Libertà illi tipprovdi servizzi fl-UE (kummerċ oċeaniku)

L-għan ta’ dan ir-Regolament huwa li jelimina restrizzjonijiet għal-libertà illi jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport marittimu fi ħdan l-Unjoni Ewropea (UE).

ATT

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 3577/92 tas-7 ta’ Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu)

SOMMARJU

Kamp ta’ applikazzjoni

Din il-liġi tiżgura li, fi ħdan pajjiżi tal-UE partikolari, kumpaniji ta’ tbaħħir jew ċittadini bbażati f’pajjiżi oħrajn tal-UE għandhom id-dritt li joffru servizzi ta’ trasport marittimu (magħrufin bħala kabotaġġ marittimu) diment li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ kabotaġġ f’dak il-pajjiż. Kumpaniji ta’ tbaħħir ibbażati f’pajjiżi barra mill-UE, iżda li huma kkontrollati minn ċittadini tal-UE, jistgħu joffru servizzi bħal dawn ukoll.

Ir-regolament jiddefinixxi “servizzi ta’ trasport marittimu fi ħdan pajjiż tal-UE (kabotaġġ marittimu)”, “sidien ta’ vapuri tal-Komunità”, u “disturb serju tas-suq tat-trasport intern”.

Ekwipaġġ

Skont it-tip ta’ servizz ta’ trasport, il-kwistjonijiet dwar l-ekwipaġġ huma r-responsabbilità jew tal-pajjiż tal-UE tar-reġistrazzjoni (Stat tal-bandiera) jew tal-pajjiż li fih ikun qiegħed isir il-kabotaġġ (pajjiż ospitu).

Servizz pubbliku

Pajjiżi tal-UE jistgħu jagħmlu d-dritt li jiġu pprovduti servizzi ta’ trasport soġġett għal obbligi ta’ servizz pubbliku jew jistgħu jikkonkludu kuntratti ta’ servizz pubbliku bil-għan li jinżammu servizzi ta’ kabotaġġ adegwati bejn l-art prinċipali u l-gżejjer tagħha u bejn il-gżejjer infushom.

Miżuri ta’ salvagwardja

Fejn il-ftuħ tas-suq għal kabotaġġ jirriżulta fi problemi (bħal żieda serja fil-provvista meta mqabbel mad-domanda) li jheddu s-sopravivenza finanzjarja tal-kumpaniji ta’ tbaħħir, il-Kummissjoni tista’ tintroduċi miżuri ta’ salvagwardja. Dawn jistgħu jinkludu esklużjoni temporanja taż-żona kkonċernata mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament.

Nuqqas ta’ diskriminazzjoni

Persuni li jipprovdu servizzi ta’ trasport marittimu f’pajjiż tal-UE għajr dak tagħhom stess jistgħu jagħmlu dan b’mod temporanju skont l-istess termini applikati minn dak il-pajjiż għaċ-ċittadini tiegħu stess.

Skeda ta' żmien

Il-kabotaġġ marittimu ġie liberalizzat fl-1 ta’ Jannar 1993. Għal Franza, l-Italja, il-Greċja, il-Portugall u Spanja, il-kabotaġġ fuq l-art kien liberalizzat b’mod gradwali skont skeda speċifika għal kull tip ta’ servizz ta’ trasport. Il-kabotaġġ bejn l-art prinċipali-gżejjer u bejn il-gżejjer għal dawn il-pajjiżi ġie liberalizzat fl-1999. Din l-eżenzjoni ġiet estiża għall-Greċja sal-2004 għal servizzi skedati tal-passiġġieri u u għal servizzi eħfef u għal servizzi li jinvolvu bċejjeċ tal-baħar ta’ inqas minn 650 tunnellata gross (gt). Kienu ingħataw eżenzjonijiet lill-Kroazja sal-31 ta’ Diċembru 2016 għal kuntratti tas-servizz pubbliku eżistenti u għal servizzi ta’ kruċieri bejn portijiet Kroati minn vapuri iżgħar minn 650 gt, li huma riżervati għal vapuri Kroati sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Sfond

Aktar informazzjoni hija disponibbli minn dan is-sit elettroniku.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Regolament (KEE) Nru 3577/92

1.1.1993

-

L 364 tat-12.12.1992

Att li jemenda

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tal-Kroazja

1.7.2013

-

ĠU L 112 tal-24.4.2012

ATTI RELATATI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi lil trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) ( COM(2003) 595 finali - Mhux ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali).

Deċiżjoni 93/125/KEE dwar it-talba ta' Spanja għall-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri ta' salvagwardja skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 kontra l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi lil trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (Ġurnal Uffiċjali L 49 tas-27.02.1993).

Din id-Deċiżjoni tawtorizza lil Spanja sabiex teskludi l-art prinċipali Spanjola għal sitt xhur mid-data ta’ notifika ta’ din id-Deċiżjoni, mill-ambitu tar-Regolament (KEE) Nru 3577/92. Din l-esklużjoni ma tapplikax għal servizzi feeder. Jekk l-ebda biċċa tal-baħar ma hija disponibbli sabiex tinlaħaq id-domanda għal servizzi ta’ trasport ta’ kabotaġġ, il-bċejjeċ tal-baħar ta’ pajjiżi oħrajn tal-UE ikunu permessi illi joffru servizzi bħal dawn.

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill: Il-ħames rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għall-kabotaġġ marittimu (2001-2010) (COM(2014) 231 finali tat-22.4.2014 - mhux ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali).

Dan ir-rapport huwa maqsum f’4 kapitli:

1.

Żviluppi reċenti fil-każistika u fil-leġiżlazzjoni fil-pajjiżi tal-UE u tal-EFTA;

2.

Tendenzi tas-suq fil-pajjiżi tal-UE u tal-EFTA;

3.

Id-dejta disponibbli dwar l-impjiegi fil-kabotaġġ marittimu (minħabba nuqqas ta’ dejta affidabbli u konklussiva, din il-parti m’għadx għandha l-istatistiċi dwar l-ispejjeż tal-ekwipaġġ);

4.

Konklużjoni: ir-Regolament huwa tajjeb għall-iskop tiegħu u ma jeħtieġx reviżjoni. Xi kwistjonijiet li tqajjmu fil-konsultazzjoni jissuġġerixxu li hemm problemi ta’ interpretazzjoni u implimentazzjoni. Dawn ġew indirizzati fil-komunikazzjoni dwar il-kabotaġġ marittimu (ara d-daħla li jmiss).

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) [ COM(2014) 232 finali tat-22.4.2014 - mhux ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali].

Hija u tibbaża fuq l-20 sena esperjenza tal-applikazzjoni prattika tar-Regolament (KEE) Nru 3577/92, fl-interessi tat-trasparenza u taċ-ċertezza legali, il-Kummissjoni ddeċidiet li taġġorna u li temenda l-interpretazzjoni tagħha tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

Din il-Komunikazzjoni temenda u tieħu post il-komunikazzjonijiet interpretattivi tal-Kummissjoni tal-2003 u l-2006. Hija biss għal skopijiet ta’ informazzjoni, sabiex tgħin fl-ispjegazzjoni tar-Regolament u tindika kif il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tapplika ir-Regolament. Ma għandhiex il-għan illi jew tirrevedi r-Regolament jew li tidħol fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fi kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni.

Tibda billi tispeċifika l-ambitu li jiġu pprovduti servizzi fis-settur tal-kabotaġġ marittimu. Tindika min igawdi minn dik il-libertà u tfakkar liema servizzi huma koperti mir-Regolament.

Tkompli billi tidderskrivi l-firxa tat-tliet derogi għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, kif hemm ipprovdut fir-regolament:

Pajjiżi tal-UE jistgħu jimponu r-regoli ta’ ekwipaġġ abbord vapuri iżgħar minn 650 gt u bċejjeċ tal-baħar li joffru servizzi ta’ kabotaġġ għall-gżejjer bejn żewġ portijiet fit-territorju tagħhom.

Pajjiżi tal-UE jistgħu jimponu obbligi ta’ servizz pubbliku u jikkonkludu kuntratti ta’ servizz pubbliku sabiex jiżguraw servizz ta’ trasport skedat adegwat għal, minn u bejn il-gżejjer.

Pajjiżi ta l-UE jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni li tadotta miżuri ta’ salvagwardja sabiex tagħmel tajjeb għal disturb serju tas-suq intern.

Fl-aħħar, tipprovdi gwida dwar l-applikazzjoni ta’ Regolament (KE) Nru 1370/2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq.

L-aħħar aġġornament: 11.08.2014