Sigurtà marittima: Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà (ISM) għat-tbaħħir

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 336/2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan l-UE

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Ir-regolament japplika għat-tipi ta’ vapuri li ġejjin u għall-kumpaniji li joperawhom:

Huwa ma japplikax għal:

Ċertifikazzjoni u verifika

Il-pajjiżi tal-UE jridu jikkonformaw mal-Parti B tal-Kodiċi ISM.

Eżenzjonijiet

Jekk pajjiż tal-UE jqis li huwa diffiċli fil-prattika għal xi kumpanniji biex jikkonformaw ma’ ċerti regoli tal-Kodiċi ISM għal vapuri speċifiċi impenjati esklużivament fuq vjaġġi domestiċi, dan jista’ jeżentahom minn dawk ir-regoli billi jimponi miżuri ekwivalenti.

F’każ bħal dan, il-pajjiż tal-UE għandu jinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea skont dan. Jekk l-eżenzjoni proposta ma tkunx ġustifikata, il-pajjiż irid jemenda jew joqgħod lura milli jadotta dawn il-miżuri.

Pieni

Il-pajjiżi tal-UE jridu jistabbilixxu sistema ta’ pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi għan-nuqqas ta’ konformità mar-regolament.

Rapporti

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull sentejn dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ISM. Fuq il-bażi ta' dan ir-rapport biennali, il-Kummissjoni tħejji rapport konsolidat għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan japplika mill-24 ta’ Marzu 2006.

ATT

Regolament (KE) Nru 336/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Internazzjonali dwar l-Amministrazzjoni tas-Sigurtà fi ħdan il-Komunità u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3051/95 (ĠU L 64, 4.3.2006, p. 1-36)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 336/2006 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha biss valur dokumentarju.

ATTI RELATATI

Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta’ tniġġis minn bastimenti (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1). Ara l-verżjoni konsolidata.

Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47–56). Ara l-verżjoni konsolidata.

Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57–100). Ara l-verżjoni konsolidata.

Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1–140). Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 14.03.2016