Riorganizzazzjoni u stralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Id-Direttiva 2001/24/KE — proċedura ta’ falliment unika b’fergħat f’iktar minn pajjiż wieħed tal-UE
SOMMARJU
X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?
Hi mmirata biex tiżgura li, fejn istituzzjoni ta’ kreditu (ġeneralment bank) b’fergħat f’iktar minn pajjiż wieħed tal-UE tfalli, proċedura ta’ falliment unika tiġi applikata għall-kredituri u l-inverstituri.
PUNTI EWLENIN
Id-direttiva:
— |
tapplika l-prinċipju ta’ kontroll tal-pajjiż ta’ oriġini. Dan ifisser li l-liġi tal-pajjiż tal-UE fejn l-istituzzjoni ta’ kreditu li falliet għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha tapplika għall-proċedimenti ta’ falliment kollha;
|
— |
teħtieġ li l-partijiet rilevanti kollha, inklużi l-kredituri magħrufa jkunu infurmati dwar il-proċedimenti ta’ falliment u l-miżuri tar-riorganizzazzjoni. Din tinkludi pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u minn tal-inqas 2 gazzetti nazzjonali f’kull pajjiż ospitanti (jiġifieri dawk li fihom il-bank għandu l-kwartieri ġenerali tiegħu u l-fergħat tiegħu);
|
— |
tipprovdi li, fir-rigward tal-proċeduri ta’ stralċ, il-liġi applikabbli hija dik tal-pajjiż ta’ oriġini. Għandha tkopri b’mod partikolari kwistjonijiet bħal:
|
— |
tiċċara l-impatt tal-proċedimenti ta’ falliment u tal-liġi applikabbli fir-rigward ta’ ċerti kuntratti u drittijiet legali oħrajn li jistgħu jkunu affettwati mill-proċedimenti bħal kuntratti ta’ impjieg u drittijiet tal-proprjetà;
|
— |
teħtieġ li l-persuni kollha meħtieġa li jirċievu jew jagħtu informazzjoni relatati mal-proċeduri ta’ falliment jiggarantixxu segretezza professjonali.
|
META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?
Hija daħlet fis-seħħ fil-5 ta’ Mejju 2001. Pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sal-5 ta’ Mejju 2004.
SFOND
L-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu
ATT
Id-Direttiva 2001/24/KEtal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15-23)
L-emendi suċċessivi u l-korrezzjonijiet għad-Direttiva 2001/24/KE ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament 05.01.2016