postali huma li:

Id-direttiva oriġinali ġiet emendata diversi drabi, b’uħud mill-aktar emendi importanti fid-Direttiva 2008/6/KE.

PUNTI EWLENIN

Id-direttiva tistabbilixxi regoli komuni dwar:

L-obbligu ta’ servizz postali universali

Il-pajjiżi tal-UE huma obbligati jiggarantixxu servizz postali universali permanenti u affordabbli fi kwalunkwe post fit-territorju tagħhom, jiġifieri għandhom jiggarantixxu bħala minimu dawn li ġejjin:

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jaħtru kumpanija waħda jew aktar bħala fornituri tas-servizz universali sabiex it-territorju kollu jkun kopert. Din il-ħatra hija soġġetta għal reviżjoni regolari.

Finanzjament tas-servizz postali universali

Il-pajjiżi tal-UE mhumiex permessi jagħtu drittijiet esklussivi jew speċjali għall-provvista ta’ servizzi postali. Madankollu, huma jistgħu jikkumpensaw lill-fornitur tas-servizz universali f’każ li jiġi stabbilit kost nett u dan jirrappreżenta piż finanzjarju inġust skont it-trattati tal-UE (eż. għajnuna mill-Istat, akkwist pubbliku, mekkaniżmu tal-qsim tal-ispejjeż*).

Tariffi

It-tariffi tas-servizz universali għandhom jikkonformaw b’mod partikolari mal-prinċipji li ġejjin.

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jipprovdu servizz postali b’xejn lill-persuni għomja u lil dawk b’vista batuta.

Kwalità tas-servizz

Għall-posta transfruntiera fl-UE, l-Anness II tad-direttiva jitlob li:

Proċeduri ta’ lment

Għandu jkun hemm proċedura trasparenti, sempliċi u mhux għalja disponibbli biex jiġu ttrattati l-ilmenti tal-utenti, u t-tilwim għandu jiġi riżolt b’mod ġust u malajr.

Armonizzazzjoni teknika

L-armonizzazzjoni teknika qed issir abbażi ta’ talba għal standardizzazzjoni mill-Kummissjoni permezz tal-Kumitat Tekniku 331 tas-CEN.

Awtoritajiet regolatorji

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jistabbilixxu awtoritajiet regolatorji nazzjonali indipendenti li għandhom jingħataw ir-riżorsi kollha meħtieġa f’termini ta’ persunal, għarfien espert u mezzi finanzjarji, u jwettqu l-kompiti li bihom ikunu ġew fdati skont id-direttiva, b’mod partikolari dwar:

Għoti ta’ informazzjoni

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizz jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, inkluża informazzjoni finanzjarja u informazzjoni relatata mas-servizz universali, b’mod partikolari għal żewġ skopijiet:

Servizzi ta’ konsenja ta’ pakketti transfruntiera

Fl-2018, ġie adottat ir-Regolament (UE) 2018/644 dwar servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini. Dan ir-regolament jikkomplementa r-regoli stabbiliti fid-Direttiva 97/67/KE, li jiffoka prinċipalment, iżda mhux esklussivament fuq is-servizzi universali, sabiex jindirizza:

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Id-Direttiva 97/67/KE ilha tapplika mill-10 ta’ Frar 1998. Din kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-14 ta’ Frar 1999.

Id-Direttiva emendatorja 2008/6/UE ilha tapplika mis-27 ta’ Frar 2008. Kellha ssir liġi f’16-il pajjiż tal-UE sal-31 ta’ Diċembru 2010 u fil-11-il pajjiż li kien fadal sal-31 ta’ Diċembru 2012.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Qsim tal-ispejjeż: hemm regoli stabbiliti fir-rigward tal-finanzjament ta’ kwalunkwe kost nett tas-servizz universali kull meta dan l-obbligu jinvolvi kost nett li jirrappreżenta piż finanzjarju inġust.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 15, 21.1.1998, pp. 14-25)

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 97/67/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2018/644 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ April 2018 dwar servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini (ĠU L 112, 2.5.2018, pp. 19-28)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 10 ta’ Awwissu 2010 li tistabbilixxi l-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Posta (ĠU C 217, 11.8.2010, pp. 7-9)

l-aħħar aġġornament 10.12.2018