L-Ajru Uniku Ewropew - Regoli tal-UE dwar is-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru fl-ajru uniku Ewropew

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Ir-regolament jistabbilixxi rekwiżiti għall-forniment sikur u effikaċi ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru għat-traffiku tal-ajru ġenerali fl-Unjoni Ewropea (UE) bħala parti mill-inizjattiva tal-ajru uniku Ewropew*. Huwa regolament vinkolanti, applikabbli għall-pajjiżi kollha tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament jiddeskrivi l-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni tal-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru li għandhom jiġu adottati mill-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiżi tal-UE. Iċ-ċertifikati, validi fil-pajjiżi kollha tal-UE, jispeċifikaw id-drittijiet u l-obbligi tal-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru. Dan jinkludi l-aċċess għas-servizzi tal-utenti tal-ispazju tal-ajru* mingħajr diskriminazzjoni u, b’mod partikolari, fir-rigward tas-sikurezza, u l-possibbiltà li jiġu offruti servizzi lil fornituri, utenti tal-ispazju tal-ajru u ajruporti oħrajn fl-UE.

Ir-rekwiżiti għal ċertifikazzjoni

Dawn jinkludu:

Awtoritajiet superviżorji nazzjonali

Kull waħda mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fil-pajjiżi tal-UE hija responsabbli biex tinnomina detentur ta’ ċertifikat li jipprovdi servizzi tat-traffiku tal-ajru esklussivi. Huma jiżguraw ukoll il-konformità għal blokki tal-ispazju tal-ajru taħt il-kontroll tagħhom. Dan iseħħ b’mod konġunt (jew bi ftehim) jekk blokka tiġi estiża fuq aktar minn pajjiż wieħed, jew jekk detentur ta’ ċertifikat ikun jopera f’aktar minn pajjiż wieħed.

Jekk fornitur ma jissodisfax ir-rekwiżiti, l-awtoritajiet ikkonċernati jkunu jistgħu jieħdu azzjoni, inkluż li jirrevokaw iċ-ċertifikat. Imbagħad, l-awtoritajiet isiru responsabbli mill-iżgurar tal-kontinwità tas-servizz.

Blokki tal-ispazju tal-ajru funzjonali

Il-pajjiżi tal-UE u l-pajjiżi terzi, fejn xieraq, għandhom jiżguraw, permezz ta’ ftehim reċiproku, l-implimentazzjoni tal-blokki tal-ispazju tal-ajru funzjonali. Dawn għandu jkollhom il-kapaċità u l-effikaċja meħtieġa sabiex iżommu livell għoli ta’ sikurezza u impatt ambjentali mnaqqas. Jista’ jinħatar koordinatur tas-sistema tal-blokki tal-ispazju tal-ajru funzjonali mill-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun jista’ jassisti f’dan il-proċess.

L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jinnominaw ukoll fornitur esklussiv ta’ servizzi meteoroloġiċi.

Għal traffiku tal-ajru ġenerali*, tiġi skambjata data operattiva f’ħin reali bejn il-fornituri ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru, l-utenti tal-ispazju tal-ajru u l-ajruporti, bil-għan waħdieni li jiġu ffaċilitati l-ħtiġijiet operattivi. Jiġu stabbiliti ftehimiet bil-miktub approvati li jifformalizzaw l-arranġamenti ta’ ħidma bejn il-fornituri tas-servizzi u mal-awtoritajiet militari.

Ir-regolament jitlob li jkun hemm proċeduri ta’ kontabbiltà trasparenti u jippreskrivi linji gwida dettaljati għal ipprezzar ġust u trasparenti tas-servizzi ta’ navigazzjoni għall-utenti tal-ispazju tal-ajru.

MINN META JIBDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Din ilu japplika mill-20 ta’ April 2004.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Ajru uniku Ewropew: inizjattiva li permezz tagħha jiġu kkoordinati d-disinn, il-ġestjoni u r-regolamentazzjoni tal-ispazju tal-ajru madwar l-UE.
Utenti tal-ispazju tal-ajru: l-operaturi tal-inġenji tal-ajru użati għat-traffiku tal-ajru ġenerali.
Traffiku tal-ajru ġenerali: titjiriet li jsiru skont ir-regoli u l-proċeduri tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali. Dawn jistgħu jinkludu xi titjiriet militari.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta’ l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (ĠU L 96, 31.3.2004, pp. 10-19)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 550/2004 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, pp. 1-122)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (ĠU L 128 tad-9.5.2013, pp. 1-30)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (ĠU L 128 tad-9.5.2013, pp. 31-58)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 409/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta’ proġetti komuni, it-twaqqif ta’ governanza u l-identifikazzjoni ta’ inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ĠU L 123 tal-4.5.2013, pp. 1-7)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - Il-ħolqien tal-ajru uniku Ewropew (COM(1999) 614 final tal-1 ta’ Diċembru 1999)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2011 tal-24 ta’ Frar 2011 dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta qabel l-istabbilment u l-modifikazzjoni ta’ blokka ta’ spazju tal-ajru funzjonali (ĠU L 51 tal-25.2.2011, pp. 2-7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1034/2011 tas-17 ta’ Ottubru 2011 dwar is-sorveljanza tas-sikurezza fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010 (ĠU L 271 tat-18.10.2011, pp. 15-22)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1035/2011 tas-17 ta’ Ottubru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 482/2008 u (UE) Nru 691/2010 (ĠU L 271 tat-18.10.2011, pp. 23-41)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 482/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 (ĠU L 141 tal-31.5.2008, pp. 5-10)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96 tal-31.3.2004, pp. 1-9)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ĠU L 96 tal-31.3.2004, pp. 20-25)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku ta’ l-Ajru (Ir-Regolament ta’ interoperabilità) (ĠU L 96 tal-31.3.2004, pp. 26-42)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 20.05.2019